Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993L0120

    Id-Direttiva tal-Kunsill 93/120/KE tat-22 ta' Diċembru 1993 li temenda d-Direttiva 90/539/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjii terzi ta' tjur u bajd tat-tfaqqis

    ĠU L 340, 31.12.1993, p. 35–38 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1993/120/oj

    31993L0120



    Official Journal L 340 , 31/12/1993 P. 0035 - 0038
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 55 P. 0207
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 55 P. 0207


    Id-Direttiva tal-Kunsill 93/120/KE

    tat-22 ta' Diċembru 1993

    li temenda d-Direttiva 90/539/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjii terzi ta' tjur u bajd tat-tfaqqis

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi fid-dawl ta' l-iżviluppi fl-industrija tat-tjur b'unitajiet akbar u aktar intensivi hemm il-ħtieġa li jkunu aġġustati ċerti aspetti tad-Direttiva 90/539/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' tjur u bajd għat-tfaqqis [4] biex ikunu kkjarifikati l-ħtiġiet u tkun issimplifikata l-applikazzjoni tagħhom mill-Istati Membri;

    Billi l-Kunsill kien adotta d-Direttiva 92/66/KEE li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-marda Newcastle [5] u d-Direttiva 92/40/KEE li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-kontroll ta' l-influwenza ta' l-għasafar [6], b'hekk tippermetti s-simplifikazzjoni tad-Direttiva 90/539/KEE;

    Billi, waqt li jittieħed akkont tar-rapport mill-Kummissjoni lejn il-Kunsill dwar ir-riskji tat-trasmissjoni tal-marda Newcastle u tal-ħtiġiet li għandhom ikunu milħuqa mill-vaċċini kontra l-marda Newcastle, disposizzjoni għandha ssir għal ċerti Stati Membri jew reġjuni biex ikunu approvati bħala li ma jagħmlux vaċċinazzjoni kontra l-marda Newcastle, jekk xieraq; billi, b'dana kollu, disposizzjoni għandha wkoll issir dwar dan l-istatus li ma jagħmlux vaċċinazzjoni kontra l-marda Newcastle għandha tkun irtirata jekk meħtieġ;

    Billi huwa meħtieġ li jkunu emendati r-regoli tal-kummerċ kif applikati dwar il-pajjiżi terzi biex jassiguraw li dawn ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Istati Membri, partikolarment rigward il-marda Newcastle u l-influwenza ta' l-għasafar,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 90/539/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

    1. L-Artikolu 2 (3) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "flieles ta' jum". : għandha tfisser it-tjur kollha ta' età ta' anqas minn 72 siegħa, li għadhom ma kinux mitmugħa; b'dana kollu, papri muscovy (Cairina moschata) jew it-taħlit magħhom jistgħu jkunu mitmugħa;.".

    2. L-Artikolu 2 (7) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "qatgħa". : għandha tfisser it-tjur kollha ta' l-istess status ta' saħħa miżmuma fl-istess razzet jew fl-istess għeluq u li jikkonstitwixxu unità epidemjoloġika waħda. Fil-każ ta' tjur miżmuma f'bini dan għandu jinkludi l-għasafar kollha li jaqsmu l-istess spazju ta' l-arja;.".

    3. L-Artikolu 2 (9)(ċ) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "(ċ) stabbiliment tat-trobbija:

    (i) jew stabbiliment għat-trobija ta' tjur li jbidu li huwa stabbiliment li jkabbar tjur li jbidu qabel l-istadju riproduttiv tagħhom;

    jew

    (ii) stabbiliment għat-trobbija ta' tjur produttivi li huwa stabbiliment li jkabbar it-tjur produttivi li jbidu, qabel ma jilħqu l-istadju tal-bajd;.".

    4. L-Artikolu 2 (15) għandu jkun imħassar.

    5. L-Artikolu 5 għandu jiġi mibdul b'li ġej:

    "Artikolu 5

    Sabiex ikunu kkumerċjalizzati fil-Komunità:

    (a) bajd tat-tfaqqis, flieles ta' jum, tjur li jbidu u tjur produttivi għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6, 12, 15 u 17. Dawn għandhom jissodisfaw ukoll kwalunkwe kondizzjonijiet stabbiliti permezz ta' l-Artikoli 13 u 14.

