Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993R3199

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3199/93 tat-22 ta' Novembru 1993 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' proċeduri għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol għall-iskopijiet ta' eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa

    ĠU L 288, 23.11.1993, p. 12–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 23/12/2018

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/3199/oj

    31993R3199



    Official Journal L 288 , 23/11/1993 P. 0012 - 0015
    Finnish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0145
    Swedish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0145


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3199/93

    tat-22 ta' Novembru 1993

    dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' proċeduri għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol għall-iskopijiet ta' eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi ta' taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u xorb alkoħoliku [1], u b'mod partikolari Artikolu 27(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta' Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għal taxxa tas-sisa u fuq iż-żamma, moviment u indukrar ta' tali prodotti [2], kif emendata mid-Direttiva 92/108/KE [3], u b'mod partikolari Artikolu 24 tagħha,

    Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Taxxi tas-Sisa,

    Billi bis-saħħa ta' Artikolu 27(1)(a) tad-Direttiva 92/83/KEE, l-Istati Membri huma meħtieġa li jeżentaw mit-taxxa tas-sisa l-alkoħol li jkun żnaturat kompletament skond il-ħtiġiet ta' xi Stat Membru, iżda sakemm dawn il-ħtiġiet ġew notifikati u aċċettati kif suppost skond il-kondizzjonijiet imniżżlin fil-paragrafi 3 u 4 ta' dak l-Artikolu;

    Billi ġew riċevuti oġġezzjonijiet għall-ħtiġiet notifikati;

    Billi, għalhekk, skond il-ħtiġiet tal-paragrafu 4 tal-imsemmi Artikolu għandha tittieħed deċiżjoni skond il-proċedura mniżżla f'Artikolu 24 tad-Direttiva 92/12/KEE,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-isnaturanti li huma impjegati f'kull Stat Membru għall-iskopijiet biex jiġi żnaturat kompletament l-alkoħol skond Artikolu 27(1)(a) tad-Direttiva 92/83/KEE huma kif deskritti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata meta jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    fit-22 ta' Novembru 1993.

    Għall-Kummissjoni

    Christiane Scrivener

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 316, tal-31.10.1992, p. 21.

    [2] ĠU L 76, tat-23.3.1992, p. 1.

    [3] ĠU L 390, tal-31.12.1992, p. 124.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Belġju

    Ħames litri ta' metilina għal kull 100 litru ta' alkoħol ethyl irrispettivament mis-saħħa alkoħolika u kulurizzant biżżejjed biex jiġi prodott b'kulur blu markabbli tajjeb jew aħmar fil-vjola (vjola).

    Is-segwenti huma inklużi fi ħdan it-tifsir tal-"metilina":

    - il-metilina attwali, jiġifieri l-alkoħol tal-metilina prim prodott mid-distillazzjoni niexfa tal-injam u li jkollha mill-inqas 10 % bil-piż ta' aċetone,

    - taħlita ta' metilina u metanol li jkollha mill-inqas 60 % bil-piż ta' metilina attwali u 10 % bil-piż ta' aċetone,

    - taħlita ta' metanol, aċetone u impuritajiet piroġenetiċi b'kulur empiromatiku qawwi, li jkollha għall-inqas 10 % bil-piż ta' aċetone.

    Danimarka

    Għal kull ettolitru ta' alkoħol pur:

    - 2 litri ta' methylehtylketone, u

    - 3 litri ta' methylisobutylketone.

    Ġermanja

    Għal kull ettolitru ta' alkoħol pur:

    (1) 0,75 litri ta' methylethylketone, li jikkonsistu f

    - 95 sa 96 bil-piż ta' methylethylketone,

    - 2,5 sa 3 bil-piż ta' methylisopropylketone,

    - 1,5 sa 2 bil-piż ta' ethylisoamylketone (5-metil-3-heptanon)

    flimkien ma' 0,25 litri ta' bażijiet pyridine;

    (2) Litru ta' methylethylketone, li jikkonsisti f

    - 95 sa 96 % bil-piż ta' methylethylketone,

    - 2,5 sa 3 % bil-piż ta' methylisopropylketone,

    - 1,5 sa 2 % bil-piż ta' ethylisoamylketone (5-metil-3-heptanon),

    flimkien ma' gramm wieħed ta' denatonium benzoate.

    Greċja

    Ħames litri ta' alkoħol tal-metil għal kull ettolitru ta' alkoħol ethyl impur, biż-żjieda ta':

    - 0,5 % żejt tal-lampi,

    - 4 ppm metilina blu,

    - 1 % żejt tat-trementina.

    Spanja

    Għal kull ettolitru ta' alkoħol pur:

    - 1 gramma ta' denatonium benzoate,

    - 2 litri ta' methylehtylketone (butanon), u

    - 0,2 grammi ta' metilina blu (CI blu basiku 52015).

    Franza

    Għal ettolitru wieħed ta' alkoħol ethyl għal 90 % vol żid:

    - 3,5 litri ta' metilina, u

    - 1 litru ta' alkoħol isopropyl.

