Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993R3665

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (ke) nru 3665/93 tal-21 ta' Diċembru 1993 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jipprovdi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi kodiċi doganali tal-Komunità

    ĠU L 335, 31.12.1993, p. 1–26 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0481

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/3665/oj

    31993R3665



    Official Journal L 335 , 31/12/1993 P. 0001 - 0026
    Finnish special edition: Chapter 2 Volume 11 P. 0011
    Swedish special edition: Chapter 2 Volume 11 P. 0011


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (ke) nru 3665/93

    tal-21 ta' Diċembru 1993

    li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jipprovdi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi kodiċi doganali tal-Komunità

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi kodiċi doganali tal-Komunità [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 249 tiegħu,

    Billi Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [2] jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' Regolament (KEE) Nru 2913/92;

    Billi saru emendi dwar ċerti sub-intestaturi tal-kodiċi NM 0408, 2208 u 2710 u l-ħatra ta' ċerti awtoritajiet li jistgħu joħorġu ċertifikat;

    Billi hu opportun li jsiru uniformi l-ammonti massimi permessi dwar kunsinni li għalihom twaqqfu Formuli APR jew EUR 2 użati fil-konfront tar-Repubbliċi tal-Bosnja-Herżegovina, il-Kroazja u s-Slovenja u t-territorju ta' dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, kif ukoll għat-Territorji Okkupati;

    Billi l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-KE u r-Repubblika tas-Slovenja teħtieġ l-emendi ta' l-Artikoli 120 sa 140 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93;

    Billi l-Artikoli 222, 223 u 224 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandhom dispożizzjonjiet dwar dikjarazzjonijiet tad-dwana bl-użu ta' tekniċi ta' proċessar ta' data; billi sar meħtieġ li dawk id-dispożizzjonijiet isiru aktar espliċiti; billi hu xieraq li jiġi stabbilit li l-formalitajiet tad-dwana l-oħra kollha jistgħu jsiru bl-użu ta' tekniċi ta' proċessar ta' data; billi dawn ir-regoli speċjali għandhom minkejja kollox ikunu riservati għall-każijiet fejn il-formalitajiet biss magħmula permezz ta' tekniċi ta' proċessar ta' data għandhom l-effetti legali mixtieqa;

    Billi prodotti impoġġija fost l-oħrajn ġewwa żona ħielsa jew maħżen ħieles, f'ħażna temporanja jew taħt arranġamenti sospensivi jistgħu jiġu ddikjarati bi żball għall-proċedura tad-dwana li tinvolvi l-obbligazzjoni li jitħallas dritt ta' l-importazzjoni, minflok prodotti oħra; billi hu xieraq li jiġi stabbilit li d-dikjarazzjoni għal dik il-proċedura għandha tkun invalidatà taħt ċerti kondizzjonijiet;

    Billi hu meħtieġ li jsiru d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' miżuri tal-Komunità li jinkludu verifika ta' l-użu u/jew destinazzjoni tal-prodotti b'mod konsistenti ma' metodi amministrattivi li qed jevolvu; billi dwar it-tneħħija ta' verifiki u formalitajiet fil-fruntieri interni hu xieraq li tiġi introdotta aktar flessibilità fil-verifiki amministrattivi fl-uffiċċji ta' destinazzjoni;

    Billi hu meħtieġ għal raġunijiet konnessi ma' verifiki tad-dwana li jiġu allineati d-dispożizzjonijiet dwar l-użu tal-kodiċi ta' kunsinna CIM u n-nota ta' trasferiment TR, billi jsiru dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tat-timbru tad-dwana fuq folja 1 tan-nota ta' trasferiment TR;

    Billi sar evidenti li l-Istati Membri japplikaw regoli differenti dwar l-istatus tad-dwana tal-prodotti li jkunu ġew abbandunati lit-Teżor jew maqbuda jew konfiskati mill-awtoritajiet kompetenti; billi, filwaqt li dawn l-prodotti ma jkunux rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa, jista' jkun għad hemm dejn tad-dwana dwarhom; billi hu għalhekk xieraq li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tal-Komunità biex jiġi assigurat li dawn l-prodotti ma jidħlux fil-pjazza ekonomika tal-Komunità mingħajr ma jsir ħlas tad-drittijiet ta' l-importazzjoni;

    Billi hu meħtieġ li tiżdied lista ta' kaxxi li għandhom jiġu mimlija fid-dikjarazzjoni dwar il-proċedura tad-dwana ta' depożitu sabiex jiġu armonizzati u ffaċilitati verifiki tad-dwana dwar dikjarazzjonijiet użati għall-proċedura tad-dwana ta' depożitu;

    Billi hu xieraq li jiġu adottati d-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtajiet biex jittieħed kont ta' riskji żejda ta' frodi għal ċerti kategoriji ta' prodotti, sabiex dawk id-dispożizzjonijiet isiru jorbtu aktar;

    Billi hu xieraq li jiġu mdaħħla fir-Regolament (KEE) Nru 245/93 id-dispożizzjonijiet li jemendaw ir-regoli tal-Komunità fis-seħħ qabel id-data ta' l-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament;

    Billi għandhom jiġu korretti żbalji u ommissjonijiet li saru matul it-trasportazzjoni tar-regoli fis-seħħ fid-dispożizzjonijiet ta' l-implimentazzjoni tal-kodiċi;

    Billi l-miżuri li jinsabu f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat dwar Kodiċi doganali.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 hu emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 1a li ġej għandu jiġi mdaħħal:

    "L-Artikolu 1a

    Għall-finijiet li jiġu applikati l-Artikoli 16 sa 34 u 291 sa 308, il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ekonomika Benelux għandhom ikunu mequsa bħala Stat Membru wieħed."

    2. F'Titolu I tal-Parti I għandu jidħol il-Kapitolu 3 li ġej:

    "IL-KAPITOLU 3

    Tekniċi ta' proċessar ta' data

    L-Artikolu 4a

    1. Taħt il-kondizzjonijiet u bil-mod kif dawn jistabbilixxu, u b'konsiderazzjoni xierqa għall-prinċipji stabbiliti bir-regoli tad-dwana, l-awtoritajiet tad-dwana jistgħu jipprovdu li formalitajiet għandhom isiru permezz ta' teknika ta' proċessar ta' data.

    Għal dan il-għan:

    - "teknika ta' proċessar ta' data" tfisser:

    (a) il-bdil ta' messaġġi standard EDI ma'l-awtoritajiet tad-dwana;

    (b) l-introduzzjoni ta' l-informazzjoni meħtieġa għat-tlestija tal-formalitajiet imsemmija ġewwa sistemi ta' proċessar ta' data tad-dwana;

    - "EDI" (interchange ta' data elettronika) tfisser, it-trasmissjoni ta' data strutturata skond standards ta' messaġġi maqbula, bejn sistema komputerizzata u oħra, b'mezzi elettroniċi,

    - "messaġġ standard" tfisser struttura mfissra bil-quddiem rikonoxxuta għat-trasmissjoni elettronika ta' data.

    2. Il-kondizzjonijiet stabbiliti biex isiru formalitajiet permezz ta' teknika ta' proċessar ta' data għandhom jinkludu fost l-oħrajn miżuri biex jiġi vverifikat is-sors ta' data u biex data tiġi protetta kontra r-riskju ta' l-aċċess mhux awtorizzat, telf, alterazzjoni jew distruzzjoni.

    L-Artikolu 4b

    Meta formalitajiet isiru permezz ta' teknika ta' proċessar ta' data, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom jistabbilixxu r-regoli biex tiġi sostitwita l-firma li ssir bl-idejn permezz ta' teknika oħra li tista' tkun ibbażata fuq l-użu ta' kodiċijiet."

    3. Fl-iskeda fl-Artikolu 16, ordni Nru 1 hu sostitwit bl-Anness 1.

    4. L-Artikolu 26 għandu jiġi emendat kif ġej:

    - l-iskeda hi emendata skond l-Anness 2,

    - it-tieni sentenza tal-paragrafu 3 hi mħassra,

    - għandu jidħol paragrafu 3a li ġej:

    "3a. Dak iċ-ċertifikat m'għandux la jkun maħruġ u lanqas aċċettat għat-tabakk elenkat taħt ordni Nru 6 ta' l-iskeda ta' hawn taħt, meta aktar minn tip wieħed ikun ippreżentat fl-istess imballaġġ immedjat."

    5. L-Artikolu 41 għandu jiġi emendat kif ġej:

    - għandu jidħol il-paragrafu 1 li ġej:

    "1. Aċċessorji, spare parts jew għodda mogħtija ma' kull biċċa ta' tagħmir, magna, apparat jew vettura li jifformaw parti mit-tagħmir standard tagħha għandhom jitqiesu li jkollhom l-istess oriġini bħal dik il-biċċa tat-tagħmir, magna, apparat jew vettura."

    - it-test preżenti jsir paragrafu 2.

    6. Fl-Artikolu 115(1), l-ammont ta' "ECU 2820" hu sostitwit b' "ECU 3000".

    7. Fl-Artikolu 117(1), l-ammonti ta' "ECU 200" u "ECU 565" huma sostitwiti b' "ECU 215" u "ECU 600" rispettivament.

    8. Il-paragrafu li ġej hu miżjud ma' l-Artikolu 120:

    "Safejn jinteressa lir-Repubblika tas-Slovenja, id-dispożizzjonijiet ta' l-ewwel paragrafu, flimkien ma' dawk ta' l-Artikoli 121 sa 140, għandhom japplikaw għal dawk il-prodotti elenkati fl-Anness 1 tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea tal-Faħam u ta' l-Azzar."

    9. Fl-Artikolu 183(4), "fil-paragrafu 2" hu sostitiwt b' "fil-paragrafi 1 u 2".

    10. L-Artikolu 188 hu mħassar.

    11. Fl-Artikolu 199, it-test preżenti jsir il-paragrafu 1 u l-paragrafi 2 u 3 li ġejjin huma miżjudin:

    "2. Meta d-dikjarant juża sistemi ta' proċessar ta' data biex jipproduċi d-dikjarazzjonijiet tiegħu tad-dwana, l-awtoritajiet tad-dwana jistgħu jistabbilixxu li l-firma bl-idejn tkun sostitwita b'teknika ta' l-identifikazzjoni oħra li tista tkun ibbażata fuq l-użu ta' kodiċijiet. Din il-faċilità għandha tingħata biss jekk il-kondizzjonijiet tekniċi u amministrattivi stabbiliti mill-awtoritajiet tad-dwana jkunu osservati.

    L-awtoritajiet tad-dwana jistgħu jistabbilixxu wkoll li dikjarazzjonijiet mogħtija bl-użu ta' sistemi ta' proċessar ta' data tad-dwana jistgħu jkunu awtentikati direttament b'dawk is-sistemi, minflok l-applikazzjoni manwali jew mekkanika tat-timbru uffiċjali tad-dwana u l-firma ta' l-uffiċjal kompetenti.

    3. Taħt il-kondizzjonijiet u bil-mod li dawn jistabbilixxu, l-awtoritajiet tad-dwana jistgħu jippermettu li xi wħud mid-dettalji tad-dikjarazzjoni bil-miktub imsemmija fl-Anness 37 jiġu sostitwiti billi dawn id-dettalji jintbagħtu lill-uffiċċju tad-dwana nominat għal dak il-għan b'mezzi elettroniċi, meta jkun xieraq f'forma kodifikata."

