Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993R0826

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 826/93 tas-6 ta’April 1993 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 183/93 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u r-residwu taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi rilevanti ta’ analiżi

ĠU L 87, 7.4.1993, p. 6–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/826/oj

31993R0826



Official Journal L 087 , 07/04/1993 P. 0006 - 0006


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 826/93

tas-6 ta’April 1993

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 183/93 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u r-residwu taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi rilevanti ta’ analiżi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill 136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru 1966 dwar it-twaqqif ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żjut u x-xaħmijiet [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2046/92 [2], u partikolarment l-Artikolu 35a tiegħu,

Billi r-Regolament (KEE) Nru 183/93 [3] jemenda l-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 [4] billi jintroduċi l-metodu tax-xemgħa; billi skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 183/93, il-metodu in kwistjoni kellu jkun applikat mill-1 ta’ Lulju 1993; billi, madankollu, il-mezzi meħtieġa għall-applikazzjoni tal-metodu tax-xemgħa jkunu disponibbli f’data aktar kmieni; billi, għalhekk, id-data ta’ l-applikazzjoni tal-metodu għandha tkun avvanzata;

Billi, għalhekk, ir-Regolament (KEE) Nru 183/92 għandu jkun emendat;

Billi l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taż-Żjut u x-Xaħmijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-data ta’ l-1 ta’ Lulju 1993 mogħtija fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru hija hawnhekk mibdula għall-1 ta’ Mejju 1993.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, is-6 t’April 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU Ċ 172, 30.9.1966, p. 3025/66.

[2] ĠU L 215, 30.7.1992, p. 1.

[3] ĠU L 22, 30.1.1993, p. 58.

[4] ĠU L 248, 5.9.1991, p. 1.

--------------------------------------------------

Top