    "Régie tip" - metilina

    Definizzjoni:

    Skond id-deċiżjoni ministerjali tas-7 ta' Mejju 1955, meħuda wara konsultazzjoni mas-servizz ta' laboratorju tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzi, "régi tip" metilina għandha tissodisfa s-segwenti ħtiġiet:

    - għandha tirreġistra 90 % vol għal temperatura ta' 20 °C, b'tolleranza ta' 0,5,

    - għandu jkollha għall-inqas 6 % impuritajiet piroġeniċi (ma jiġux ikkunsidrati l-prodotti illi jistgħu jinbiddlu f'sapun mis-soder u imfissrin bħala methyl acetate),

    - għandu jkollha ketoni u ilma biex l-alkoħol tal-metilina jitla' għal 100,

    - għandha tinkiseb esklużivament mill-karbonizzazzjoni tal-injam, li jsir taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet tat-taxxa.

    L-impuritajiet piroġeniċi huma l-isnaturant reali. Jagħtu lit-taħlita togħma spjaċevoli u jagħmlu l-alkoħol mhux tajjeb għall-konsum orali.

    Minħabba fil-proprjetajiet kimiċi tiegħu, l-aċetone jagħmlu iżjed faċli, fil-laboratorju, biex ikun isolat l-isnaturant fl-alkoħol.

    Fl-aħħarnett, l-alkoħol tal-metilina jindika l-isnaturazzjoni. Il-grad ta' togħlija tiegħu huwa bejn wieħed u ieħor l-istess bħal dak tal-alkoħol ethyl. Għalhekk jista' jiġi separat biss bl-użu ta' tekniċi speċjali u apparat.

    Fil-prinċipju, l-preżenza tiegħu, 'l fuq minn ċertu persentaġġ, li jvarja skond it-tipi differenti ta' alkoħol ethyl, jindika jekk l-alkoħol analizzat kienx ġie żnaturat minn qabel mill-proċess ġenerali.

    L-Irlanda

    Spirti tal-metilina mineralizzati:

    - 9,5 % injam nafta,

    - 0,5 % piradin prim,

    - 0,025 uqija metilina tal-kulur vjola (għal kull 100 glalen ta' alkoħol ethyl pur),

    - 0,375 % żejt tal-petrolju.

    NB:

    L-injam nafta u piridina prima jistgħu jiġu sostitwiti b'10 % ta' alkoħol metilina.

    L-Italja

    Għal kull ettolitru ta' alkoħol pur:

    - 125 grammi ta' tiofene,

    - 0,8 grammi ta' denatonium benzoate,

    - 0,4 grammi ta' CI aċetu aħmar 51 (kolorant aħmar),

    - 2 litri ta' methylehtylketone.

    Lussemburgu

    Ħames litri ta' metilina għal kull ettolitru ta' alkoħol ethyl irrispettivament mis-saħħa alkoħolika u kulurizzant biżżejjed biex jiġi prodott b'kulur blu markabbli tajjeb jew aħmar fil-vjola (vjola).

    Is-segwenti huma inklużi fi ħdan it-tifsir tal-"metilina":

    - il-metilina attwali, jiġifieri l-alkoħol tal-metilina prim prodott mid-distillazzjoni niexfa tal-injam u li jkollha mill-inqas 10 % bil-piż ta' aċetone,

    - taħlita ta' metilina u metanol li jkollha mill-inqas 60 % bil-piż ta' metilina attwali u 10 % bil-piż ta' aċetone,

    - taħlita ta' metanol, aċetone w impuritajiet piroġenetiċi b'riħa empiromatika qawwija, li jkollha għall-inqas 10 % bil-piż ta' aċetu.

    L-Olanda

    Għal kull ettolitru ta' alkoħol ethyl:

    Ħames litri ta' taħlita li tikkonsistu f:

    - 60 % bil-volum ta' metilina,

    - 11 % bil-volum ta' żejt tal-azzarin (konċentrat ta' bi-prodotti tad-distillazzjoni tal-alkoħol),

    - 20 % bil-volum ta' aċetone,

    - 8 % bil-volum tal-ilma,

    - 0,5 % bil-volum ta' butanol,

    - 0,5 % bil-volum ta' formalina (soluzzjoni tal-ilma ta' 37 % bil-piż tal-formaldehyde),

    flimkien ma' kolorant tal-kwantità u l-kostitwenti li jkunu konformi mal-kondizzjonijiet imniżżlin mill-ispiżjar tas-Servizz Fiskali.

    Il-Bażi tar-Renju Unit:

    - 90 % vol ta' etanol,

    9,5 % vol "injam nafta" [1], u

    0,5 % vol piridin prim.

    Għal kull 1000 litru ma' liema jkun miżjud:

    - 3,75 litri ta' nafta minerali (żejt tal-petrolju) u

    - 1,5 ppm ta' metilina vjola.

    [1] Injam nafta huwa prodott li jista' jkun sintetiku imma għandu jipproduċi tali kwalitajiet biex jagħmel taħlita ta' 5 % injam nafta b'95 % spirti mhux tajbin għall-użu bħala xarba. Dan jinkiseb billi jkun prodott "cocktail" relattivament kumpless imma stabbli ta' sustanzi li ma jistgħux jitneħħew faċilment mill-ispirti.Komposizzjoni ta' "injam nafta"M'hemmx lista preskritta ta' ingredjenti, imma ftit jew kollha mis-segwenti jinsabu fl-injam nafta sintetiku approvat:

    - piridin,

    - bażijiet tal-piridin,

    - alkoħol allyl,

    - crotenaldehyde,

    - picolene,

    - denatonium benzoate,

    - alkoħol tal-metilina.

    --------------------------------------------------

    Top