    12. L-Artikolu 205(4) hu mħassar.

    13. Il-Kapitolu 2 tat-Titolu VII tal-Parti I hu sostitwit b'dan li ġej:

    "IL-KAPITOLU 2

    Dikjarazzjonijiet tad-dwana magħmula bl-użu ta' tekniċi ta' proċessar ta' data

    L-Artikolu 222

    1. Fejn id-dikjarazzjoni tad-dwana tkun magħmula permezz ta' teknika ta' proċessar ta' data, id-dettalji tad-dikjarazzjoni bil-miktub imsemmija fl-Anness 37 għandha tiġi ssostitwita billi tintbagħat lill-uffiċċju tad-dwana nominat għal dak il-għan, bil-għan li din tiġi pproċessata permezz ta' kompjuter, data f'forma kodifikata jew data magħmula f'xi forma oħra speċifikata mill-awtoritajiet tad-dwana u li tikkorrispondi mad-dettalji meħtieġa għad-dikjarazzjonijiet bil-miktub.

    2. Dikjarazzjoni tad-dwana magħmula permezz ta' EDI għandha tkun ikkunsidrata li tkun magħmula meta l-messaġġ EDI jiġi riċevut mill-awtoritajiet tad-dwana.

    L-aċċettazzjoni ta' dikjarazzjoni tad-dwana magħmula permezz ta' EDI għandha tkun ikkomunikata lid-dikjarant permezz ta' messaġġ ta' risposta li jkollu mill-inqas id-dettalji ta' l-identifikazzjoni tal-messaġġ riċevut u/jew in-numru ta' reġistrazzjoni tad-dikjarazzjoni tad-dwana u d-data ta' l-aċċettazzjoni.

    3. Meta d-dikjarazzjoni tad-dwana issir permezz ta' EDI, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom jistabbilixxu r-regoli għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 247.

    4. Meta d-dikjarazzjoni tad-dwana issir permezz ta' l-EDI, ir-rilaxx tal-prodotti għandu jkun notifikat lid-dikjarant, fejn jiġi indikat għall-inqas id-dettalji ta' l-identifikazzjoni tad-dikjarazzjoni u d-data tar-rilaxx.

    5. Meta d-dettalji tad-dikjarazzjoni tad-dwana jkunu introdotti fis-sistemi tad-dwana ta' l-iproċessar ta' data, il-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

    L-Artikolu 223

    Meta tkun meħtieġa kopja fuq karta tad-dikjarazzjoni tad-dwana għat-tlestija tal-formalitajiet l-oħra, din għandha, fuq talba tad-dikjarant, tkun murija u awtentikata, jew mill-uffiċċju tad-dwana interessat, jew skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 199(2).

    L-Artikolu 224

    Taħt il-kondizzjonijiet u bil-mod li dawn jistabbilixxu, l-awtoritajiet tad-dwana jistgħu jawtorizzaw id-dokumenti meħtieġa għad-dħul tal-prodotti għall-proċedura tad-dwana li ssir u tkun trasmessa b'mezzi elettroniċi."

    14. L-ewwel u t-tieni paragrafi tal-punt (a) ta' l-Artikolu 229(1) huma ssostitwiti b'dawn li ġejjin:

    - "— annimali għall-użi msemmija f'punti 12 u 13 ta' l-Anness 93a u apparat li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'punt (b) ta' l-Artikolu 685(2).

    - — imballaġġi elenkati fl-Artikolu 679, impurtati mimlija, li jkollhom permanenti, marki ma jitħassrux ta' persuna stabbilita barra mit-territorju tad-dwana tal-Komunità,"

    15. Il-punt 1a li ġej għandu jidħol fl-Artikolu 251:

    "1a. Meta jkun stabbilit li l-prodotti jkunu ġew iddikjarati bi żball, minflok prodotti oħra, għall-proċedura tad-dwana li tinkludi l-obbligazzjoni li jitħallsu drittijiet ta' l-importazzjoni, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom jinvalidaw id-dikjarazzjoni jekk issir talba għal dan il-għan fi żmien tliet xhur mid-data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni, sakemm:

    - l-prodotti oriġinalment dikjarati:

    (i) ma jkunux intużaw jekk mhux kif awtorizzat fl-istatus oriġinali tagħhom; u

    (ii) jkunu tqegħdu mill-ġdid fl-istatus oriġinali tagħhom;

    u li

    - il-prodotti li kellhom ikunu ddikjarati għall-proċedura tad-dwana maħsuba oriġinalment:

    (i) setgħu, meta tkun saret id-dikjarazzjoni oriġinali, kienu ppreżentati lill-istess uffiċċju tad-dwana: u

    (ii) jkunu ġew dikjarati għall-istess proċedura tad-dwana bħal dik oriġinalment maħsuba.

    L-awtoritajiet tad-dwana jistgħu jippermettu l-limitu tal-ħin imsemmi hawn fuq li jkun maqbuż f'każijiet eċċezzjonali sostanzjati;"

    16. L-Artikolu 252 hu mibdul b'dan li ġej:

    "L-Artikolu 252

    Meta l-awtoritajiet tad-dwana jbiegħu prodotti tal-Komunità skond punt (b) ta' l-Artikolu 75 tal-kodiċi, dan għandu jsir skond il-proċeduri fis-seħħ fl-Istati Membri."

    17. L-intestatura tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IX tal-Parti 1 hi sostitwita b': dan li ġej:

    "IL-KAPITOLU 1

    Dispożizzjonijiet ġenerali"

    18. Għandu jidħol l-Artikolu 253a li ġej:

    "L-Artikolu 253a

    Meta proċedura simplifikata tkun applikata bl-użu ta' sistema ta' proċessar ta' data biex jingħataw dikjarazzjonijiet tad-dwana jew bl-użu ta' teknika ta' proċessar ta' data, id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 199(2) u (3), 222, 223 u 224 għandhom japplikaw mutatis mutandis."

    19. Fl-Artikolu 269 il-paragrafu 3 hu mibdul b'dan li ġej:

    "3. Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhiex tapplika għall-imħażen Tip F lanqas għad-dħul tal-proċedura tal-prodotti agrarji tal-Komunità msemmija fl-Artikoli 529 sa 534 f'xi tip ta' maħżen.

    4. Il-proċedura msemmija fit-tieni paragrafu tal-paragrafu 1 għandha tapplika għall-imħażen Tip B ħlief li m'għandux ikun possibbli li jintuża dokument kummerċjali. Meta d-dokument amministrattiv ma jkollux id-dettalji kollha murija fl-Anness 37 it-Titolu 1(B)(2)(f)(aa), dawn għandhom ikunu mogħtija fl-applikazzjoni li takkumpanjah."

    20. L-Artikolu 272(2) hu mibdul b'dan li ġej:

    "2. L-Artikolu 269(3) u l-Artikolu 270 japplikaw mutatis mutandis."

    21. L-Artikolu 275(1) hu mibdul b'dan li ġej:

    "1. Dikjarazzjonijiet ta' dħul għall-proċedura tad-dwana bl-impatt ekonomiku minbarra proċessar ’l barra jew depożitu tad-dwana li l-uffiċċju tad-dwana tad-dħul għall-proċedura jista’ jaċċetta fuq talba tad-dikjarant mingħajr ma jkollhom xi wħud mid-dettalji msemmija fl-Anness 37 jew mingħajr ma jkunu akkumpanjati minn ċerti dokumenti msemmija fl-Artikolu 220 għandhom ikollhom mill-inqas id-dettalji msemmija f'Kaxxi 14, 21, 31, 37, 40 u 54 tad-dokument amministrattiv waħdieni u, f'Kaxxa 44, riferenza għall-awtorizzazzjoni, jew riferenza għall-applikazzjoni fejn japplika t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 556(1)."

    22. Fl-Artikolu 291(4), il-paragrafu 4 jsir it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3.

    23. L-Artikolu 411(1) hu mibdul b'dan li ġej:

    "1. Meta t-turija ta' dokument ta' transitu tal-Komunità fl-uffiċċju ta' tluq tkun imħassra għar-rigward tal-prodotti li għandhom jintbagħtu taħt nota ta' kunsinna CIM, jew nota ta' trasferiment TR, skond l-Artikoli 413 sa 442, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li folji 1, 2 u 3 ta' nota ta' kunsinna CIM, jew folji 1, 2, 3A u 3B ta' nota ta' trasferiment TR ikollhom is-simbolu "T1" jew "T2", skond il-każ."

    24. Fl-Artikolu 434, il-paragrafi (2), (3) u (4) huma ssostitwiti b'dawn li ġejjin:

    "2. L-uffiċċju ta' tluq għandu jindika b'mod ċar fil-kaxxa riservata għad-dwana fuq folji 1, 2, 3A u 3B ta' nota ta' trasferiment TR:

    - is-simbolu "T1", meta l-prodotti jkunu qed jimxu taħt il-proċedura ta' transitu estern tal-Komunità,

    - is-simbolu "T2", "T2ES" jew "T2PT" skond il-każ, meta l-prodotti jkunu qed jimxu taħt il-proċedura ta' transitu intern tal-Komunità, skond l-Artikolu 165 tal-kodiċi u ma' punt (b) ta' l-Artikolu 311.

    Is-simbolu "T2", "T2ES" jew "T2PT" għandu jkun awtentikat permezz ta' l-applikazzjoni ta' timbru ta' l-uffiċċju ta' tluq.

    3. Meta nota ta' trasferiment TR tirreferi kemm għall-containers li jkollhom prodotti li jimxu skond il-proċedura ta' transitu estern tal-Komunità u containers li jkollhom prodotti li jimxu skond il-proċedura ta' transitu intern tal-Komunità, skond l-Artikolu 165 tal-kodiċi u ma' punt (b) ta' l-Artikolu 311, l-uffiċċju ta' tluq għandu jimla fil-kaxxa riservata għad-dwana fuq folji 1, 2, 3A u 3B tan-nota ta' trasferiment TR riferenzi separati għall-container(s), li jiddependi fuq liema tip tal-prodotti dawn ikollhom, u għandhom iniżżlu s-simbolu "T1" u s-simbolu "T2", "T2ES" jew "T2PT" rispettivament, maġenb ir-riferenza għall-container(s) korrispondenti.

    4. F'każijiet koperti bil-paragrafu 3, fejn jintużaw listi ta' containers kbar, listi separati għandhom isiru għal kull kategorija ta' container u r-riferenza għalihom għandha tkun indikata billi jitniżżel fil-kaxxa riservata għad-dwana fuq folji 1, 2, 3A u 3B tan-nota ta' trasferiment TR, in-numru(i) tas-serje tal-lista(i). Is-simbolu "T1" jew is-simbolu "T2", "T2ES" jew "T2PT" għandu jitniżżel fejn in-numru(i) in serie tal-lista(i) skond il-kategorija ta' containers li għalihom jirreferu."

