EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994D0578

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 Lulju 1994 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Indja dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp

ĠU L 223, 27.8.1994, p. 23–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/578/oj

Related international agreement

31994D0578



Official Journal L 223 , 27/08/1994 P. 0023 - 0023
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 32 P. 0161
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 32 P. 0161


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-18 Lulju 1994

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Indja dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp

(94/578/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 113 u 130y flimkien ma'l-ewwel sentenza ta'l-Artikolu 228(2), l-ewwel subparagrafu u l-paragrafu 3 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi:

Taħt l-Artikolu 130 tat-Trattat, il-politika Komunitarja fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għandha trawwem l-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-integrazzjoni bla ntoppi u bil-mod fl-ekonomija dinjija u l-kampanja kontra l-faqar f'dawk il-pajjiżi;

Billi l-Komunità għandha tapprova, biex jintlaħqu l-għanijiet tagħha fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni, il-Ftehim imsemmi f'din id-Deċiżjoni,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta'l-Indja fuq is-Sħubija u l-Iżvilupp qiegħed b'hekk jiġi approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim qed jiġi anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu f'isem il-Komunità Ewropea jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 29 tal-Ftehim [3].

Artikolu 3

Il-Kummissjoni, mgħejjuna mir-rappreżentanti ta'l-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Komunità fil-Kummissjoni Konġunta prevista fl-Artikolu 22 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Din id-Deċizjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' Lulju 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

K. Kinkel

[1] ĠU C 103, ta' l-14.4.1993, p. 8.

[2] ĠU C 128, tad-9.5.1994.

[3] Ara paġna 35 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

Top