Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993R1825

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1825/93 tas-7 ta' Lulju 1993 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda

    ĠU L 167, 9.7.1993, p. 8–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/1825/oj

    31993R1825



    Official Journal L 167 , 09/07/1993 P. 0008 - 0009
    Finnish special edition: Chapter 2 Volume 9 P. 0146
    Swedish special edition: Chapter 2 Volume 9 P. 0146


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1825/93

    tas-7 ta' Lulju 1993

    dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1667/93 [2], u partikolarment l-Artikolu 9

    Filwaqt li biex tassikura applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa ma' l-imsemmi Regolament, huwa neċessarju li tadotta l-miżuri dwar il-klassifikazzjoni tal-merkanzija msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament;

    Filwaqt li r-Regolament (EEC) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali fuq l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bażata kollha jew parti minnha fuqha jew li żżidilha xi sub-diviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita mid-dispożizzjonijiet tal-Komunità, bil-ħsieb ta' l-applikazzjoni tat-tariffa jew miżuri oħra relattati mal-kummerċ fil-merkanzija;

    Filwaqt li, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 tat-tabella annessa ma' dan ir-Regolament għandha tiġi klassifikata skond il-kodiċi NM xierqa indikata fil-kolonna 2, permezz tar-raġunijiet kif stipulati fil-kolonna 3;

    Filwaqt li huwa xieraq li informazzjoni vinkolanti fuq it-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri dwar klassifikazzjoni ta' merkanzija fin-nomenklatura magħquda u li m'hijiex konformi mad-drittijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament, tista' tibqa' tiġi invokata taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3796/90 [3], emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2674/92 [4], għal perjodu ta' tlett xhur mid-detentur jekk kuntratt vinkolanti ġie konkluż kif indikat fl-Artikolu 14 (13) (a) jew (b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1715/90 [5]

    Filwaqt li, l-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tan-nomenklatura,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-merkanzija deskritta f'kolonna 1 tat-tabella annessa hija issa klassifikata fis-sens tan-nomenklatura magħquda skond il-kodiċi NM xierqa indikata f'kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella.

    Artikolu 2

    Informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li m'hijiex konformi mad-drittijiet stabbiliti minn dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 3796/90 għal perjodu ta' tlett xhur mid-detentur jekk kuntratt vinkolanti ġie konkluż kif indikat fl-Artikolu 14(3)(a) jew (b) ta' Regolament (KEE) Nru 1715/90.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ġurnata mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 7 ta' Lulju 1993.

    Għall-Kummissjoni

    Christiane Scrivener

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

    [2] ĠU L 158, tat-30.6.1993, p. 25.

    [3] ĠU L 365, tat-28.12.1990, p. 17.

    [4] ĠU L 271, tas-16.9.1992, p. 5.

    [5] ĠU L 160, tas-26.6.1990, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Deskrizzjoni tal-merkanzija | Klassifikazzjoni kodiċi NM | Raġunijiet |

    1 | 2 | 3 |

    1.Methoprene tekniku kontenenti piż ta' 90 % jew aktar ta' methoprene (total ta' isomeri), b'residwu ta' impuritajiet mill-proċess ta' manifattura, mhux magħmul f'forom għall-bejgħ bl-imnut. | 29189000 | Il-klassifikazzjoni hija determinata mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 1.(a) sa Kapitlu 29, Nota 1.(a) (2) sa Kapitlu 38 u bit-testi tal-Kodiċi tan-NM 2918 u 29189000 |

    2.Gamma-Cyclodextrin | 29400090 | Il-klassifikazzjoni hija determinata mid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u mil-kliem ta' kodiċi NM 294000 u 29400090 |

    --------------------------------------------------

    Top