    25. Is-subparagrafu li ġej hu miżjud ma' l-Artikolu 482(4):

    "Iżda, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni tista' tiddeċiedi li l-prodotti għandhom jintbagħtu direttament lill-kunsinnatarju taħt kondizzjonijiet oħra speċifikati mill-uffiċċju kompetenti ta' destinazzjoni li jirrendi possibbli lill-uffiċċju li jagħmel il-verifiki meħtieġ mal- jew wara l-wasla tal-prodotti."

    26. L-Artikolu 524(1) hu mibdul b'dan li ġej:

    "1. Sakemm it-tmexxija tajba tal-ħidmiet ma tkunx affettwata, l-uffiċċju li jissorvelja għandu jippermetti prodotti tal-Komunità u l-prodotti mhux tal-Komunità li jkunu maħżuna fl-istess arja ta' ħażna."

    27. L-Artikolu 529 hu emendat kif ġej:

    - il-paragrafu waħdieni jsir il-paragrafu 1 u "l-Artikoli 522 u 524" huma sostitwiti bi "l-Artikolu 522",

    - għandu jidħol il-paragrafu 2 li ġej:

    "2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi adottati taħt ir-regoli agrarji, prodotti pre-finanzjati jistgħu jkunu maħżuna fl-istess arja ta' ħażna bħall-prodotti oħra tal-Komunità jew mhux tal-Komunità bis-saħħa ta' l-Artikolu 524(1) biss jekk l-identità u l-istatus tad-dwana ta' kull prodott jista' jiġi stabbilit fil-ħinijiet kollha."

    28. Fl-Artikolu 534(2) dan li ġej hu mħassar:

    "inkluża l-liċenzja ta' l-esportazzjoni jew ċertifikat ta' fissar bil-quddiem imsemmi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88".

    29. L-Artikolu 546 hu mibdul b'dan li ġej:

    "L-Artikolu 546

    L-Artikoli 544(2) u 545(2) u (4) għandhom mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 121, 122, 135 u 136 tal-kodiċi dwar l-applikazzjoni ta' ħlasijiet għall-prodotti jew prodotti mpoġġija taħt il-proċedura għall-ipproċessar ’il ġewwa jew il-proċedura għall-ipproċessar taħt kontroll tad-dwana."

    30. L-Artikolu 552(1)(f) hu emendat kif ġej:

    - Il-punt (i) hu mibdul b'dan li ġej:

    "(i) matul il-perjodu inkwistjoni, jottieni 80 % tal-ħtiġijiet kollha tiegħu għal dawk il-prodotti inkorporati fil-prodotti ta' kumpens fit-territorju tad-dwana tal-Komunità f'forma ta' prodotti paragunabbli, kif imfissra f'punt (b), prodotti fil-Komunità.

    Biex isir użu minn din id-dispożizzjoni, l-applikant għandu jagħti lill-awtoritajiet tad-dwana dokumenti ta' l-appoġġ li jirrendu lil dawk l-awtoritajiet kapaċi li jkunu sodisfatti li x-xiri maħsub ta' dawk il-prodotti tal-Komunità jista' jsir b'mod raġonevoli. Dawk id-dokumenti ta' l-appoġġ, li għandhom ikunu annessi ma l-applikazzjoni, jistgħu jieħdu l-forma, per eżempju, ta' kopji ta' dokumenti kummerċjali jew amministrattivi li jirreferu għal xiri fil-perjodu ta' riferenza ta' qabel, jew ordnijiet jew xiri maħsub għall-perjodu taħt konsiderazzjoni.

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 87(2) tal-kodiċi, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom, meta jkun xieraq, jivverifikaw li l-perċentwali jkun korrett fl-aħħar tal-perjodu inkwistjoni (kodiċi 7001);"

    - Għandu jiżdied il-punt (vi) li ġej:

    "(vi) qed jibni satelliti jew partijiet ta' satelliti (kodiċi 7006)."

    31. Fl-Artikolu 553(2) l-ewwel subparagrafu hu sostitwit b'dan li ġej:

    (Din l-emenda ma tikkonċernax il-verżjoni bl-Ingliż)

    32. L-Artikolu 564(2) hu mibdul b'dan li ġej:

    "2. Fejn l-aggregazzjoni ta' kull xahar tkun awtorizzata għall-prodotti agrarji msemmija fl-Artikolu 560(2), il-perjodi għal esportazzjoni mil-ġdid għandhom jiskadu mhux aktar tard mill-aħħar jum tat-tielet xahar wara dak li għalih aggregazzjoni ġiet awtorizzata."

    33. L-Artikolu 569(1) hu mibdul b'dan li ġej:

    "1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 u l-Artikolu 570(1), fejn isir użu minn kumpens ekwivalenti, il-prodotti ekwivalenti għandhom ikunu taħt is-sub-intestatura bi tmien ċifri tal-kodiċi tan-nomenklatura magħduda, tkun ta' l-istess kwalità kummerċjali u jkollha l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-prodotti impurtati."

    34. L-Artikolu 572 hu mibdul b'dan li ġej:

    "L-Artikolu 572

    1. L-użu tas-sistema ta' l-esportazzjoni minn qabel mhux possibbli għall-awtorizzazzjonijiet li jinħarġu fuq il-bażi ta' wieħed jew aktar tal-kondizzjonijiet ekonomiċi magħrufa permezz tal-kodiċi 6201, 6202, 6301, 6302, 6303, 7004, 7005 u 7006, u jekk l-applikant ma jkunx kapaċi li jipprova li l-benefiċċju li juża din is-sistema jgħodd biss għad-detentur ta' l-awtorizzazzjoni.

    2. Meta l-esportazzjoni minn qabel tkun użata skond is-sistema ta' sospensjoni, l-Artikoli 569, 570 u 571(2) u (3) għandhom japplikaw mutatis mutandis.

    3. Fil-każ ta' l-esportazzjoni minn qabel, għandha ssir il-bidla fl-istatus tad-dwana msemmi fl-Artikolu 115(3) tal-kodiċi:

    - għar-rigward tal-prodotti esportati ta' kumpens, fil-ħin ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni u b'kondizzjoni li l-prodotti ta' l-importazzjoni jkunu mdaħħla fil-proċedura,

    - għar-rigward tal-prodotti ta' l-importazzjoni u prodotti ekwivalenti, fil-ħin tar-rilaxx tal-prodotti ta' l-importazzjoni dikjarati għall-proċedura."

    35. Fl-Artikolu 577(2) hu miżjud il-punt (e) li ġej:

    "(e) il-konsenja, f'forma ta' prodotti ta' kumpens, ta' prodotti użati għall-kostruzzjoni ta' satelliti u apparat ta' l-istazzjon ta' l-art li jkunu parti integrali minn dawk is-satelliti, intiżi bħala siti għat-tluq stabbiliti fit-territorju tad-dwana tal-Komunità. Għar-rigward ta' dan l-apparat ta' l-istazzjon ta' l-art, il-konsenja m'għandhiex tkun assimilata definittivament għall-esportazzjoni sal-mument meta dan l-apparat ikun assenjat trattament jew użu ieħor li jkun approvat mid-dwana, minbarra rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa."

    36. L-Artikolu 580(1), (2) u (3) hu mibdul b'dan li ġej:

    "1. Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti fl-istat mhux mibdul jew prodotti ewlenin li jikkumpensaw hu possibbli meta l-persuna interessata tiddikjara li ma tkunx tista tassenja dawk il-prodotti jew affarijiet għal trattament jew użu li jkun approvat mid-dwana li dwarhom drittijiet ta' l-importazzjoni ma jkunux pagabbli, suġġett għall-pagament ta' l-interess ta' kumpens skond l-Artikolu 589(1).

    2. L-awtoritajiet tad-dwana jistgħu jawtorizzaw rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fuq bażi ġenerali. Dik l-awtorizazzjoni tkun possibbli biss jekk din ma tiksirx dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità li jirreferu għal rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa.

    3. Meta awtorizazzjoni għal rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fuq bażi ġenerali tkun inħarġet skond il-paragrafu 2, prodotti ta' l-importazzjoni jistgħu jitpoġġew fuq is-suq tal-Komunità f'forma jew ta' prodotti ta' kumpens jew tal-prodotti fi stat mhux mibdul mingħajr l-formalitajiet għal rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa ma jkunu magħmula fil-ħin li dawn jitpoġġew fis-suq.

    Għall-finijiet tal-paragrafu 4 biss, prodotti mpoġġija fis-suq b'dan il-mod m'għandhomx ikunu kkunsidrati li jkunu ġew assenjati trattament jew użu li jkun approvat mid-dwana."

    37. Għandu jidħol l-Artikolu 585a li ġej:

    "L-Artikolu 585a

    1. Id-dazji ta' l-importazzjoni li għandhom jitħallsu taħt l-Artikolu 121(1) tal-kodiċi dwar prodotti ta' l-importazzjoni eliġibbli, fil-ħin meta d-dikjarazzjoni ta' dħul għall-proċedura tkun aċċettata, għal trattament ta' tariffa favorevoli minħabba l-aħħar użu tagħhom għandu jkun kalkulat bir-rata li tikkorrispondi ma' dak l-aħħar użu mingħajr awtorizzazzjoni speċjali għall-għoti ta' dak it-trattament li jkun meħtieġ, sakemm il-kondizzjonijiet li jkunu marbuta ma l-għoti tat-tariffa favorevoli ikunu ssodisfati.

    2. Il-Paragrafu 1 japplika biss meta l-prodotti jkunu tpoġġew għall-aħħar użu li jikkwalifikahom għal trattament ta' tariffa favorevoli qabel it-tmiem tal-limitu tal-ħin stabbilit għal dak il-għan mid-dispożizzjonijiet tal-Komunità li jirregolaw il-kondizzjonijiet li taħthom dawk il-prodotti jistgħu jingħataw l-imsemmi trattament. Il-limitu tal-ħin għandu jibda jgħodd mill-ħin ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għal dħul għall-proċedura. Dan jista' jiġi estiż mill-awtoritajiet tad-dwana meta l-prodotti ma jitpoġġewx għall-aħħar użu msemmi bħala riżultat ta' ċirkostanzi li ma setgħux jiġu previsti, forza maġġuri jew l-esiġenzi inerenti tekniċi tal-ħidma ta' l-ipproċessar."

    38. L-Artikolu 587(1) hu mibdul b'dan li ġej:

    "1. Meta l-prodotti ta' kumpens ikunu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa u d-dejn tad-dwana jkun kalkulat fuq il-bażi tal-prodotti ta' ħlas li jkun xieraq għall-prodotti impurtati, skond l-Artikolu 122 tal-kodiċi, kaxxi 15, 16, 34, 41 u 42 tad-dikjarazzjoni għandhom jirriferu għall-prodotti ta' l-importazzjoni."

    39. Il-paragrafu li ġej hu miżjud ma' l-Artikolu 589(2):

    - "— meta jsir dejn tad-dwana bħala riżultat ta' l-applikazzjoni għal rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa taħt l-Artikolu 128(4) tal-kodiċi, sakemm id-drittijiet ta' l-importazzjoni pagabbli fuq il-prodotti msemmija ma jkunux attwalment għadhom ġew imħallsa lura jew rimessi."