    B'żieda:

    - bajd tat-tfaqqis għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7,

    - flieles ta' jum għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8,

    - it-tjur tal-bajd u t-tjur produttivi għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9;

    (b) It-tjur għal qatla għandhom jaderixxu mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 10, 12, 15 u 17 u dawk stabbiliti bis-saħħa ta' l-Artikoli 13 u 14;

    (ċ) It-tjur (inklużi flieles ta' jum) intiżi biex ifornu mill-ġdid għasafar tal-kaċċa għandhom jaderixxu mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 10a, 12, 15 u 17 u dawk stabbiliti permezz ta' l-Artikoli 13 u 14."

    6. L-Artikolu 6 (1)( ċ) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "(ċ) m'għandhomx ikunu jinstabu f'żona li minħabba r-raġunijiet tas-saħħa ta' l-annimali hija soġġetta għall-miżuri restrittivi bi qbil mal-leġislazzjoni tal-Komunità bħala riżultat ta' xi skoppjar ta' mard li t-tjur ikunu suxxettibbli għalih;.".

    7. L-Artikolu 6 (2) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "2. Qatgħa li fil-ħin tal-konsenja ma tippreżenta l-ebda sinjal kliniku jew suspett ta' mard tat-tjur li jittieħed;.".

    8. L-Artikolu 7 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "Artikolu 7

    Fil-waqt tal-konsenja, il-bajd tat-tfaqqis għandu:

    1. Ikun ġej minn qatgħat li:

    - kienu miżmuma għal aktar minn sitt ġimgħat fi stabbiliment wieħed jew aktar tal-Komunità kif definit fl-Artikolu 6 (1)(a),

    - jekk kienu ġew mogħtija l-vaċċinazzjoni, kienu ġew mogħtija l-vaċċinazzjoni bi qbil mal- kondizzjonijiet tal-vaċċinazzjoni fl-Anness III;

    - kienu, jew ġew soġġetti għal eżami tas-saħħa ta' l-annimali imwettaq minn veterinarju uffiċjali jew minn veterinarju awtorizzat matul it-72 siegħa li jippreċedu l-kunsenja u, fl-istess waqt ta' l-eżaminazzjoni, ma jkunu wrew l-ebda sinjal kliniku jew suspett ta' marda li tittieħed,

    - jew li kellhom żjara ta' kull xahar ta' spezzjoni tas-saħħa minn veterinarju uffiċjali jew minn veterinarju awtorizzat, li ż-ż jara l-aktar reċenti tkun seħħet fi ż mien ta' 31 jum mill-kunsenja. Jekk din ix-xelta tkun magħ ż ula għandu jkun hemm ukoll e ż ami minn veterinarju uffiċjali jew minn veterinarju awtorizzat tar-reġistrazzjoni ta' l-istat tas-saħħa tal-qatgħa u evalutazzjoni ta' l-istat kurrenti tas-saħħa kif assessjat mill-informazzjoni aġġornata hekk kif fornuta mill-persuna nkarigata mill-qatgħa matul it-72 siegħa li jippreċedu l-kunsenja. Fil-każ meta r-reġistri jew l-informazzjoni l-oħra li jagħtu bidu għal suspett ta' xi mard, il-qatgħat għandhom ikollhom eżaminazzjoni dwar is-saħħa ta' l-animali mill-veterinarju uffiċjali jew mill-veterinarju awtorizzat li jkun neħħa għal kollox il-possibbiltà ta' mard tat-tjur li jittieħed;

    2. Għandu jkun immarkat bi qbil mar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1868/77;

    3. Ikunu ġew iddi żinfettati bi qbil ma' l-istruzzjonijiet tal-veterinarju uffiċjali.

    B'żieda, jekk mard tat-tjur li jittieħed li jista' jkun trasmess permezz tal-bajd ji żviluppa fil-qatgħa li tkun forniet il-bajd għat-tfaqqis matul il-perjodu ta' l-inkubazzjoni tagħhom, l-imkien għat-tfaqqis tal-bajd involut u l-awtorità jew l-awtoritajiet responsabbli għall-imkien għat-tfaqqis tal-bajd u l-qatgħa ta' l-oriġini għandhom ikunu nnotifikati."

    9. L-Artikolu 8(b) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "(b) jissodisfa l-kondizzjonijiet tal-vaċċinazzjoni fl-Anness III, jekk kienu ġew mogħtija l-vaċċinazzjoni;.".

