Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993R1764

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) nru 1764/93 tat-30 ta' Ġunju, 1993, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3906/89 dwar għajnuna ekonomika għal ċerti pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant

    ĠU L 162, 3.7.1993, p. 1–1 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R1085

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/1764/oj

    31993R1764



    Official Journal L 162 , 03/07/1993 P. 0001 - 0001
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 50 P. 0212
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 50 P. 0212


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) nru 1764/93

    tat-30 ta' Ġunju, 1993,

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3906/89 dwar għajnuna ekonomika għal ċerti pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mingħand il-Kumissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 3906/93 [3] jipprovdi għal operazzjonijiet ta' għajnuna ta' natura ekonomika u umanitarja b'appoġġ għall-proċess ta' riforma ekonomika u soċjali f'ċerti pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant;

    Billi l-Annex ta' dak ir-Regolament għandu lista tal-pajjiżi li jistgħu jirċievu għajnuna bħal din;

    Billi ċ-Ċekoslovakkja ġiet xolta fl-1 ta' Jannar, 1993, u fl-istess waqt ġew stabbiliti żewġ pajjiżi sovrani ġodda, ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Slovakka;

    Billi l-Annex tar-Regolament (KEE) Nru 3906/89 għandu jkun emendat biex tkun żgurata l-kontinwità ta' l-arranġamenti msemmija f'dak ir-Regolament għar-repubbliki suċċessuri,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Annex tar-Regolament (KEE) Nru 3906/89 qiegħed hawn ikun emendat kif ġej:

    1. għandhom jidħlu l-pajjiżi li ġejjin: ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Slovakka;

    2. ir-referenza għaċ-"Ċekoslovakkja" għandha titħassar.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan għandu japplika mill-1 ta' Jannar 1993.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fil-21 ta' Ġunju 1993.

    Għall Kunsill

    Il-President

    S. Bergstein

    [1] ĠU C 110, ta' l-20.4.1993, p. 16.

    [2] ĠU C 176, tat-28.6.1993.

    [3] ĠU L 375, tat-23.12.1989, p. 11, kif emendat l-aħħar bir-Regulament (KEE) Nru 2334/92 (ĠU L 227, tal-11.8.1992, p.1).

    --------------------------------------------------

    Top