This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31994D0338
94/338/EC: Commission Decision of 25 May 1994 laying down detailed rules for the application of Council Directive 90/425/EEC as regards the taking of samples for the purpose of veterinary inspections at the place of destination
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-25 ta' Mejju 1994 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE dwar it-teħid ta' kampjuni għal skop ta' spezzjonijiet veterinarji fil-post ta' destinazzjoni
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-25 ta' Mejju 1994 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE dwar it-teħid ta' kampjuni għal skop ta' spezzjonijiet veterinarji fil-post ta' destinazzjoni
ĠU L 151, 17.6.1994, pp. 36–37
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 151 , 17/06/1994 P. 0036 - 0037
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 58 P. 0085
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 58 P. 0085
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-25 ta' Mejju 1994 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE dwar it-teħid ta' kampjuni għal skop ta' spezzjonijiet veterinarji fil-post ta' destinazzjoni (94/338/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tikkonċerna kontrolli veterinarji u żotekniċi applikabbli f'kummerċ ta' ġewwa l-Komunità f'ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb ta' tlestija tas-suq intern [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/118/KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tagħha, Billi l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru tista', fil-postijiet ta' destinazzjoni ta' l-annimali u prodotti, tistabbilixxi permezz ta' kontrolli veterinarji mhux diskriminatorji fuq il-post li l-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 3 ta' Direttiva 90/425/KEE ġew imħarsa; billi fl-istess ħin tista' tieħu kampjuni skond, l-Artikolu 5(1)(a); Billi sabiex tassigura li kontrolli fid-destinazzjoni qed isiru b'mod effiċjenti u tipprevjeni kwalunkwe diffikultajiet sussegwenti f'kummerċ ta' ġewwa l-komunità filwaqt li tissalvagwardja l-interessi tal-partijiet konċernati, ċertu regoli dettaljati għal teħid ta' kampjuni għandhom jiġu stabbiliti; Billi l-miżuri provduti għalihom f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Fejn l-awtorità kompetenti fil-post ta' destinazzjoni tieħu kampjuni minn annimali f'kummerċ ġewwa l-Komunità, għandha tħares ir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3. Artikolu 2 1. Kampjuni meħuda bħala parti ta' kontrolli fuq il-post mhux diskriminatorji għandhom jittieħdu malajr kemm jista' jkun u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn jumejn utli wara d-data ta' wasla ta' l-annimali fil-post ta' destinazzjoni msemmi fiċ-ċertifikat jew dokument msemmi fl-Artikolu 3(1)(d) ta' Direttiva 90/425/KEE. 2. It-terminu ta' żmien ta' jumejn utli ma għandux japplika għal kontrolli li saru mill-awtoritajiet kompetenti fuq bażi ta' informazzjoni li twassal għal presunzjoni li seħħ xi ksur. 3. Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 1, fejn il-konsenjant huwa intermedjarju li jerġa' jqassam l-annimali, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(b) (iii) ta' Direttiva 90/425/KEE, perjodu ieħor ta' jumejn utli għandhom japplikaw mal-wasla ta' l-annimali fid-destinazzjoni finali nazzjonali tagħhom fl-Istat Membru. Artikolu 3 1. Il-kampjuni għandhom jittieħdu fid-duplikat jew fi kwantità suffiċjenti li jipprovdu mill-inqas żewġ "aliquots" għat-testjar. 2. L-ewwel kampjun jew "aliquot" għandu jkun ittestjat f'laboratorju approvat mill-awtorità kompetenti għal marda konċernata. 3. It-tieni kampjun jew "aliquot" jew kif ikun il-każ l-"aliquots" għandu jkun identifikat tajjeb u maħżun taħt kondizzjonijiet adattati għal perjodu ta' mill-inqas xahar taħt il-kontroll ta' l-awtorità kompetenti. Artikolu 4 Din id-deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Mejju 1994. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, pġ. 29. [2] ĠU L 62, tal-15.3.1993, pġ. 49. --------------------------------------------------