    10. L-Artikolu 9(b) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "(b) jissodisfa l-kondizzjonijiet tal-vaċċinazzjoni fl-Anness II, jekk kienu ġew mogħtija l-vaċċinazzjoni;.".

    11. L-Artikolu 9(c) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "(ċ) ikunu ġew sottomessi għall-e żami tas-saħħa minn veterinarju uffiċjali jew minn veterinarju awtorizzat matul it-48 siegħa li jippreċedu l-kunsenja u, fil-waqt ta' l-e żaminazzjoni, ma jkunu ppre żentaw l-ebda sinjal kliniku jew suspett ta' mard tat-tjur li jittieħed;.".

    12. L-Artikolu 10(ċ) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "(ċ) meta l-e żami tas-saħħa imwettaq minn veterinarju uffiċjali jew minn veterinarju awtorizzat matul il-5 ijiem li jippreċedu l-kunsenja, fuq il-qatgħa li minnha l-kunsenja li għandha tkun maqtula tkun ittieħdet ma tkunx żvelat fi ħdan il-qatgħa xi sinjal kliniku jew suspett ta' marda tat-tjur li tittieħed;.".

    13. L-Artikolu 10(d) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "(d) li ma tkunx lokalizzata f'żona li minħabba r-raġunijiet tas-saħħa ta' l-annimali hija soġġetta għall-miż uri restrittivi bi qbil mal-leġislazzjoni tal-Komunità bħala riżultat ta' tfaqqiegħ ta' marda li għaliha t-tjur huma suxxettibbli."

    14. L-Artikolu li ġej għandu jkun miżjud:

    "Artikolu 10a

    1. Fil-waqt ta' kunnsenja, it-tjur ta' aktar minn 72 siegħa intiżi biex ifornu mill-ġdid il-kaċċa ferjali għandhom ikunu ġejjin minn qasam:

    (a) meta jkunu nżammu sa minn meta kienu faqqsu jew għal aktar minn 21 jum u fejn ma jkunux tqiegħdu f'kuntatt ma tjur li jkunu għadhom kemm waslu matul il-ġimgħatejn li jippreċedu l-kunsenja;

    (b) li ma kinux soġġetti għal xi restrizzjonijiet dwar is-saħħa ta' l-annimali applikabbli għat-tjur;

    (ċ) meta l-eżami tas-saħħa mwettaq minn veterinarju uffiċjali jew minn veterinarju awtorizzat matul it-48 siegħa li jippreċedu l-kunsenja tal-qatgħa li minnha l-kunsenja għandha tittieħed ma tkunx wriet f'dik il-qatgħa xi sinjal kliniku jew sospett ta' mard tat-tjur li jittieħed;

    (d) li ma tkunx lokalizzata f'żona li għal raġunijiet tas-saħħa ta' l-annimali hija soġġetta għall-projbizzjoni bi qbil mal-leġislazzjoni tal-Komunità bħala riżultat ta' tfaqqiegħ ta' mard li għalih it-tjur huma suxxettibbli.

    2. L-Artikoli 6 u 9a m'għandhomx ikunu applikabbli għat-tjur li hemm għalihom f'paragraph 1."

    15. Fl-Artikolu 11 (2) it-tielet inċiż għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "— jissodisfa l-kondizzjonijiet tal-vaċċinazzjoni fl-Anness III, jekk ikunu ġew ivvaċċinati;.".

    16. Fl-Artikolu 11 (2) il-ħames inċiż għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "— ma jkunux lokalizzati f'żona li għal raġunijiet tas-saħħa ta' l-annimali hija soġġetta għall-miżuri ristrettivi bi qbil mal-leġislazzjoni tal-Komunità bħala riżultat ta' xi tfaqqiegħ ta' mard li għalih it-tjur huma suxxettibbli;.".

    17. Fl-Artikolu 11 (2) l-aħħar inċiż għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "L-għasafar kollha fil-kunsenja jridu jkunu nstabu bħala negattivi fit-testijiet seroloġiċi għall-antikorpi tas-Salmonella pullorum u s-Salmonella gallinarum, bi qbil ma' l-Anness II, il-Kapitoli III, matul ix-xahar li jippreċedi l-kunsenja. Fil-każ ta' bajd għat-tfaqqis jew flieles ta' jum, il-qatgħa ta' l-oriġini għandha tkun ittestjata seroloġikament għas-Salmonella pullorum u s-Salmonella gallinarum matul it-tliet xhur li jippreċedu l-kunsenja f'livell li jagħti 95 % ta' fiduċja li tkun misjuba l-infezzjoni fi prevalenza ta' 5 %."