    40. L-Artikolu 591(2) hu mibdul b'dan li ġej:

    "2. Il-kalkoli għandhom isiru skond il-metodi msemmija fl-Artikoli 592, 593 u 594 jew b'xi metodu ieħor li jkollu l-istess riżultati fuq il-bażi ta' l-eżempji stabbiliti fl-Anness 80."

    41. Fl-Artikolu 601 huma miżjuda l-paragrafi 4, 5 u 6 li ġejjin:

    "4. Proċeduri semplifikati jistgħu jiġu stabbiliti għal mixjiet tan-negozju triangulari speċifiċi fuq talba ta' l-impriżi li jkollhom numru kbir biżżejjed ta' ħidmiet ta' esportazzjoni antiċipati.

    Din il-proċedura għandha tiġi mitluba, mid-detentur ta' l-awtorizzazzjoni, mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istat Membru li fih l-awtorizzazzjoni tkun inħarġet.

    Din id-deroga għandha twassal għall-aggregazzjoni ta' l-esportazzjonijiet antiċipati ta' prodotti ta' kumpens fuq medda ta' perjodu stabbilit, bil-għan li tinħareġ Folja ta' Informazzjoni INF 5 li tkopri l-ammont totali ta' l-esportazzjonijiet matul l-imsemmi perjodu.

    5. It-talba għandha tkun akkumpanjata minn kull dokument ta' appoġġ jew xhieda meħtieġa għall-valutazzjoni tagħha. Dawk id-dokumenti jew xiehda għandhom fost l-oħrajn juru l-frekwenza ta' l-esportazzjonijiet, jagħtu profil tal-proċeduri maħsuba u jinkludu dettalji li juru li jkun possibbli li jiġi vverifikat jekk il-kondizzjonijiet għall-prodotti ekwivalenti jkunux sodisfatti.

    6. Meta l-awtoritajiet tad-dwana jkunu fil-pussess tad-dettalji meħtieġa kollha dawn għandhom jgħaddu t-talba lill-Kummissjoni, flimkien ma' l-opinjoni tagħhom.

    Malli l-Kummissjoni tirċievi t-talba din għandha tikkomunika d-dettalji lill-Istati Membri.

    Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, skond il-proċedura tal-Kumitat, jekk u b'liema kondizzjonijiet awtorizazzjoni tista' tinħareġ, fejn jiġu speċifikati fost l-oħrajn il-miżuri ta' kontroll li għandhom jintużaw biex jassiguraw il-kondotta xierqa ta' l-operazzjonijiet taħt is-sistema ta' kumpens ekwivalenti."

    42. L-Artikolu 616 hu mibdul b'dan li ġej:

    "L-Artikolu 616

    1. Meta prodotti jew affarijiet li jiddaħħlu għall-ipproċessar 'il ġewwa (sistema ta' sospensjoni) ikunu ser jitmexxew ġewwa t-territorju tad-dwana tal-Komunità, it-trasport tal-prodotti jew affarijiet imsemmija għandu jsir jew skond id-dispożizzjonijiet dwar transitu estern jew skond il-proċeduri ta' trasferiment stabbiliti fil-paragrafu 3 u fl-Artikoli 617 sa 623.

    2. Id-dokument ta' transitu estern jew id-dokument trattat bħala dokument ta' transitu estern għandu jkollu l-indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 610.

    3. Jekk jingħata permess għall-użu tal-proċeduri ta' trasferiment, dawn għandhom jiġu mniżżla fl-awtorizazzjoni. Dawn għandhom jissostitwixxu l-proċeduri ta' moviment ta' l-arranġamenti ta' transitu estern. Fil-każ ta' trasferiment ta' prodotti jew affarijiet mingħand id-detentur ta' awtorizzazzjoni waħda lid-detentur ta' awtorizzazzjoni oħra, iż-żewġ awtorizzazzjonijiet għandhom jistipulaw il-proċeduri ta' trasferiment.

    Permess għall-użu tal-proċeduri inkwistjoni jista' jingħata biss jekk id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni iżomm jew kien żamm għalih ir-reġistri tal-proċessar il ġewwa imsemmija fl-Artikolu 556(3)."

    43. Fl-Artikolu 621(1) hu miżjud il-punt (d) li ġej:

    "(d) simplifikazzjoni tal-formalitajiet stabbiliti fl-Artikolu 619, sakemm is-sistema stabbilita tiggarantixxi komunikazzjoni ta' l-informazzjoni bl-istess mod bħal dak stabbilit fl-Anness 83, kif ukoll għat-tlestija tal-formalitajiet bl-użu ta' dokument kummerċjali jew amministrattiv."

    44. L-Artikolu 624 hu mibdul b'dan li ġej:

    "L-Artikolu 624

    Il-proċeduri stabbiliti għal rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa taħt is-sistema drawback japplikaw għall-prodotti ta' l-importazzjoni, inklużi prodotti ta' l-importazzjoni taħt is-sistema ta' kumpens ekwivalenti mingħajr esportazzjoni minn qabel. F'dan il-każ ta' l-aħħar, il-prodotti huma rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa mingħajr applikazzjoni tad-drittijiet ta' l-importazzjoni."

    45. L-Artikolu 634(2) hu mibdul b'dan li ġej:

    "2. Il-kalkoli għandhom isiru skond il-metodi msemmija fl-Artikoli 635, 636 u 637 jew b'xi metodu ieħor li jkollu l-istess riżultati fuq il-bażi ta' l-eżempji stabbiliti fl-Anness 80."

    46. L-Artikolu 640(2) hu mibdul b'dan li ġej:

    "2. Fejn il-proċeduri simplifikati li jirreferu għall-formalitajiet għal rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa taħt is-sistema drawback u għal esportazzjoni jkunu ġew applikati, id-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-punti (f) u (j) tal-paragrafu 1 jew id-dokumenti għandhom ikunu dawk imsemmija fl-Artikolu 76(2) tal-kodiċi."

    47. L-Artikolu 645 hu mibdul b'dan li ġej:

    "L-Artikolu 645

    Fejn il-prodotti ta' kumpens li jirriżultaw minn ħidmiet ta' proċessar 'il ġewwa taħt is-sistema drawback ikunu kunsinnati lil uffiċċju tad-dwana ieħor taħt il-proċedura ta' transitu estern, li tista tikkostitwixxi ġustifikazzjoni għal talba ta' rifużjoni, u jkunu s-suġġett ta' l-applikazzjoni ġdida ta' proċessar 'il ġewwa, l-awtoritajiet tad-dwana li jkollhom il-poter u responsabbli għal ħruġ ta' l-awtorizzazzjoni ġdida għandhom jużaw l-Folja ta' Informazzjoni INF 1 imsemmija fl-Artikolu 611 biex jistabbilixxu l-ammont ta' xi drittijiet ta' l-importazzjoni għandhom jitħallsu jew l-ammont tad-debiti tad-dwana li jistgħu jinqalgħu."

    48. L-Artikolu 646(2) hu mibdul b'dan li ġej:

    "2. Il-Folja ta' Informazzjoni INF 7 imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tintuża meta l-prodotti ta' kumpens miġjuba minn ħidmiet ta' proċessar 'il ġewwa taħt is-sistema drawback ikunu trasferiti, mingħajr ma ssir talba għal rifużjoni, lil uffiċċju ta' rilaxx mhux imsemmi fl-awtorizzazzjoni u jkunu assenjati hemm, jew fl-istat mhux mibdul tagħhom jew wara aktar proċessar li jkun awtorizzat kif jixraq, lil wieħed mit-trattamenti li jkun approvat mid-dwana jew użi li jippermettu rifużjoni jew remissjoni, konformi ma L-Artikolu 128(1) tal-kodiċi. L-uffiċċju tad-dwana fejn il-prodotti jew affarijiet kienu assenjati dak it-trattament jew użu għandu meta jkun meħtieġ, fuq talba tal-persuna interessata, joħroġ il-Folja ta' Informazzjoni INF 7."

    49. L-Artikolu 647(1) hu mibdul b'dan li ġej:

    "1. Il-Folja ta' Informazzjoni INF 7 għandha tiġi murija mill-persuna interessata fl-istess ħin tad-dikjarazzjoni tad-dwana użata biex tassenja t-trattament li jkun approvat mid-dwana jew użu li jsir applikazzjoni għalih."

    50. Fl-Artikolu 648(1) il-punt 1 hu sostitwit b'dan li ġej:

    "(a) għar-rigward ta' kull awtorizzazzjoni fejn il-valur tal-prodotti ta' l-importazzjoni għal kull operatur u għal kull sena kalendarja jeċċedi l-limiti stabbiliti fl-Artikolu 552(1)(a)(v), id-dettalji indikati fl-Anness 85; dawk id-dettalji ma jeħtiġux li jkunu komunikati fejn l-applikazzjoni għall-proċessar 'il ġewwa ma tkunx inħarġet fuq il-bażi ta' wieħed jew aktar mill-kondizzjonijiet ekonomiċi magħrufa bil-kodiċijiet li ġejjin: 6106, 6107, 6201, 6202, 6301, 6302, 6303, 7004, 7005 u 7006.

    Dawk id-dettalji għandhom ukoll ikunu komunikati meta l-kondizzjonijiet ekonomiċi jkunu ġew ri-eżaminati għall-awtorizzazzjoni ta' validità bla limitu, jew meta bidliet ikunu saru għall-informazzjoni li tkun ġiet rappurtata qabel dwar awtorizzazzjonijiet diġà maħruġa.

    Iżda, għar-rigward tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 560(2), id-dettalji għandhom jingħataw għal kull awtorizzazzjoni mogħtija, irrispettivament mill-valur tal-prodotti u irrispettivament mill-kodiċi użat biex jidentifika l-kondizzjonijiet ekonomiċi."

    51. L-Artikolu 674 hu mibdul b'dan li ġej:

    "L-Artikolu 674

    1. Il-proċedura ta' l-importazzjoni temporanja bil-ħelsien totali minn dazji ta' l-importazzjoni għandha tingħata għal:

    (a) materjal pedagoġiku u apparat xjentifiku;

    (b) spare parts u aċċessorji għal dak il-materjal jew apparat;

    (ċ) għodda disinjata speċifikatament għall-manutenzjoni, verifiki, kalibratura jew tiswija ta' dak il-materjal jew apparat.

    2. "Materjal pedagoġiku" ifisser kull materjal intiż għall-għan waħdieni ta' tagħlim jew taħriġ vokazzjonali, u b'mod partikolari mudelli, strumenti, apparat jew magni.

    Il-lista tal-prodotti li għandhom ikunu kkunsidrati bħala materjal pedagoġiku hi stabbilita fl-Anness 91. Lista illustrattiva tal-prodotti oħra impurtati b'konnessjoni ma l-attivitajiet edukattivi, xjentifiċi jew kulturali hi mogħtija fl-Anness 91a.

    3. "Materjal xjentifiku" ifisser kull materjal intiż għall-għan waħdieni ta' riċerka xjentifika jew tagħlim u b'mod partikolari mudelli, strumenti, apparat jew magni.

