EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993R2039

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2039/93 tas-27 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi l-ammont iffissat fil-munita EKU mill-Kunsill għall-għajnuna għall-produzzjoni tal-patata fil-Gżejjer Kanarji u mnaqqas bħala riżultat ta’ ri-allinjar monetarju

ĠU L 185, 28.7.1993, p. 9–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/06/2006; Imħassar b' 32006R0793

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/2039/oj

31993R2039



Official Journal L 185 , 28/07/1993 P. 0009 - 0009
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 51 P. 0068
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 51 P. 0068


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2039/93

tas-27 ta’ Lulju 1993

li jistabbilixxi l-ammont iffissat fil-munita EKU mill-Kunsill għall-għajnuna għall-produzzjoni tal-patata fil-Gżejjer Kanarji u mnaqqas bħala riżultat ta’ ri-allinjar monetarju

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3813/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992 dwar l-unit_ tal-kontijiet u r-rati ta’ tisrif li għandhom ikunu applikati għall-għanijiet tal-politika agrikola komuni [1], u partikolarment l-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3824/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992 li jippreskrivi l-prezzijiet u l-ammonti ffissati fil-munita EKU bħala riżultat tar-riallinjar monetarju [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1663/93 [3], jistabbilixxi l-lista tal-prezzijiet u l-ammonti affettwati bil-koeffiċjent ta’ 1,013088 stabbilit bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 537/93 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1331/93 [5], mill-bidu tas-sena ta’ marketing 1993/94 skond l-arranġamenti biex jitneħħew awtomatikament nuqqasijiet monetarji; billi l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 3824/92 jiddisponi li t-tnaqqis li jirriżulta fil-prezzijiet u fl-ammonti għandu jkun speċifikat għal kull settur u li l-valur tal-prezzijiet imnaqqsa għandu jkun iffissat;

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/92 [6], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3714/92 [7], jiffissa għajnuna għall-produzzjoni lokali tal-patata għall-konsum tal-bniedem fil-Gżejjer Kanarji; billi l-ammont ta’ l-għajnuna għandu jkun aġġustat skond id-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq;

Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaż-Żrieragħ,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ammont ta’ l-għajnuna msemmi fl-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1601/92, imnaqqas skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 3824/92, huwa b’dan stabbilit għal 494 EKU kull ettaru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Jibda jgħodd mill-1 ta’ Lulju 1993.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ Lulju 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 387, tal-31.12.1992, p. 1.

[2] ĠU L 387, tal-31.12.1992, p. 29.

[3] ĠU L 158, tat-30.6.1993, p. 18.

[4] ĠU L 57, ta’ l-10.3.1993, p. 18.

[5] ĠU L 132, tad-29.5.1993, p. 114.

[6] ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 13.

[7] ĠU L 378, tat-23.12.1992, p. 23.

--------------------------------------------------

Top