Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993R1959

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1959/93 tad− 19 Lulju 1993 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 fuq it-tariffa u nomenklatura ta' l-statistika u fuq it-Tariffa Doganali Komuni u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3565/88 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

ĠU L 177, 21.7.1993, p. 12–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/1959/oj

31993R1959



Official Journal L 177 , 21/07/1993 P. 0012 - 0012


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1959/93

tad− 19 Lulju 1993

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 fuq it-tariffa u nomenklatura ta' l-statistika u fuq it-Tariffa Doganali Komuni u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3565/88 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru) 2658/87 tat-23 Lulju 1987 fuq it-tariffi u n-nomenklatura ta' l-istatistika u t-Tariffa Doganali Komuni [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nri 1667/93 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

billi r-REGOLAMENT (KEE) Nru 2658/87 li jistabbilixxi n-nomeklatura ta' oġġetti, minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala n-nomenklatura magħquda, li sservi l-iskopijiet sew tat-Tariffi Doganali Komuni tal-Komunità kif ukoll l-istatistika tal-kummerċ estern;

billi sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda, huwa meħtieġ li tadotta d- dispożizzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni ta' derivattivi ħaloġenizzati ta' ormoni tal-kortiku ta' l-adrenalina tal-kodiċi tas-CN 29372200; billi nota addizzjonali għal dan il-għan għandha tiddaħħal fil-Kapitolu 29 tan-nomenklatura magħquda; billi r-REGOLAMENT (KEE) Nru 2658/87 should għandu jkun emendat f'dan is-sens;

Billi r-Regolament preżenti huwa rilevanti għall-prodott "mometazone furoate (INNM)", elenkat bħala t-tieni prodott fl-Anness għar-REGOLAMENT tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3565/88 [3]; billi, bħala konsegwena, l-aħħar Regolament imsemmi għandu jkun f'dan is-sens;

billi d-dispożizzjonijiet ta'dan ir-Regolament huma skond il-fehma tal-Kumitat tan-Nomenklatura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

In-nota addizzjonali li ġejja hija mdaħħla għall-ewwel darba fil-Kapitolu 29 tan-nomenklatura magħquda annessa mar-REGOLAMENT (KEE) Nru 2658/87:

"Nota addizzjonali

1. Għall-finijiet tas-sottotitolu 29372200, l-espressjoni "adrenal cortical hormones" tfisser l-ormoni kortikali ta' l-adrenalina naturali, jew dawk riprodotti b'sinteżi, u d-derivattivi tagħhom, kemm-il darba dawn ta' l-aħħar jaċċertaw attività ormonali."

Artikolu 2

Fit-tabella annessa mar-REGOLAMENT (KEE) Nru 3565/88, ir-reġistrazzjoni relatata ma' l-artikolu 2 ("mometazone furoate (INNM)") għandha titħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandhu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli għall-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Lulju 1993.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 158, tat-30.6.1993, p. 25.

[3] ĠU L 311, tas-17.11.1988, p. 25.

--------------------------------------------------

Top