Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993R1987

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1987/93 tad-19 ta’ Lulju 1993 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1784/77 dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-ħops

ĠU L 182, 24.7.1993, pp. 1–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2007; Impliċitament imħassar minn 32006R1850

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/1987/oj

31993R1987



Official Journal L 182 , 24/07/1993 P. 0001 - 0003
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 51 P. 0045
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 51 P. 0045


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1987/93

tad-19 ta’ Lulju 1993

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1784/77 dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-ħops

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1696/71 tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħops [1], u b’mod partikolari l-Artikoli 2(4) tiegħu;

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi r-Regolament (KEE) Nru 1784/77 [2] jispeċifika l-istadju li fih għandha titwettaq iċ-ċertifikazzjoni u jipprovdi il-kondizzjonijiet li dwarhom il-prodotti tal-ħop jistgħu ikunu proċessati ulterjorment;

Billi trab ta’ ħops iżomerizzat u linja sħiħa ta’ prodotti ġodda iżomerizzati, użati qabel jew wara l-istadju ta’ fermentazzjoni u li, mill-punt tal-kompożizzjoni kimika jaqgħu bejn trab tal- ħops iżomerrizzat u estratt iżomerizzat tal-ħops, akkwistaw ċerta mportanza fuq is-suq; billi l-pożizzjoni tagħhom fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni mhix ċara, tagħmel il-marketing tagħhom diffiċili; billi dawn il-prodotti, bħal fil-każ ta’ estratti iżomerrizzati tal- ħops, tilfu l-parti l-kbira tal-karatteristiċi marbuta mal-varjetajiet li minnhom jiġu prodotti, jagħmlu l-identifikazzjoni ta’ l-oriġini tagħhom impossibbli, ukoll bl-użu ta’ tagħmir tal-laboratorju sofistikat; billi dawn il-prodotti għandhom ikunu inklużi fil-lista ta’ eċċezzjonijiet imniżżla fir-Regolament (KEE) Nru 1784/77;

Billi, fl-ex Repubblika Demokratika Ġermaniża, it-trattament tal-ħops wara l-ħsad huwa tradizzjonalment differenti minn dak ta’ partijiet oħra tal-Komunità fis-sens illi, fuq irziezet numerużi li jipproduċu l- ħops it-tindif u t-tnixxif tal-bidu tal-kon huwa mwettaq fl-istess żmien tad-dħin u ppressar fi trab, it-tagħmir eżistenti ma jippermettix is-separazzjoni taż-żewġ stadji; billi din il-proċedura, iżda, ma tikkonformax mal-leġislazzjoni tal-Komunità, li tipprovdi li ċ-ċertifikazzjoni għandha sseħħ qabel kull proċessar; billi, biex jippermetti lill-produtturi li jifirxu l-investiment tagħhom matul perijodu addattat, perijodu trażitorju itwal minn dak li għalih jipprovdi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2239/91 tas-26 ta’ Lulju 1991 dwar miżuri tranżitorji applikabbli fis-settur tal-ħop wara l-unifikazzjoni tal-Ġermanja [3], li ntemm fil-31 ta’ Diċembru 1992, għandu jistipula,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1784/77 qiegħed b’dan jiġi emendat kif ġej:

1. fl-Artikolu 1:

(a) il-paragrafu 1 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti li għalihom jirreferi l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 meta jinħasdu fil-Komunità jew meta preparati minn dawk il-prodotti li jkunu jew ġew maħsuda fil-Komunità jew importati minn pajjiżi terzi skond l-Artikolu 5 ta’ l-imsemmi Regolament, bl-eċċezzjoni ta’:

(a) ħops maħsud fuq art li tkun proprjetà tal-birrerija u wżat minn dik il-birrerija fl-istat naturali jew proċessat;

(b) estratt tal-ħops iżomerizzat;

(ċ) trab tal-ħops iżomerizzat;

(d) lista ta’ prodotti iżomerizzati għandha titħejja skond il-proċedura li għaliha jirreferi l-Artikolu 19 tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71;

(e) prodotti derivati mill-ħops u proċessati b’kuntratt għan-nom tal-birrerija, sakemm dawk il-prodotti jkunu wżati mill-birrerija nnifisha;

(f) ħops u prodotti derivati mill-ħops imqiegħda f’pakketti għall-bejgħ lill-individwi privati għall-użu tagħhom.

Il-prodotti li għalihom jirreferu f’(a) sa (f) għandhom ikunu suġġetti għal proċedura ta’ kontroll li għandha tiġi stabbilita.";

(b) dan li ġej għandu jiżdied mal-paragrafu 3:

"Mingħajr preġudizzju għall-limitu ta’ żmien imniżżel hawn fuq, għall-ħops imkabbra fit-territorju tal-ex Repubblika Demokratika Ġermaniża, preparati u proċessati fl-irżieżet li jipproduċu ħops li għalih jirreferi l-Anness li jinsab ma’ dan ir-Regolament u sal-31 ta’ Diċembru 1995, iċ-ċertifikazzjoni tista’ titwettaq wara l-ipproċessar tal-ħops f’trab iżda qabel kull proċessar ieħor, sakemm tista’ tiġi garantita konformità mal-ħtiġijiet minimi tas-suq li għaliha jirreferi l-Anness li jinsab mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru No 890/78. ċertifikazzjoni għat-trab tal-ħops proċessat fl-irziezet fuq imsemmija għandha titwettaq fiċ-ċentri ta’ ċertifikazzjoni fit-territorju tal-ex Repubblika Demokratika Ġermaniża.";

2. l-Anness li jidher fl-Anness li jinsab ma’ dan ir-Regolament għandu jiżdied mar-Regolament (KEE) Nru 1784/77.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Iżda, d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1(1)(b) għandhom japplikaw b’effett mill-1 ta’ Jannar 1993.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Lulju 1993.

Għall-Kunsill

A. Bourgeois

Il-President

[1] ĠU L 175, ta’ l-4.8.1971, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3124/92 (ĠU L 313, tat-30.10.1992, p. 1).

[2] ĠU L 200, tat-8.8.1977, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1605/91 (ĠU L 149, ta’ l-14.6.1991, p. 14).

[3] ĠU L 204, tas-27.7.1991, p. 14.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS

Irziezet li dwarhom iċ-ċertifikazzjoni tista’ titwettaq wara l-ipproċessar fi granules:

LAND TAS-SASSONJA: | Borthen |

Stockhausen |

Kohren-Sablis |

LAND TAS-SASSONJA-ANHALT: | Rottmersleben |

Irrleben |

Osterweddingen |

Langenweddingen |

Oschersleben |

Harsleben |

LAND TA' THÜRINGIA: | Großfahner |

Bad Tennstedt |

Gräfentonna |

Heringen |

Nordshausen |

Straußfurt |

Kindelbrück |

Großbrembach |

Westerengel |

Großnehrich |

Hohenebra |

"

--------------------------------------------------

Top