Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993R1943

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1943/93 tas-16 ta' Lulju 1993 dwar il-ħruġ ta' dokumenti għall-preżervati ta' ċerti speċi ta' tonn li jkun ġej minn pajjiżi terzi

    ĠU L 176, 20.7.1993, p. 23–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/1943/oj

    31993R1943



    Official Journal L 176 , 20/07/1993 P. 0023 - 0023


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1943/93

    tas-16 ta' Lulju 1993

    dwar il-ħruġ ta' dokumenti għall-preżervati ta' ċerti speċi ta' tonn li jkun ġej minn pajjiżi terzi

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3759/92 tas-17 ta' Diċembru 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti tas-sajd u l-akwakultura [1], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 697/93 [2], u b'mod partikolari Artiklu 21 (5) tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kummisjoni (KEE) Nru 1792/93 [3], ta lill-importaturi godda, kif imsemmija fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kummisjoni (KEE) Nru 3900/92 [4], id-dritt li jimportaw 210 tunnellata preżervati ta' ċerti speċi ta' tonn, billi, minħabba l-ammonti żgħar involuti, jekk il-kwantitajiet li tkun saret applikazzjoni għalihom tkun iktar minn dawk disponibbli, il-Kummissjoni ttella' bix-xorti minn fost l-applikazzjonijiet li jidħlu fl-istess ġurnata;

    Billi l-applikazzjonijiet għall-importazzjoni magħmula mill-importaturi ġodda fit-13 ta' Lulju 1993 kienu għal kwantità ta' 4980 tunnellata; billi l-Kummissjoni tellgħet bix-xorti minn fost dawn l-applikazzjonijiet li daħlu fil-15 ta' Lulju 1993;

    Billi l-ħruġ ta' dokumenti ta' importazzjoni għal iktar applikazzjonijiet mill-Istati Membri għandu jiġi sospiż,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Għat-talbiet magħmula fit-13 ta' Lulju 1993, skond l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 3900/92, id-dokumenti għall-importazzjoni ta' tonn ippreservat ta' l-ispeċi Tunnus, tonn jew tumbrell (Euthynnus pelamis) u speċi oħrajn tal-ġeneru Euthynnus li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex16041411, ex16041419, ex16041930 u ex16042070 li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi imsemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3900/92 huma mqassma hekk:

    (tunnellati) |

    Riċevitur | Kwantità mogħtija |

    Matrico Belgium | 15 |

    Becker, Ernst | 15 |

    Bioreform Ltd | 15 |

    Campione & Farnetani GmbH | 15 |

    Hofka Warenhandelsgesellschaft mbH | 15 |

    Kaiser's Kaffee-Geschäft AG | 15 |

    Lohmann Vertriebsgesellschaft mbH | 15 |

    Merkur Delta intern, Patenreederei | 15 |

    Rickertsen Getränke Vertrieb GmbH & Co. KG | 15 |

    Rickertsen, Georg & Jurgen (GmbH & Co.) | 15 |

    Schaub, H. Friedrich & Co. | 15 |

    Wolf Handelsgesellschaft mbH | 15 |

    Photocopying Equipment & Rentals (SE) Ltd | 15 |

    W.H. Frost Ltd | 15 |

    L-Artikolu 2

    Il-ħruġ ta' dokumenti għall-importazzjoni għat-tonn ippreservat ta' l-ispeċi Tunnus, tonn jew tumbrel (Euthynnus pelamis) u speċi oħra tal-ġeneru Euthynnus li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex16041411, ex16041419, ex16041930 u ex16042070 li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3900/92 għandhom jiġu sospiżi skond l-Artikolu 3(1)(b) ta' dak ir-Regolament ta' l-14 ta' Lulju 1993.

    L-Artikolu 3

    Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fl-20 ta' Lulju 1993.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 16 ta'Lulju 1993.

    Għall-Kummissjoni

    Yannis Paleokrassas

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 388, tal-31.12.1992, p. 1.

    [2] ĠU L 76, tat-30.3.1993, p. 12.

    [3] ĠU L 163, tas-6.7.1993, p. 21.

    [4] ĠU L 392, tal-31.12.1992, p. 26.

    --------------------------------------------------

    Top