Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993R2174

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2174/93 tat-2 ta'Awissu 1993 li jikkonċerna il-klassifikazzjoni ta' certi oġġetti fin-nomenklatura magħquda

ĠU L 195, 4.8.1993, pp. 20–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/2174/oj

31993R2174



Official Journal L 195 , 04/08/1993 P. 0020 - 0021
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 9 P. 0153
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 9 P. 0153


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2174/93

tat-2 ta'Awissu 1993

li jikkonċerna il-klassifikazzjoni ta' certi oġġetti fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u fuq it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1969ċ93 [2], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi sabiex tiġi assikurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msejħa fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

Billi ir-Regolament (KEE) Nru 2658ċ87 jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid magħha ċerti suddiviżjoniet addizzjonali u li huma stabbiliti bi proviżjonijiet speċifiċi tal-Komunità, b'viżjoni għall-applikazzjoni tat-tariffi jew miżuri oħrajn relatati mal-kummerċ fl-oġġetti,

Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fl-ewwel kolonna tat-tabella għar-Regolament preżenti għandhom jiġu klassifikati taħt il-kodiċi NM xierqa indikati fit-tieni kolonna, bis-saħħa tar-raġunijiet msemmija fit-tielet kolonna,

Billi fejn xieraq li, bla ħsara għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità relatati mas-sistemi ta' ispezzjoni doppja u ta'sorveljanza bil-quddiem u retrospettiva mill-Komunità fuq prodotti tessili importati fil-Komunità, jorbot informazzjoni dwar it-tariffi fil-kwistjoni tal-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti fin-nomenklatura magħquda maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li ma għadhomx aktar konformi ma' dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jiġu msejħa skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kumissjoni (KEE) Nru 3796ċ90 [3], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2674ċ92 [4], mit-titolari tiegħu matul ċertu perjodu ta' żmien sakemm it-tali titolari jikkonkludi kuntratt kif imsejjaħ f'punt (a) jew (b) tat-tieni subparagrafu ta'14 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1715ċ90 [5],

Billi l-miżuri provvisti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fl-ewwel kolonna tat-tabella annessa qegħdin issa klassifikati fin-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċi NM xieraq indikati fit-tieni kolonna tat-tali tabella.

Artikolu 2

Għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità fir-rigward tas-sistemi ta' spezzjoni doppja u ta' sorveljanza mill-Komunità fuq prodotti tessili importati fil-Komunità, jorbot informazzjoni dwar it-tariffi fil-kwistjoni tal-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti fin-nomenklatura magħquda maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li ma għadhomx aktar konformi ma' dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jiġu msejħa skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kumissjoni ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 3796/90 mit-titolari tiegħu matul perjodu ta' 60 jum mid-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sakemm it-tali titolari jikkonkludi kuntratt kif imsemmi fil-punti (a) jew (b) tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 1715/90.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ matul il-21 jum ta' wara il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-2 ta' Awissu 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU No L 256, tas-7.9.1987, p. 1

[2] ĠU No L 180, tat-23.7.1993, p. 9

[3] ĠU No L 365, tat-28.12.1990, p. 17.

[4] ĠU No L 271, tas-16.9.1992, p. 5.

[5] ĠU No L 160, tas-26.6.1990, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni tal-Kodiċi NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

Ħajt multilplu (mitwi), blijċjat, ta' fibri prinċipali sintetiċi (100 % poliester), b'Z finali mgħawġa, imlibbsa, impoġġiha fuq xi ħaġa li tipprovdi appoġġ, ta' piż, inkluż l-appoġġ, ta' 1200 gramma. | 55092210 | Il-klassifikazzjoni hija determinata mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, bin-noti 4 u 5 tas-Sezzjoni XI, u bil-kliem tal-Kodiċi NM 5509, 550922 u 55092210. Ara ukoll in-Noti ta' Spjega għas-Sistema Armonizzata, Sezzjoni XI, Ġenerali, parti I.B.4. u għall-intestatura No 55.08. Il-ħajt ma jistax jiġi klassifikat fil-kodiċi NM 5508 għaliex id-definizzjoni fin-Nota 5 tas-Sezzjoni XI tapplika wkoll għall-espressjoni "ħajt tal-ħjata" fit-test tal-kodiċi NM 5509 |

--------------------------------------------------

Top