    4. Il-proċedura ta' l-importazzjoni temporanja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata sakemm il-materjal pedagoġiku jew apparat, spare parts, aċċessorji jew għodda xjentifika:

    (a) ikunu impurtati minn stabbilimenti approvati u jkunu użati taħt is-superviżjoni u responsabbilità ta' dawk l-istabbilimenti;

    (b) ikunu użati għal finijiet mhux kummerċjali;

    (ċ) ikunu impurtati f'ammont raġonevoli, wara li jiġi kkunsidrat l-għan ta' l-importazzjoni;

    (d) jibqgħu matul il-waqfa tiegħu fit-territorju tad-dwana tal-Komunità il-proprjetà ta' persuna stabbilita barra minn dak it-territorju.

    5. Il-perjodu li matulu dak il-materjal pedagoġiku jew apparat xjentifiku jista' jibqa taħt il-proċedura ta' l-importazzjoni temporanja għandu jkun ta' 12-il xahar."

    52. L-Artikolu 675 hu mħassar.

    53. L-Artikolu 680 hu emendat kif ġej:

    - Il-paragrafu waħdu jsir il-paragrafu 1 u l-punti (ċ) u (f) jkunu sostitwiti rispettivament b'dawn li ġejjin:

    "(ċ) għodda speċjali u strumenti li jkunu magħmula disponibbli mingħajr ħlas lill-persuna stabbilita fit-territorju tad-dwana tal-Komunità għall-użu fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti li għandhom ikunu esportati kollha kemm huma, bil-kondizzjoni li dawk l-għodda u strumenti jibqgħu l-proprjetà ta' persuna stabbilita barra mit-territorju tad-dwana tal-Komunità;

    (f) kampjuni, jiġifieri prodotti li jkunu rappreżentattivi ta' kategorija partikolari tal-prodotti diġà fabbrikati jew li jkunu eżempji tal-prodotti li l-produzzjoni tagħhom tkun ikkontemplata, iżda ma jinkludux prodotti identiċi mdaħħla mill-istess individwu, jew mibgħuta lill-kunsinnatarju wieħed, f'dak l-ammont li, meta jittieħdu kollha kemm huma, ma jibqgħux jikkostitwixxu kampjuni skond l-użu kummerċjali ordinarju."

    - Għandu jiżdied il-paragrafu 2 li ġej:

    "2. Biex jikkwalifikaw għall-proċedura ta' l-importazzjoni temporanja msemmija fil-paragrafu 1:

    (a) il-prodotti msemmija f'punti (a), (b), (ċ) u (f) ta' dak il-paragrafu jridu jkunu l-proprjeta ta' persuna stabbilita barra mit-territorju tad-dwana tal-Komunità;

    (b) il-kampjuni msemmija f'punt (f) ta' dak il-paragrafu għandhom ikunu impurtati biss għall-fini li jkunu murija jew eżibiti fit-territorju tad-dwana tal-Komunità biex b'hekk jittieħdu ordnijiet għall-prodotti simili li jiġu impurtati f'dak it-territorju. Dawn ma jistgħux jinbiegħu jew jintużaw b'mod normali ħlief għall-finijiet ta' wiri, jew użati b'xi mod waqt li jkunu fit-territorju tad-dwana tal-Komunità."

    54. Fl-Artikolu 684 il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

    "2. Għal dawn il-finijiet:

    (a) "vjaġġatur" ifisser kull persuna msemmija fl-Artikolu 236(A)(1);

    (b) "oġġetti personali" tfisser l-oġġetti kollha, ġodda jew użati, li vjaġġatur jista' jeħtieġ b'mod raġonevoli għall-użu tiegħu jew tagħha matul il-vjaġġ, meta wieħed jikkunsidra ċ-ċirkostanzi kollha tal-vjaġġ, iżda li jeskludu kull prodott impurtat għall-finijiet kummerċjali;

    (ċ) "prodotti impurtati għall-finijiet sportivi" ifisser ħtiġijiet sportivi u l-prodotti oħra għall-użu minn vjaġġaturi f'kampjonati sportivi jew wirjiet jew għal tħariġ li jsir fit-territorju tad-dwana tal-Komunità.

    3. Prodotti personali għandhom ikunu esportati mill-ġdid sa mhux aktar tard minn meta l-persuna li impurtahom tħalli t-territorju tad-dwana tal-Komunità.

    Il-perjodu li matulu dawk l-prodotti impurtati għall-finijiet ta' sport jistgħu jibqgħu taħt il-proċedura ta' l-importazzjoni temporanja għandu jkun ta' 12-il xahar.

    4. Il-lista illustrattiva ta' dawk l-prodotti hi stabbilita fl-Anness 92."

    55. Għandu jidħol l-Artikolu 684a li ġej:

    "L-Artikolu 684a

    1. Il-proċedura ta' l-importazzjoni temporanja b'eżenzjoni totali mid-dazji ta' l-importazzjoni għandha tingħata għall-materjal pubbliċitarju turististiku.

    2. "Materjal pubbliċitarju turistiku" ifisser prodotti li l-għan tagħhom hu li jinkoraġġixxu lill-pubbliku li jżuru pajjiżi barranin, b'mod partikolari sabiex jattendu laqgħat kulturali, reliġjużi, sportivi jew professjonali jew attivitajiet magħmula hemm.

    3. Lista illustrattiva ta' dawk il-prodotti hi stabbilita fl-Anness 93."

    56. L-Artikolu 685 hu mibdul b'dan li ġej:

    "L-Artikolu 685

    1. Il-proċedura ta' l-importazzjoni temporanja b'eżenzjoni sħiħa minn dazji ta' importazzjoni għandha tingħata għall-apparat u annimali ħajjjin ta' kull speċi impurtati għall-finijiet elenkati fl-Anness 93a.

    2. Il-proċedura ta' importazzjoni temporanja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata bil-kondizzjoni li:

    (a) l-annimali jkunu l-proprjetà ta' persuna stabbilita barra mit-territorju tad-dwana tal-Komunità;

    (b) l-apparat ikun il-proprjetà ta' persuna stabbilita fiż-żona tal-fruntiera maġenb dik tat-territorju tad-dwana tal-Komunità;

    (ċ) bhejjem tat-tagħbija u apparat ikunu impurtati minn persuna stabbilita fiż-żona tal-fruntiera maġenb dik tat-territorju tad-dwana tal-Komunità biex tinħadem l-art li tinsab ġewwa t-territorju tad-dwana tal-Komunità, li tinvolvi t-twettieq ta' xogħol agrarju jew tal-foresti, inkluża t-tneħħija jew trasport ta' injam mhux maħdum, jew għal pixxikultura.

    3. "Żona tal-fruntiera" tfisser, mingħajr preġudizzju għall-konvenzjonijiet eżistenti f'dan ir-rigward, żona li, f'linja dritta, ma testendix aktar minn 15-il kilometri mill-fruntiera. Id-distretti amministrattivi lokali, li parti mit-territorju tagħhom tinsab ġewwa ż-żona, għandhom ukoll jiġu kkunsidrati li jkunu parti miż-żona tal-fruntiera, minkejja kull derogi f'din il-materja."

    57. Għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej fl-Artikolu 689:

    "3. Wara li jintemm il-perjodu li għalih l-prodotti li daħlu fil-proċedura taħt dan l-Artikolu jistgħu jibqgħu taħt din il-proċedura, il-prodotti għandhom ikunu assenjati għal trattament ġdid jew użu li jkun approvat mid-dwana jew jidħlu għall-proċedura ta' l-importazzjoni temporanja b'eżenzjoni parzjali minn drittijiet ta' l-importazzjoni.

    Jekk ikun meħtieġ li jiġu stabbiliti d-drittijiet li għandhom jintalbu taħt il-proċedura ta' għajnuna parzjali, id-data li għandha tittieħed inkonsiderazzjoni għandha tkun dik li fiha l-prodotti jkunu ddaħħlu għall-importazzjoni temporanja taħt il-paragrafu 1."

    58. L-Artikolu 694(1) hu mibdul b'dan li ġej:

    "1. Meta tinħareġ l-awtorizzazzjoni l-awtoritajiet tad-dwana nominati għandhom jispeċifikaw il-perjodu li fih il-prodotti impurtati għandhom ikunu assenjati għal trattament jew użu li jkun approvat mid-dwana, wara li jiġu kkunsidrati l-perjodi mogħtija fl-Artikolu 140(2) tal-kodiċi u L-Artikoli 674, 675, 679, 681, 682 u 684 u l-ħin meħtieġ biex jintlaħaq l-għan ta' l-importazzjoni temporanja."

    59. L-Artikolu 698 hu mibdul b'dan li ġej:

    "L-Artikolu 698

    1. Il-prodotti personali tal-vjaġġaturi u l-prodotti impurtati għall-finijiet sportivi msemmija fl-Artikolu 684 għandhom ikunu awtorizzati għall-proċedura ta' l-importazzjoni temporanja mingħajr applikazzjoni bil-miktub jew awtorizzazzjoni.

    F'dak il-każ l-att stabbilit fl-Artikolu 233 għandu jkun ikkunsidrat li jkun applikazzjoni għall-importazzjoni temporanja u n-nuqqas ta' l-intervent mill-awtoritajiet tad-dwana li tkun awtorizzazzjoni.

    2. Fuq talba espliċita ta' l-awtoritajiet tad-dwana u fejn ammont għoli ta' drittijiet ta' dwana u ħlasijiet oħra huma involuti, il-paragrafu 1 ma jgħoddx għar-rigward tal-prodotti personali."

    60. L-Artikolu 699(3) hu mibdul b'dan li ġej:

    "3. Meta japplika l-Artikolu 697, il-ktejjeb ATA għandu jintwera sabiex il-prodotti jiddaħħlu għall-proċedura ta' l-importazzjoni temporanja f'kull uffiċċju tad-dħul awtorizzat kif jixraq. L-uffiċċju ta' dħul għandu mbagħad iservi bħala l-uffiċċju ta' dħul għall-proċedura.

    Iżda:

    (a) meta l-uffiċċju tad-dħul awtorizzat kif jixraq ma jkunx jista' jiċċekkja l-osservanza tal-kondizzjonijiet kollha li għalihom il-proċedura ta' l-importazzjoni temporanja tkun suġġetta, jew

    (b) meta l-uffiċċju ta' dħul ma jkollux setgħa li jaġixxi bħala l-uffiċċju ta' dħul għall-proċedura,

    l-imsemmi uffiċċju għandu jippermetti l-prodotti li jittieħdu fl-uffiċċju ta' destinazzjoni li jkun jista' jagħmel il-verifiki tal-ktejjeb ATA użat bħala dokument ta' transitu."

    61. L-Artikolu 700 hu mibdul b'dan li ġej:

    "1. Għall-finijiet ta' l-Artikolu 88 tal-kodiċi, id-dħul għall-proċedura ta' l-importazzjoni temporanja għandu jkun suġġett għall-għoti ta' garanzija.

    2. Bħala deroga mill-paragrafu 1, l-Anness 97 jelenka l-każijiet li fihom l-ebda garanzija m'għandha tkun meħtieġa għal dħul tal-prodotti għall-proċedura ta' l-importazzjoni temporanja."