    18. L-Artikolu 12 (2) u (3) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "2. Jekk Stat Membru jew reġjun jew reġjuni ta' Stat Membru jixtieq li jkun stabbilit bħala wieħed li ma jagħtix il-vaċċinazzjoni kontra l-marda Newcastle dawn jistgħu jippreżentaw programm kif stabbilit fl-Artikolu 13 (1).

    Il-Kummissjoni għandha teżamina l-programmi ppreventati mill-Istati Membri. Il-programmi jistgħu jkunu approvati b'konformità mal-kriterji li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 13 (1), bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 32. Xi garanziji addizzjonali, ġeneriċi jew speċifiċi, jistgħu jkunu meħtieġa fil-kummerċ intra-Komunitarju jistgħu jkunu definiti bi qbil ma' l-istess proċedura.

    Meta Stat Membru jew reġjun ta' Stat Membru jikkonsidra li jkun akkwista l-istatus ta' nuqqas ta' vaċċinazzjoni, applikazzjoni tista' ssir lejn il-Kummissjoni dwar l-istatus ta' nuqqas ta' vaċċinazzjoni għall-marda Newcastle li jkun stabbilit bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 32.

    L-elementi li għandhom ikunu kkunsidrati għad-determinazzjoni ta' l-istatus ta' Stat Membru jew ta' reġjun bħala ta' nuqqas tal-vaċċinazzjoni kontra l-marda Newcastle għandha tkun l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 14 (1) u, partikolarment, il-kriterja segwenti:

    - il-vaċċinazzjoni kontra l-marda Newcastle fit-tjur kif hemm referenza għaliha fl-Artikolu 1 m'għandhiex tkun awtorizzata għat-12-il xahar preċedenti, apparti milli għall-vaċċinazzjoni obbligatorja tal-ħamiem tat-tlielaq li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 17 (3) tad-Direttiva 92/66/KEE,

    - qatgħat tat-tnissil għandhom ikunu ssorveljati seroloġikament mill-anqas darba kull sena għall-preżenza tal-marda Newcastle bi qbil mar-regoli dettalji adottati permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 32,

    - l-oqsma m'għandhomx ikun fihom l-ebda tjur li jkunu ġew ivvaċċinati kontra l-marda Newcastle matul it-12-il xahar preċedenti, bl-eċċezzjoni ta' ħamiem tat-tlielaq li jkunu ġew ivvaċċinati permezz ta' l-Artikolu 17 (3) tad-Direttiva 92/66/KEE.

    3. Il-Kummissjoni tista' tissospendi l-istatus ta' nuqqas ta' vaċċinazzjoni kontra l-marda Newcastle bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 32 fil-każ ta':

    (i) jew jekk il-marda Newcastle serjament epiżotika li ma tkunx inġiebet taħt kontroll;

    (ii) jew it-tneħħija tar-restrizzjonijiet leġislattivi li jipprojbixxu resqien sistematiku għal vaċċinazzjoni ta' rutina kontra l-marda Newcastle.

    4. Il-kondizzjonijiet li hemm referenza għalihom f'paragrafu 1 għandhom ikunu riveduti mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni qabel il-leġislazzjoni li tarmonizza l-vaċċinazzjoni kontra l-marda Newcastle tidħol fis-seħħ u mhux aktar tard mill-31 Diċembru 1994."

    19. L-Artikolu 15 (1) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "1. Flieles ta' jum u bajd tat-tfaqqis għandhom ikunu ttrasportati fi:

    - jew f'kontenituri mhux użati iddisinjati għal dan l-iskop u li jintremew wara l-ewwel użu li għandhom jintużaw darba biss imbagħad ikunu meqruda,

    - jew kontenituri li jistgħu jkunu użati mill-ġdid basta li dawn ikunu mnaddfa u ddisinfettati minn qabel.

