EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993R3447

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3447/93 tat-28 ta' Settembru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Arġentina dwar ir-relazzjonijiet fil-qasam tas-sajd mill-baħar

ĠU L 318, 20.12.1993, p. 1–1 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/3447/oj

Related international agreement

31993R3447



Official Journal L 318 , 20/12/1993 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 5 P. 0146
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 5 P. 0146


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3447/93

tat-28 ta' Settembru 1993

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Arġentina dwar ir-relazzjonijiet fil-qasam tas-sajd mill-baħar

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi fit-30 ta' Novembru 1992, wara negozjati, il-Komunità u l-Arġentina inizzjalaw Ftehim dwar relazzjonijiet fis-settur tas-sajd mill-baħar li jipprovdi opportunitajiet ġodda ta' sajd lis-sajjieda tal-Komunità u li min-naħa l-oħra jirrikjedi konċessjonijiet mill-Komunità, u b'mod partikolari konċessjonijiet ta' tariffi;

Billi, hu fl-interessi tal-Komunità li l-Ftehim imsemmi jiġi adottat,

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Arġentina dwar ir-relazzjonijiet fis-settur tas-sajd mill-baħar qiegħed hawnhekk jiġi approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għall-perjodu kopert mill-Ftehim, l-ammont totali ta' finanzjar mill-Komunità għall-azzjonijiet u proġetti msemmija fil-Ftehim għandhom ikunu limitati għal 162,5 miljun ECU.

L-ammont għandu jaqa' taħt il-perspettiva finanzjarja tal-Komunità li hemm fis-seħħ. L-awtorità ta' l-estimi għandha tistabbilixxi l-approprazzjonijiet disponibbli għal kull sena finanzjarja wara li wieħed iqis il-prinċipji ta' tmexxija tajba msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-estimi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill b'dan huwa awtorizzat biex jinnomina l-persuni li għandhom s-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim li jorbot lill-Komunità [3].

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Settembru 1993.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Coëme

[1] ĠU C 64, tas-6.3.1993, p. 5.

[2] ĠU C 194, tad-19.7.1993.

[3] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------

Top