Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994D0140

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Frar 1994 li tistabbilixxi kumitatkonsultattiv għall-koordinazzjoni tal-prevenzjoni ta' frodi

    ĠU L 61, 4.3.1994, p. 27–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 17/03/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/140/oj

    31994D0140



    Official Journal L 061 , 04/03/1994 P. 0027 - 0028
    Finnish special edition: Chapter 1 Volume 3 P. 0108
    Swedish special edition: Chapter 1 Volume 3 P. 0108


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-23 ta' Frar 1994

    li tistabbilixxi kumitatkonsultattiv għall-koordinazzjoni tal-prevenzjoni ta' frodi

    (94/140/KE)

    Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Billi l-amministrazzjoni soda tal-finanzi tal-Komunità titlob li l-frodi kontra l-estimi tal-Komunità tkun effettivament opposta;

    Billi primarjament jaqa' fuq l-Istati Membri li jieħdu miżuri speċifiċi biex jikkumbattu l-frodi; billi dan jitlob kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni;

    Billi l-Artikolu 209a tat-Trattat jirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu l-istess miżuri biex jikkumbattu l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanżjarji tal-Komunità bħal ma jieħdu biex jikkumbattu l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tagħhom stess; billi għal dan il-għan huma għandhom, bl-għajnuna tal-Kummissjoni, jikkoordinaw l-azzjoni li jieħdu biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Komunità u biex jikkumbattu l-frodi;

    Billi l-Kummissjoni għandha wkoll responsabbilità konsiderevoli li ġejja mil-kompitu ġenerali tagħha li tiżgura li l-estimi tal-Komunità jiġu mħaddma sewwa u li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat jiġu applikati;

    Billi huwa għalhekk mixtieq li l-Kummissjoni tingħata pariri minn kumitat magħmul minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri li jkun jista' jiġi kkonsultat fuq kull kwistjoni marbuta mal-prevenzjoni, mal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u mal-prosekuzzjoni ta' frodi u fuq kull ħaġa oħra marbuta mal-protezzjoni legali ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità;

    Billi l-kumitati eżistenti jispeċjalizzaw f'zoni speċifiċi biss; billi dawn il-kumitati m'għandomx jiġu sostitwiti; billi huwa madankollu utli li wieħed ikollu stampa globali ta' l-oqsma kollha ta' frodi kontra l-estimi tal-Komunità; billi jeħtieġ għalhekk jitwaqqaf kumitat orizzontali;

    Billi, peress li l-kumitat għandu jkun wieħed orizzontali u l-Istati Membri jeħtieġ li jkunu rappreżentati fil-livell xieraq li jirrifletti l-istrutturi amministrattivi tagħhom stess, għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex il-Kumitat jikkonsisti minn żewġ rappreżentanti minn kull Stat Membru,

    IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Kumitat konsultattiv għall-koordinazzjoni tal-prevenzjoni ta' frodi (minn issa "il quddiem msejjaħ" il-kumitat') qiegħed jitwaqqaf fil-Kummissjoni.

    Artikolu 2

    1. Il-Kummissjoni tista' tikkonsulta l-kumitat fuq kull kwistjoni marbuta mal-prevenzjoni u il-prosekuzzjoni ta' frodi u irregolaritajiet, u fuq kull kwistjoni marbuta mal- kooperazzjoni bejn l-Istati Membri jew bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni li teċċedi s-setgħat ta' kull kumitat settorjali sabiex torganizza b'mod aktar effettiv l-azzjoni kontra l-frodi.

    Il-Kummissjoni tista' tikkonsulta l-kumitat fuq kull kwistjoni marbuta mal-protezzjoni legali ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità.

    2. Kull membru tal-kumitat jista' jistaqsi jitlob lill-Kummissjoni biex il-kumitat jiġi kkonsultat fuq kull kwistjoni li taqa' fi ħdan it-termini ta' referenza tal-kumitat.

    Artikolu 3

    1. Il-kumitat għandu jikkonsisti f'żewġ rappreżentanti għal kull Stat Membru. Dawn jistgħu jkunu megħjuna minn żewġ membri tal-persunal tas-servizzi interessati.

    2. Il-president tal-kumitat għandu jkun rappreżentant tal-Kummissjoni.

    3. Gruppi ta' ħidma jistgħu jitwaqqfu biex jiffaċilitaw ix-xogħol tal-kumitat.

    Artikolu 4

    1. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi servizzi segretarjali għall-kumitat.

    2. Il-president jista' jistieden kull persuna b'tagħrif speċjali marbut ma' xi kwistjoni partikolari fuq l-aġenda biex tieħu sehem fil-proċedimenti. L-esperti għandhom jieħdu sehem biss f'dawk il-kwistjonijiet li għalihom ġew mistiedna.

    3. Ir-rappreżentanti tal-dipartimenti tal-Kummissjoni interessati għandhom jattendu l-laqgħat tal-kumitat.

    4. Il-kumitat għandu jitlaqqa' mill-Kummissjoni.

    Artikolu 5

    1. Il-Kumitat għandu jqis it-talbiet għal opinjonijiet magħmula mill-Kummissjoni. L-ebda vot m'għandu jittieħed.

    2. Il-Kummissjoni tista', meta titlob l-opinjoni tal-kumitat, tispeċifika żmien sa meta l-opinjoni għandha tingħata.

    3. Il-fehmiet espressi mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri għandhom jitniżżlu fil-minuti.

    Artikolu 6

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 214 tat-Trattat, meta il-Kummissjoni tinforma lill-kumitat li xi opinjoni mitluba jew mistoqsija magħmula hi marbuta ma' kwistjoni konfidenzali, il-parteċipanti għandhom jintalbu li ma jiżvelawx informazzjoni miksuba fil-kors tal-proċedimenti tal-kumitat jew tal-gruppi ta' ħidma.

    Artikolu 7

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 1994.

    Magħmula fi Brussel, fit-23 ta' Frar 1994.

    Għall-Kummissjoni

    Peter Schmidhuber

    Membru tal-Kummissjoni

    --------------------------------------------------

    Top