    Fi kwalunkwe każ il-kontenituri għandhom:

    (a) li jkun fihom biss flieles ta' jum jew bajd tat-tfaqqis ta' l-istess speċi, kategorija jew tip ta' tjur, li jkunu ġejjin mill-istess stabbiliment;

    (b) ikunu b'tikketti li juru:

    - l-isem ta' l-Istat Membru u tar-reġjun ta' l-oriġini,

    - in-numri approvati ta' l-istabbiliment ta' l-oriġini kif hemm ipprovdut fl-Anness II, tal-Kapitolu I (2),

    - in-numru ta' flieles jew bajd f'kull kaxxa,

    - l-ispeċi tat-tjur li tiegħu l-bajd jew il-flieles jappartjenu."

    20. Fl-Artikolu 15 (3) it-tielet inċiż għandu jkun imħassar.

    21. Fl-Artikolu 15 (4) il-punt li ġej għandu jkun miżjud:

    "(ċ) it-tjur intiżi għall-forniment ta' ħażna mill-ġdid ta' kaċċa għandhom ikunu ttrasportati mingħajr dewmien lejn il-punt tad-destinazzjoni tagħhom mingħajr ma jiġi f'kuntatt ma' xi tjur ieħor intiżgħall- fornimenti ta' ħażna ta' kaċċa li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva."

    22. Fl-Artikolu 17 l-aħħar inċiżgħandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "— ikun fiha timbru u firma ta' kulur differenti minn dak taċ-ċertifikat."

    23. L-Artikolu 19 għandu jkun imħassar.

    24. L-Artikolu 22 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "Artikolu 22

    1. Tjur u bajd tat-tfaqqis iridu jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi:

    (a) li fihom l-influwenza ta' l-għasafar u l-marda Newcastle, kif definiti fid-Direttivi tal-Kunsill 92/40/KEE u 92/66/KEE rispettivament, huma mard legalment notifikabbli;

    (b) ikunu ħielsa mill-influwenza ta' l-għasafar u mill-marda Newcastle,

    jew

    li, għalkemm ma jkunux ħielsa minn dawn il-mard, japplikaw miżuri biex jikkontrollawhom li huma mill-anqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttivi 92/40/KEE u 92/66/KEE rispettivament.

    2. Kriterja addizzjonali għall-klassifikazzjoni tal-pajjiżi terzi fir-rigward tal-paragrafu 1(b), partikolarment f'dak li jirrigwarda l-vaċċina użata, għandha tkun adottata bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 32 qabel l-1 ta' Jannar 1995.

    3. Il-Kummissjoni tista', bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 32, tiddeċiedi permezz ta' liema kondizzjonijiet il-paragrafu 1 għandu jkun japplika biss għall-parti tat-territorju tal-pajjiżi terzi."

    25. L-Artikolu 24(h) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "(h) ikun fiha timbru u firma ta' kulur differenti minn dak taċ-ċertifikat."

    26. L-Artikolu 35 għandu jkun imħassar.

    27. Fl-Anness I il-laboratorju nazzjonali ta' referenza għad-Danimarka għandu jkun mibdul għal dan li ġej:

    "Laboratorju Veterinarju Nazzjonali

    Diviżjoni tal-Mard tat-Tjur

    Hangoevej 2

    DK-8200 Aarhus N"

    .

    28. Fl-Anness IV, il-Mudell 5, il-punt 14(a) għandu jkun mibdul bi:

    "(a) l-għasafar deskritti hawn fuq ikunu konformi mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 10 u 15 tad-Direttiva 90/539/KEE;".

    29. Fl-Anness IV, il-Mudell 6, il-punt 14(a) huwa mibdul bi:

    "(a) l-għasafar deskritti hawn fuq għandhom ikunu konformi mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 10a u 15 tad-Direttiva 90/539/KEE;".

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-Regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1995. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri dawn għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b'din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, 22 ta' Diċembru 1993.

    Għall-Kunsill

    J.-M. Dehousse

    Il-President

    [1] ĠU Nru C 89, tal-31. 3. 1993, pġ. 8.

    [2] ĠU Nru C 176, tat-28. 6. 1993, pġ. 26.

    [3] ĠU Nru C 201, tas-26. 7. 1993, pġ. 50.

    [4] ĠU Nru L 303, tal-31. 9. 1990, pġ. 6.

    [5] ĠU Nru L 260, tal-5. 9. 1992, pġ. 1.

    [6] ĠU Nru L 167, tat-22. 6. 1992, pġ. 1.

    --------------------------------------------------

    Top