Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994D0156

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 1994 dwar l-adeżjoni tal-Komunità mal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni taż-Żona tal-Baħar Baltiku (il-Konvenzjoni ta' Helsinki)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/156/oj

    Related international agreement

    31994D0156



    Official Journal L 073 , 16/03/1994 P. 0001 - 0001
    Finnish special edition: Chapter 11 Volume 29 P. 0220
    Swedish special edition: Chapter 11 Volume 29 P. 0220


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tal-21 ta' Frar 1994

    dwar l-adeżjoni tal-Komunità mal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni taż-Żona tal-Baħar Baltiku (il-Konvenzjoni ta' Helsinki)

    (94/256/KE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari Artikolu 130s, flimkien ma Artikolu 228(3) u l-ewwel sub-paragrafu tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi, skond Artikolu 130r tat-Trattat, il-politika tal-Komunità dwar l-ambjent hija li tikkontribwixxi għall-miri li ġejjin: li tippriserva, tipproteġi u ttejjeb il-kwalità tal-ambjent, li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u li tuża b’mod prudenti u razzjonali r-riżorsi naturali; billi, iktar minn hekk, il-Komunità u l-Istati Membri qegħdin jikkoperaw, ġewwa l-qafas tal-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom, ma pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti;

    Billi l-Komunità adottat miżuri fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni taż-Żona tal-Baħar Baltiku tas-sena 1974 (il-Konvenzjoni ta' Helsinki) u għandha taġixxi fil-livell internazzjonali f'din iż-żona;

    Billi l-Kummissjoni ilha tipparteċipa bħala osservatur fil-laqgħat tal-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent Tal-Baħar Baltiku mid-19 ta' Frar 1991;

    Billi l-Kummissjoni kienet qiegħda tipparteċipa wkoll fil-laqgħat tal-grupp ad hoc stabbilit għalbiex jirrevedi l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent Tal-Baħar taż-Żona tal-Baħar Baltiku;

    Billi l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent Tal-Baħar taż-Żona tal-Baħar Baltiku kienet bla ħsara għall-emendi maħsuba sabiex jippermettu l-adeżjoni tal-Komunità,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Komunità Ewropea għandha taderixxi mal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar taż-Żona tal-Baħar Baltiku tas-sena 1994 (Il-Konvenzjoni ta' Helsinki).

    It-test tal-Konvenzjoni huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu jiġi awtorizzat li jinnomina l-persuna jew il-persuni mogħtija l-poter li jiddepożitaw l-istrument tal-adeżjoni skond Artikolu 26 tal-Konvenzjoni.

    Magħmula fi Brussell, fil-21 ta' Frar 1994.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Th. Pangalos

    [1] ĠU Ċ 222, ta' l- 1.8.1993, p. 13.

    [2] ĠU Ċ 315, tat- 22.11.1993.

    [3] ĠU Ċ 34, tat- 2.2.1994, p. 5.

    --------------------------------------------------

    Top