    62. Għandu jidħol l-Artikolu 700a li ġej:

    "L-Artikolu 700a

    1. Għall-finijiet ta' l-Artikolu 691(2)(b) u 692(2), il-garanzija għandha tingħata fl-uffiċċju tad-dwana li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni tal-proċedura ta' dħul, sabiex jiġi assigurat li jsir pagament ta' kull debitu tad-dwana u ħlasijiet oħra li jistgħu jinqalgħu għar-rigward tal-prodotti.

    2. Meta tinħareġ l-awtorizzazzjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 692 bl-użu tal-proċeduri simplifikati kif ipprovdut fl-Artikolu 713, u l-prodotti għandhom jintużaw f'aktar minn Stat Membru wieħed, dak li jkollu l-proċedura għandu jġib din l-informazzjoni għall-attenzjoni ta' l-uffiċċju tad-dwana.

    3. Il-garanzija għandha tiġi rilaxxata mill-uffiċċju tad-dwana li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni, malli l-uffiċċju tad-dwana li inizjalment iffirma l-folja ta' l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 715(3) jirċievi l-kopja ffirmata mill-uffiċċju ta' rilaxx taħt l-Artikolu 716(2), akkumpanjata:

    - jew b'kopja Nru 3 tad-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid, jew

    - b'kopja tad-dokument li jippermetti d-dħul tal-prodotti għal trattament jew użu approvat mid-dwana, fin-nuqqas ta' dan, prova għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet tad-dwana li l-prodotti jkunu ġew assenjati trattament jew użu ieħor approvat mid-dwana."

    63. Għandu jidħol l-Artikolu 710a li ġej:

    "L-Artikolu 710a

    Fil-każ tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti fi Stat Membru minbarra dak li fih ikunu ddaħħlu għall-proċedura, l-Istat Membru ta' rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa għandu jiġbor id-drittijiet ta' l-importazzjoni li huma msemmija fil-Folja ta' Informazzjoni INF 6, kif ipprovdut fl-Artikolu 715(3), skond l-indikazzjonijiet korrispondenti."

    64. Għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej fl-Artikolu 712:

    "3. Bħala deroga mill-paragrafu 1, prodotti mdaħħla għall-proċedura ta' l-importazzjoni temporanja taħt il-ktejjeb ATA għandhom jiċċirkolaw ġewwa t-territorju tad-dwana tal-Komunità mingħajr aktar formalitajiet tad-dwana sat-tlestija tal-formalitajet għar-rilaxx tal-proċedura. L-Artikolu 452 għandu japplika mutatis mutandis."

    65. Is-subtaqsima li ġejja hi miżjuda ma' l-Artikolu 2 tal-Kapitolu 5 fil-Parti II, it-Titolu III:

    "Subtaqsima 9

    Tiġdid tal-kotba ATA

    L-Artikolu 716a

    1. Meta jkun imbassar li l-ħidma ta' l-importazzjoni temporanja tista' teċċedi l-perjodu ta' validità tal-ktejjeb ATA minħabba li d-detentur ma jkunx jista' jirriesporta l-prodotti, l-assoċjazzjoni tal-ħruġ tista' toħroġ ktejjeb ta' sostituzzjoni. Id-detentur għandu jirritorna l-ktejjeb oriġinali lill-assoċjazzjoni li tkun ħarġitha.

    2. Il-ktejjeb ta' sostituzzjoni għandu jingħata lill-uffiċċju tad-dwana kompetenti tal-post fejn il-prodotti jkunu jinsabu, li għandu jagħmel il-formalitajiet li ġejjin:

    (a) dan għandu jirrilaxxa l-ktejjeb oriġinali billi juża l-irċevuta ta' esportazzjoni mill-ġdid li għandu jirritornaha mingħajr dewmien lill-uffiċċju tad-dwana tal-bidu ta' l-importazzjoni temporanja;

    (b) dan għandu jirċievi l-ktejjeb ta' sostituzzjoni u jżomm l-irċevuta ta' l-importazzjoni, billi l-ewwel iniżżel fuq l-istess irċevuta d-data finali għal esportazzjoni mill-ġdid kif muri fil-ktejjeb oriġinali kif ukoll kull estensjoni, u n-numru tal-ktejjeb oriġinali.

    3. Meta l-proċedura ta' l-importazzjoni temporanja tkun magħmula l-uffiċċju ta' esportazzjoni mill-ġdid għandu jagħmel il-formalitajiet stabbiliti fl-Artikolu 706(3) bl-użu ta' l-irċevuta ta' esportazzjoni mill-ġdid tal-ktejjeb ta' sostituzzjoni, li għandu jirritornah mingħajr dewmien lill-uffiċċju tad-dwana li jkun irċieva l-ktejjeb ta' sostituzzjoni.

    4. Il-ħruġ ta' kotba ta' sostituzzjoni hu r-responsabbiltà ta' l-assoċjazzjoni tal-ħruġ. Jekk ktejjeb ATA jiskadi u d-detentur ma jkunx jista' jirriesporta l-prodotti, u l-assoċjazzjoni tal-ħruġ tirrifjuta li toħroġ ktejjeb ta' sostituzzjoni, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom jeħtieġu t-tlestija tal-formalitajiet tad-dwana stabbiliti fl-Artikoli 691 sa 702."

    66. Il-Punt (b) ta' l-Artikolu 719(10) hu sostitwit b'dan li ġej:

    "(b) vettura għall-użu privat li tkun ġiet impoġġija taħt proċedura ta' l-importazzjoni temporanja tista' tintuża okkażjonalment minn persuna naturali stabbilita fit-territorju tad-dwana tal-Komunità fejn dik il-persuna tkun qed taġixxi għan-nom ta' jew fuq struzzjonijiet ta' l-utent tal-proċedura, li jkun hu stess f'dak it-territorju."

    67. Il-punt (b) ta' l-Artikolu 747(1) hu sostitwit b'dan li ġej:

    "(b) il-lista ta' l-uffiċċji tad-dwana li għandhom il-poter li jaċċettaw dikjarazzjonijiet għall-proċedura bis-saħħa ta' l-Artikoli 695, 696, 697 u 699."

    68. L-intestatura tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti IV hi sostitwita b'dan li ġej:

    "IL-KAPITOLU 3

    Prodotti f'sitwazzjonijiet speċjali"

    69. Għandu jidħol l-Artikolu 867a li ġej:

    "L-Artikolu 867a

    1. Prodotti mhux tal-Komunità li jkunu ġew abbandunati lit-Teżor jew maqbuda jew konfiskati għandhom ikunu kkunsidrati li jkunu ddaħħlu għall-proċedura tad-dwana ta' depożitu.

    2. Il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinbiegħu mill-awtoritajiet tad-dwana biss bil-kondizzjoni li x-xerrej jagħmel minnufih il-formalitajiet biex jassenjahom trattament jew użu approvat mid-dwana.

    Meta l-bejgħ ikun bi prezz li jinkludi d-dazji ta' l-importazzjoni, il-bejgħ għandu jkun ikkunsidrat bħala ekwivalenti għal rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa, u l-awtoritajiet tad-dwana nfushom għandhom jikkalkulaw id-dazji u jdaħħluhom fil-kontijiet.

    F'dawn il-każijiet, il-bejgħ għandu jsir skond il-proċeduri fis-seħħ fl-Istati Membri.

    3. Meta l-amministrazzjoni tiddeċiedi li taġixxi rigward il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 minbarra bejgħ, din għandha minnufih tagħmel il-formalitajiet biex tassenjahom wieħed mit-trattamenti jew użi li jkunu approvati mid-dwana stabbiliti fl-Artikolu 4(15)(a), (b), (ċ) u (d) tal-kodiċi."

    70. L-Anness 6a li hu stabbilit fl-Anness 3 ta' hawnhekk hu mdaħħal.

    71. L-Anness 37 hu emendat skond l-Anness 4 ta' hawnhekk.

    72. L-Anness 38 hu emendat skond l-Anness 5 ta' hawnhekk.

    73. L-ewwel paġna ta' l-Anness 39 hi sostitwita bl-Anness 6 ta' hawnhekk.

    74. L-Anness 52 hu sostitwit bl-Anness 7 ta' hawnhekk.

    75. L-Anness 53 hu sostitwit bl-Anness 8 ta' hawnhekk.

    76. L-Anness 56 hu sostitwit bl-Anness 9 ta' hawnhekk.

    77. Fl-Anness 67/B, it-tieni paġna ta' l-Anness ta' l-Applikazzjoni ta' Proċessar 'il Ġewwa (raġunijiet ekonomiċi) hi sostitwita bl-Anness 10 ta' hawnhekk.

    78. L-Anness 77 hu emendat skond l-Anness 11 ta' hawnhekk.

    79. L-Anness 79 hu emendat skond l-Anness 12 ta' hawnhekk.

    80. L-Annessi 91a u 93a li huma stabbiliti fl-Annessi 13 u 14 ta' hawnhekk rispettivament huma mdaħħla.

    L-Artikolu 2

    Ir-Regolamenti li li ġejjin huma mħassra:

    - Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2955/85 tat-22 ta' Ottubru 1985 li jidderoga għar-rigward tal-pajjiżi ta' l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet Asjatiċi tax-Xlokk, tal-pajjiżi tas-Suq Komuni ta' l-Amerika Ċentrali u l-pajjiżi li ffirmaw il-Ftehim Cartagena (Grupp Andjan) mir-Regolament (KEE) Nru 3749/83 dwar it-tifsir tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' tariffi preferenzjali mogħtija mill-Komunità Ekonomika Ewropea għar-rigward ta' ċerti prodotti minn pajjiżi li qed jiżviluppaw [3],

    - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1592/93 tat-22 ta' Ġunju 1993 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-intitolament ta' vodka koperta bil-kodiċi NM 22089031 u 22089053, impurtata ġewwa l-Komunità, għall-konċessjonijiet mit-tariffi pprovduti fl-arranġamenti bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju ta' l-Isvezja dwar kummerċ f'xorb spirituż [4].

    L-Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Diċembru 1993.

    Għall-Kummissjoni

    Christiane Scrivener

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

    [2] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

    [3] ĠU L 285, tal-25.10.1985, p. 4.

    [4] ĠU L 153, tal-25.6.1993, p. 11.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS 1

    NRUTA' L-ORDNI | Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Denaturant |

    Isem | Il-kwantità massima li għandha tiġi użata għal kull 100 kg tal-prodott li għandu jiġi denaturat |

    (1) | (2) | (3) | (4) | (5) |

    1 | 0408 | Bajd ta' l-għasafar, mhux fil-qoxra, u l-isfar tal-bajda, frisk, imnixxef, imsajjar permezz ta' fwar jew permezz ta' tgħolija fl-ilma, fil-forma, iffriżat jew ippriservat mod ieħor, kemm jekk għandu jew le zokkor miżjud jew sustanza tal-ħlewwa oħra: | Spirtu tat-terpentina | 500 |

    Essenza tal-lavanda | 100 |

    Żejt tar-rosemary | 150 |

    Birch oil | 100 |

    — Isfar tal-bajd: | | |

    040811 | — — mnixxef: | Ikel tal-ħut ta' l-intestatura 23012000 tan-Nomenklatura Magħduda, li jkollu riħa karatteristika u li jkun fil-piż fi stat imnixxef ta' l-inqas: 62,5 % proteina nejja u6 % lipidi nejjin (sustanza tax- xaħam) | 5000 |

    04081120 | — — — Mhux tajjeb biex jittiekel mill-bniedem | | |

    040819 | — — — Oħrajn | | |

    04081920 | — — — Mhux tajjeb biex jittiekel mill-bniedem | | |

    — Oħrajn: | | |

    040891 | — — Imnixxef: | | |

    04089120 | — — — Mhux tajjeb biex jittiekel mill-bniedem | | |

    040899 | — — Oħrajn | | |

    04089920 | — — — Mhux tajjeb biex jittiekel mill-bniedem | | |

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS 2

    L-iskeda fl-Artikolu 26 għandha tiġi emendata kif ġej:

    1. Fl-ordni Nru 2, il-kolonni 6 u 7, it-test "Österreichische Hartkäse Export GmbH – Innsbruck" hu sostitwit b'dan li ġej:

    "Agrarmarkt Austria (AMA)" – "Vjenna".

    2. It-test ta' l-ordni Nru 5 hu sostitwit bl-ordni Nru 5 ta' hawn taħt.

    3. F'ordni Nru 6, il-kolonni 6 u 7:

    It-test "Carteira de commercio exterior do Banco do Brasil""Rio de Janeiro", u l-korrispondenti "Pajjiż ta' l-esportazzjoni""Brażil", hu sostitwit b'dan li ġej:

    - Secretariat do comercio exterior, Rio de Janeiro

    - Federacao das industrias do Rio Grande do Sul, Porto Alegre

    - Federacao das industrias do Estado do Parana, Curitiba

    - Federacao das industrias do Estado de Santa Catarina Florianopolis

    uIt-test "Uffiċċju tal-Korean Monopoly Corporation""Sintanjin", u l-korrispondenti "Pajjiż ta' l-esportazzjoni""Korea t'Isfel", hu sostitwit b'dan li ġej: "Korea Tobacco and Ginseng Corporation""Taejon".

    Nru ta' l-ordni | Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Nru ta' l-Anness | Korp li jiċċertifika |

    Pajjiż li jesporta | Isem | Post fejn ġie stabbilit |

    (1) | (2) | (3) | (4) | (5) | (6) | (7) |

    5 | 220890 | — Oħrajn: | | | | |

    — — Vodka ta' saħħa alkoħolika b'volum ta' 45,4 % vol jew anqas u spirtu ta' għajnbaqar, lanġas jew ċirasa (li ma jinkludix likwuri), f'reċipjenti li jkollhom: | 6 | Il-Fillandj | ALKO Limited | Salmisaarenranta, 7 00100 Helsinki 10 Fillandja |

    — — — 2 litri jew anqas: | | | |

    22089031 | — — — — Vodka | 6a | L-Isvezja | V & S Vin & Sprit AB | Formansvagen, 19 AArstadal 117 43 Stockholm |

    — — Spirti oħra, likwuri u xorb ieħor ta' spirtu, f'reċipjenti li jkollhom: | | | |

    — — — 2 l jew anqas: | | | |

    — — — — Oħrajn: | | | |

    — — — — — Spirti (li ma jinkludux likwuri): | | | |

    — — — — — — Oħrajn: | | | |

    22089058 | — — — — — — — Oħrajn | | | | |

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS 3

    "

    L-ANNESS 6

    +++++ TIFF +++++

    "

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS 4

    L-Anness 37 għandu jiġi emendat kif ġej:

    1. It-Titolu I(B) għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a) fir-raba' paragrafu tal-paragrafu 1, għandhom ikunu miżjuda n-numri 40 u 44,

    (b) fil-paragrafu 2(f)(aa) u (bb) għandhom jiżdiedu n-numri li ġejjin: 8, 35, 40, u 44. Fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2(f) għandhom jiżdiedu n-numri li ġejjin: 8, 35 u 40.

    2. It-Titolu II(A) għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a) f'punt 35, l-ewwel paragrafu għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

    "Kaxxa mandatorja għall-Istati Membri għar-rigward tal-proċeduri tal-Komunità dwar transitu, fejn l-esportazzjoni mill-ġdid tirrilaxxa l-proċedura tad-dwana dwar depożitu, u meta l-formola tintuża bħala xhieda ta' l-istatus tal-Komunità tal-prodotti, iżda għal użu bl-għażla għall-Istati Membri f'każijiet oħra."

    (b) f'punt 40 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "Din il-kaxxa hi mandatorja meta l-prodotti huma esportati mill-ġdid wara rilaxx tal-proċedura tad-dwana dwar depożitu f'maħżen tip B tad-dwana; daħħal ir-riferenza tad-dikjarazzjoni tad-dħul tal-prodotti għall-proċedura."

    (ċ) f'punt 44 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "Meta ssir id-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni mill-ġdid li tirrilaxxa l-proċedura dwar depożitu tad-dwana ma' l-uffiċċju tad-dwana minbarra dak l-uffiċċju ta' sorveljar, daħħal l-isem sħiħ u l-indirizz sħiħ ta' l-uffiċċju ta' sorveljar."

    3. Titolu II(Ċ) għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a) f'punt 8, it-tieni paragrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    "Fil-każ ta' dħul għall-proċedura tad-dwana dwar depożitu f'maħżen privat (tip Ċ, D jew E), daħħal l-isem u l-indirizz sħaħ tad-depożitant meta dan ta' l-aħħar ma jkunx id-dikjarant."

    (b) f'punt 35 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "Kaxxa mandatorja fil-każ tad-dħul tal-proċedura tad-dwana dwar depożitu."

    (ċ) f'punt 40 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "Din il-kaxxa hi mandatorja fil-każ tad-dħul għall-proċedura tad-dwana dwar depożitu u fejn xieraq għax-xhieda ta' l-istatus tal-Komunità."

    (d) f'punt 44 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "Meta ssir dikjarazzjoni li ddaħħal prodotti fil-proċedura dwar depożitu tad-dwana ma' l-uffiċċju tad-dwana minbarra dak l-uffiċċju ta' sorveljar, daħħal l-isem sħiħ u l-indirizz sħiħ ta' l-uffiċċju ta' sorveljar."

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS 5

    L-Anness 38 għandu jiġi emendat kif ġej:

    Il-kliem ta' kaxxa 1:dikjarazzjoni — l-ewwel suddiviżjoni — COM hu supplimentat b'dan li ġej:

    - "— dikjarazzjoni għar-rigward ta' prodotti tal-Komunità fil-kuntest ta' kummerċ bejn partijiet tat-territorju tad-dwana tal-Komunità li dwarhom ikunu applikabbli d-dispożizzjonijiet ta' Direttiva 77/388/KEE u partijiet minn dak it-territorju li għalihom dawk id-dispożizzjonijiet ma japplikawx, jew fil-kuntest ta' kummerċ bejn partijiet ta' dak it-territorju fejn dawk id-dispożizzjonijiet ma japplikawx."

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS 6

    "

    L-ANNESS 39

    LISTA TA' PRODOTTI TAL-PETROLEUM LI GĦALIHOM JAPPLIKAW IL-KONDIZZJONIJIET GĦALL-AMMISSJONI B'TARIFFA FAVOREVOLI MINĦABBA L-AĦĦAR UŻU TAGĦHOM

    Kodiċi NM | Deskrizzjoni ta' oġġetti |

    ex:Kapitolu 27:Mixxellanji | Ċerti każijiet imsemmija f'Noti Addizzjonali 4(n) u (5) |

    2707 | Żjut u prodotti oħra tad-distillazzjoni tal-qatran tal-faħam b'temperatura għolja; prodotti simili fejn il-piż tal-kostitwenti aromatiċi jeċċedi dak tal-kostitwenti mhux aromatiċi: |

    270710 | —Benzole: |

    27071090 | — Għall-finijiet oħra |

    270720 | —Toluole: |

    27072090 | — Għall-finijiet oħra |

    270730 | Xylole: |

    27073090 | — Għall-finijiet oħra |

    270750 | — Mixeli ta' idrokarburi aromatici oħra li 65 % jew aktar tagħhom fil-volum (li jinkludu it-telf) tiddistilla f’250 °C permezz tal-metodu ASTM D 86: |

    — Għall-finijiet oħra: |

    27075091 | — — Solvent nafta |

    27075099 | — — Oħrajn |

    — Oħrajn: |

    270799 | — Oħrajn: |

    — — Oħrajn: |

    27079991 | — — Għall-fabbrikazzjoni ta' prodotti ta' l-intestatura Nru 2803 |

    2710 | Żjut tal-petroleum u żjut li joħorġu minn minerali bitimużi, minbarra dawk mhux maħduma; preparazzjonijiet mhux speċifikati x'imkien ieħor jew inklużi, li jkollhom fil-piż 70 % jew aktar ta' żjut tal-petroleum jew ta' żjut li jirriżultaw minn minerali bitimużi, meta dawn iż-żjut ikunu l-kostitwenti bażiċi tal-preparamenti: |

    — Żjut ħfief: |

    27100011 | — Biex jiġu ġproċessati bi proċess speċifiku |

    27100015 | — Biex iġarrbu trasformazzjoni kimika permezz ta' proċess minbarra dawk speċifikati għar-rigward ta' sub-intestatura 27100011 |

    — Żjut medji: |

    27100041 | — Biex jiġu pproċessati bi proċess speċifiku |

    27100045 | — — — Biex iġarrbu trasformazzjoni kimika permezz ta' proċess minbarra dawk speċifikati għar-rigward ta' sub-intestatura 27100041 |

    — Żjut tqal: |

    — Żjut mill-gass: |

    27100061 | — Biex jiġu pproċessati bi proċess speċifiku |

    27100065 | — Biex iġarrbu trasformazzjoni kimika permezz ta' proċess minbarra dawk speċifikati għar-rigward ta' sub-intestatura 27100061 |

    — Żjut għal fuel: |

    27100071 | — Biex jiġu pproċessati bi proċess speċifiku |

    27100072 | — Biex iġarrbu trasformazzjoni kimika permezz ta' proċess minbarra dawk speċifikati għar-rigward ta' sub-intestatura 27100071 |

    — Żjut lubrikanti; żjut oħra: |

    27100081 | —— Biex jiġu pproċessati bi proċess speċifiku |

    27100083 | —— Biex iġarrbu trasformazzjoni kimika permezz ta' proċess minbarra dawk speċifikati għar-rigward ta' sub-intestatura 27100081 |

    27100085 | —— Biex jiġu mħallta skond il-kondizzjonijiet ta' Nota Addizzjonali 6 għal dan il-Kapitolu |

    2711 | Gassijiet taż-żejt u idrokarburi gassużi oħrajn: |

    — Likwefatti |

    "

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS 7

    "

    L-ANNESS 52

    LISTA TA' L-OĠĠETTI LI JAGĦTU LOK GĦAL ŻIEDA FIL-GARANZIJA TA-RATA FISSA META TRASPORTATI

    Kodiċi Nm | Deskrizzjoni | Il-kwantita' li tikkorispondi għall-ammont standard ta' 7000 ECU |

    1 | 2 | 3 |

    ex 0102 | Annimali bovin ħajjin, minbarra annimali ta' razza pura tat-trobbija | 4000 kg |

    ex 0103 | Ħnieżer ħajjin, minbarra annimali ta' razza pura tat-trobbija | 5000 kg |

    ex 0104 | Nagħaġ jew mogħoż ħajjin, minbarra annimali ta' razza pura tat-trobbija | 6000 kg |

    0201 | Laħam ta' annimali bovin, frisk jew imkessaħ | 2000 kg |

    0202 | Laħam ta' annimali bovin, iffriżat | 3000 kg |

    0203 | Laħam tal-ħnieżer, frisk, imkessaħ jew iffriżat | 4000 kg |

    0204 | Laħam tan-nagħaġ jew mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat | 3000 kg |

    ex 0210 | Laħam ta' annimali bovin, immellaħ, f'salmura, imnixxef jew fumigat | 3000 kg |

    0402 | Ħalib u krema, konċentrat jew li jkollu zokkor jew sustanza tal-ħlewwa oħra miżjuda | 5000 kg |

    0405 | Butir u xaħmijiet oħra u żjut li joħorġu mill-ħalib | 3000 kg |

    0406 | Ġobon u baqta | 3500 kg |

    ex 0901 | Kafè, mhux inkaljat, kemm jekk jew mhux dekafinat | 3000 kg |

    ex 0901 | Kafè, mhux inkaljat, kemm jekk jew mhux dekafinat | 2000 kg |

    1001 | Ċereali (qamħ) u (meslin) | 900 kg |

    1002 | Rye | 1000 kg |

    1003 | Xgħir | 1000 kg |

    1004 | Oats | 850 kg |

    ex 1601 | Zalzett u prodotti simili ta' laħam, skart tal-laħam jew demm, ta' suwini domestiki | 4000 kg |

    ex 1602 | Laħam ieħor ippreparat jew ippriservat, skart tal-laħam jew demm, ta' suwini domestiki | 4000 kg |

    ex 1602 | Laħam ieħor preparat jew priservat, skart tal-laħam jew demm ta' annimali bovini | 3000 kg |

    ex 2101 | Estratti, essenza u konċentrati, tal-kafè | 1000 kg |

    ex 2106 | Preparamenti ta' l-ikel mhux speċifikat x'imkien ieħor jew inkluż, li jkollu fil-piż 18 % xaħmijiet tal-ħalib | 3000 kg |

    2204 | Inbid jew għeneb frisk, inklużi inbejjed qawwijin, moffa ta' l-għeneb minbarra dak ta' l-intestatura Nru 2009 | 15 hl |

    2205 | Vermouth u nbid ieħor ta' għeneb frisk bit-togħma ta' pjanti jew sustanzi aromatiċi | 15 hl |

    ex 2207 | Alkoħol etiliku undenatured ta' saħħa alkoħolika b'volum ta' 80 % vol jew akbar | 3 hl |

    ex 2208 | Alkoħol etiliku undenatured ta' saħħa alkoħolika b'volum ta' anqas minn 80 % vol | 3 hl |

    ex 2208 | Spirti, likwuri u xarbiet spiritużi oħra | 5 hl |

    ex 2402 | Sigaretti | 70000 prodotti |

    ex 2402 | Cigarillos | 60000 prodotti |

    ex 2402 | Sigari | 25000 prodotti |

    ex 2403 | Tabakk tat-tipjip | 100 kg |

    ex 2710 | Żjut ħfief u medji mill-petroleum u żjut mill-gass | 200 hl |

    "

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS 8

    "

    L-ANNESS 53

    LISTA TA' L-OĠĠETTI LI JISTGĦU JAGĦTU LOK GĦAL ŻIEDA FL-AMMONT TAL-GARANZIJA KOMPRENSIVA

    ex 0102 | Annimali ħajjin bovini, minbarra annimali ta' razza pura għat-trobbija |

    ex 0103 | Annimali ħajjin bovini, minbarra annimali ta' razza pura għat-trobbija |

    ex 0104 | Nagħaġ u mogħoż ħajjin, minbarra annimali ta' razza pura għat-trobbija |

    0201 | Laħam ta' annimali bovin, frisk jew imkessaħ |

    0202 | Laħam ta' annimali bovin, iffriżat |

    0203 | Laħam tal-ħnieżer, frisk, imkessaħ jew iffriżat |

    0204 | Laħam ta' nagħaġ jew mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat |

    0402 | Ħalib u krema, konċentrat jew li jkollu zokkor miżjud jew sustanza tal-ħlewwa oħra. |

    0405 | Butir u xaħmijiet oħra u żjut derivati minn ħalib |

    0406 | Ġobon u baqta |

    1001 | Qamħ u meslin |

    1002 | Sikrana |

    1003 | Xgħir |

    1004 | Ħafur |

    ex 2207 | Alkoħol etiliku undenatured ta' saħħa alkoħolika b'volum ta' 80 % vol jew akbar |

    ex 2208 | Alkoħol etiliku undenatured ta' saħħa alkoħolika b'volum ta' anqas minn 80 % vol |

    ex 2208 | Spirti, likwuri u xorb spirituż ieħor |

    ex 2402 | Sigaretti |

    ex 2402 | Cigarillos |

    ex 2402 | Sigarri |

    ex 2403 | Tabakk tat-tipjip |

    "

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS 9

    "

    L-ANNESS 56

    LISTA TA' L-OĠĠETTI LI JIPPREŻENTAW RISKJI MIŻJUDA LI GĦALIHOM IT-TNEĦĦIJA TA' GARANZIJA MA TAPPLIKAX

    ex 0102 | Annimali bovini ħajjin, minbarra annimali ta' razza pura għat-trobbija |

    ex 0103 | Annimali bovini ħajjin, minbarra annimali ta' razza pura għat-trobbija |

    ex 0104 | Nagħaġ u mogħoż ħajjin, minbarra annimali razza pura għat-trobbija |

    0201 | Laħam ta' l-annimali bovini, frisk jew imkessaħ |

    0202 | Laħam ta' l-annimali bovini, iffriżat |

    0203 | Laħam tal-ħnieżer, frisk, imkessaħ jew iffriżat |

    0204 | Laħam ta' nagħaġ jew mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat |

    0402 | Ħalib u krema, konċentrat jew li jkollu zokkor miżjud jew sustanza ta' ħlewwa oħra |

    0405 | Butir u xaħmijiet oħra u żjut derivati mill-ħalib |

    0406 | Ġobon u baqta |

    ex 0901 | Kafè, mhux inklajat, kemm jekk jew mhux dekafinat |

    ex 0901 | Kafè, inklajat, kemm jekk jew mhux dekafinat |

    1001 | Qamħ u meslin |

    1002 | Sikrana |

    1003 | Xgħir |

    1004 | Ħafur |

    ex 2101 | Estratti, essenza u konċentrati, ta' kafè |

    2203 | Birra magħmula minn xgħir |

    2204 | Inbid mill-għeneb frisk, li jinkludi nbejjed qawwija, moffa ta' l-għeneb minbarra dak ta' l-intestatura Nru 2009 |

    2205 | Vermouth u nbid ieħor minn għeneb frisk b'togħma ta' pjanti jew sustanzi aromatiċi |

    2206 | Xorb fermentat ieħor (per eżempju, ċidru, perry, mead); taħlitiet ta' xorb fermentat u taħlitiet ta' xorb fermentat ta' xorb ferementat u xorb mhux alkoħoliku |

    ex 2207 | Alkoħol etiliku undenatured ta' saħħa alkoħolika b'volum ta' 80 % vol jew akbar |

    ex 2208 | Alkoħol etiliku undenatured ta' saħħa alkoħolika b'volum ta' anqas minn 80 % vol |

    ex 2208 | Spirti, likwuri u xorb spirituż ieħor |

    ex 2402 | Sigarettiex |

    2402 | Cigarillos |

    ex 2402 | Sigarri |

    ex 2403 | Tabakk tat-tipjip |

    ex 2710 | Żjut ħfief u medji tal-petroleum u żjut tal-gass |

    ex 2711 | Gassijiet taż-zejt u idrokarburi gassuzi oħra |

    "

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS 10

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS 11

    Fl-Artikolu 77 l-ordni numeriku 128 hu mibdul b'dan li ġej:

    Merkanzija importata | L-ordni innume-rata | Prodotti kompensatorju | Il-kwantità ta' prodotti kompensatorji għal kull 100 kg ta' merkanzija importata (kg) |

    Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Kodiċi | Deskrizzjoni |

    (1) | (1) | (2) | (3) | (4) | (5) |

    15091010 | Żejt taż-żebbuġa, mhux maħdum | 128 | ex15099000 | (a) Żejt taż-żebbuġa, raffinat | 98,00 |

    ex15191990 | (b) Żjut aċidi minn raffinar | (15) |

    15100010 | Żejt taż-żebbuġa, mhux maħdum | 128bis | ex15100090 | (a) Żejt taż-żebbuġa, raffinat | 95,00 |

    ex15220039 | (b) Stearin | 3,00 |

    ex15191990 | (ċ) Żjut aċidużi minn raffinar | (15) |

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS 12

    Fl-Anness 79, għandu jidħol l-ordni numerika li ġejja:

    In-Nru ta' l-ordni | Il-kodiċi NM u d-deskrizzjoni tal-prodotti kumpensatorji | l-operazzjonijiet ta' l-iproċessar li minnhom jirriżultaw |

    | |

    (1) | (2) | (2) | (3) |

    45(a) | ex15220039 | stearin | Xaħmijiet ta' raffinar u żjut tal-Kapitolu 15 |

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS 13

    "

    L-ANNESS 91A

    OĠĠETTI OĦRA IMPURTATI INKONNESSJONI MA' L-ATTIVITAJIET EDUKATTIVI, XJENTIFIĊI JEW KULTURALI

    LISTA ILLUSTRATTIVA

    Prodotti bħal:

    1. Kostumi u prodotti ta' xenarju mibgħuta b'self mingħajr ħlas lil soċjetajiet drammatiċi jew teatri.

    2. Spartiti mużikali mibgħuta b'self mingħajr ħħas lil teatri tal-mużika jew orkestri.

    "

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS 14

    "

    L-ANNESS 93A

    ANNIMALI

    LISTA ILLUSTRATTIVA

    1. Dressage

    2. Taħriġ

    3. Trobbija

    4. Shoeing jew piżar

    5. Trattament veterinarju

    6. Testjar (per eżempju, għal fini ta' xiri)

    7. Parteċipazzjoni f'wirjiet, esibizzjonijiet, konkorsi, kompetizzjonijiet jew dimostrazzjonijiet

    8. Intratteniment (annimali taċ-ċirku, eċċ.)

    9. Touring (inklużi annimali bħala annimal domestiku ta' vjaġġaturi)

    10. Eżerċizzju ta' funzjoni (klieb tal-pulizija jew żwiemel; detector dogs, klieb għall-għomja, eċċ.)

    11. Ħidmiet ta' salvataġġ

    12. Transumanza jew biex tirgħa

    13. Twettiq ta' xogħol jew trasport

    14. Raġunijiet mediċi (twassil ta' velenu tas-sriep, eċċ.)

    "

    --------------------------------------------------

    Top