Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993L0076

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE tat-13 ta’ settembru 1993 biex tillimita l-emissjonijiet ta’ dijossidju karboniku billi tittejjeb l-effiċjenza ta’ enerġija (SAVE)

ĠU L 237, 22.9.1993, pp. 28–30 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

⏵Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 16/05/2006; Imħassar b' 32006L0032

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1993/76/oj

31993L0076



Official Journal L 237 , 22/09/1993 P. 0028 - 0030
Finnish special edition: Chapter 12 Volume 2 P. 0168
Swedish special edition: Chapter 12 Volume 2 P. 0168


Id-Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE

tat-13 ta’ settembru 1993

biex tillimita l-emissjonijiet ta’ dijossidju karboniku billi tittejjeb l-effiċjenza ta’ enerġija (SAVE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEW

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 130s u 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi, permezz tar-resoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Settembru 1986 [4], il-Kunsill stabbilixxa politika ġdida għall-oġġettivi għall-1995 u konverġenza għall-politika ta’ l-Istati Membri;

Billi l-Kunsill tal-Ministri għall-Ambjent u għall-Enerġija qablu fil-laqgħa tagħhom fid-29 ta’ Ottubru 1990 li l-Komunità u l-Istati Membri, filwaqt li assumew li l-pajjiżi oħra prinċipali għamlu rabtiet simili, u rrokonoxxew il-miri identifikati minn numru ta’ Stati Membri għall-istabilliżżar jew tnaqqis ta’ ħruġ sa dati differenti, kienu lesti li jieħdu azzjonijiet bil-għan li jilħqu stabilliżżar tat-total ta’ ħruġ ta’ dijossidju karboniku sas-sena 2000 fuq il-livell ta’ l-1990 fil-Komunità kollha; billi kien hemm qbil ukoll li Stati Membri li jibdew minn relattivament livelli baxxi ta’ konsum ta’ enerġija u għalhekk ħruġ baxx imkejjel fuq ras għal ras jew bażi xieraq ieħor huma ntitolati li jkollhom miri ta’ dijossidju karboniku u/jew strateġiji li jaqblu ma’ l-ekonomija tagħhom u żvilupp soċjali, filwaqt li jtejjbu l-effiċjenza fl-enerġija ta’ l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom:

Billi bid-deċiżjoni 91/565/KEE il-Kunsill adotta l-programm SAVE li l-għan tiegħu hu li jippromwovi effiċjenza għall-enerġija fil-Komunità [5];

Billi l-Artikolu 130r tat-Trattat jistipula li l-objettiv ta’ azzjoni mill-Komunità li jitratta l-ambjent għandu jkun biex jassigira utilizzazzjoni prudenti u razzjonali ta’ risorsi naturali; billi dawn ir-risorsi naturali jinkludu prodotti taż-żejt, gas naturali u karburanti solidi, li huma sorsi essenzjali tż’ enerġija imma wkoll sorsi ewlenin ta’ ħruġ ta’ dijossidju karboniku;

Billi, minħabba li t-Trattat ma pprovdiex band’oħra is-setgħat meħtieġa biex jilleġislaw dwar aspetti relatati ma’ l-enerġija tal-programmi preskritti f’din id-Direttiva, rikors għandu jsir ukoll għal l-Artikolu 235 tat-Trattat;

Billi s-setturi residenzjali u s-setturi territorjali jagħtu kont għal madwar 40 % tal-konsum finali ta’ l-enerġija fil-Komunità u qed jespandu, xejra li għandha tendenza li żżid il-konsum tagħhom ta’ enerġija u b’hekk il-emissjonijiet tagħhom tad-dijosidju karboniku;

Billi din id-Direttiva timmira li tippreserva l-kwalità ta’ l-ambjent u li tassigura utilizzazzjoni prudenti u razzjonali ta’ risorsi naturali, li huma fatturi ta’ kompetenza mhux esklussivi tal-Komunità;

Billi l-isforz kollettiv mill-Istati Membri, jimplika miżuri fil-livell tal-Komunità, hu meħtieġ sabiex jillimitaw l-emissjonijiet tad-dijossidju karboniku u biex jippromwovu l-użu razzjonali ta’ l-enerġija;

Billi l-miżuri għandhom jiġu stabbiliti skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà minn Stati Membri fuq il-bażi ta’ titjib potenzjali fl-effiċjenza ta’ l-enerġija, effettiv, taħt il-profil ta’ ġestjoni u ta’ spejjeż, possibbiltà teknika u impatt ambjentali;

Billi, billi jipprovdu informazzjoni oġġettiva fuq il-karatteristiċi ta’ l-enerġija ta’ bini, iċ-ċertifikazzjoni ta’ l-enerġija għandha tgħin biex tittejjeb it-trasparenza tas-suq tal-proprjetà u biex tinkoraġġixxi investiment fl-iffrankar ta’ enerġija;

Billi l-kontijiet, lill-okkupanti ta’ bini, li jkun fihom il-kost tat-tisħin, l-arja kondizzjonata u l-ilma sħun, kkalkulati fi proporzjon adatt, fuq il-bażi ta’ konsum attwali għandu jikkontribwixxi għall-iffrankar ta’ enerġija fis-settur residenzjali; billi hu mixtieq li l-okkupanti ta’ bini bħal dak għandhom ikunu jistgħu jirregolaw il-konsum tagħhom tas-sħana, ilma kiesaħ u sħun, billi r-rakkomandazzjonijiet u resoluzzjonijiet adottati mill-Kunsill dwar il-kontijiet ta’ l-ispejjeż għas-sħana u ta’ l-ilma sħun [6] kienu applikati biss f’żewġ Stati Membri; billi proporzjon sinifikanti tat-tisħin, l-arja kondizzjonata u l-ispejjeż ta’ ilma sħun qiegħdin jiġu ċċarġjati fuq il-bażi tal-fatturi li mhumiex il-konsum ta’ enerġija;

Billi metodi ġodda ta’ appoġġ finanzjarju huma meħtieġa biex jippromwovu investimenti fl-iffrankar ta’ enerġija fis-settur pubbliku; billi, jekk wieħed iżomm f’moħħu dan, l-Istati Membri għandhom jippermettu u jagħmlu użu sħiħ tal-possibiltajiet offerti minn iffinanzjar minn partijiet terzi;

Billi l-bini għandu jkollu mpatt fuq il-konsum ta’ l-enerġija fuq perjodu ta’ żmien fit-tul; billi bini ġdid għandu għalhekk ikun mgħammar b’insulazzjoni termali effiċjenti mfassla għall-klima lokali; billi dan għandu japplika wkoll għall-bini ta’ awtoritajiet pubbliċi fejn l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jagħtu eżempju li jagħtu kont ta’ konsiderazzjonijiet ambjentali u ta’ enerġija;

Billi manutenzjoni regolari ta’ kaldaruni tikkontribwixxi biex iżommu l-aġġustament korrett skond l-ispeċifikazzjoni tal-prodott u b’dak il-mod għat-twettieq ottimu mill-punto di vista ambjentali ta’ enerġija;

Billi l-industrija hija ġeneralment lesta li tagħmel użu aktar effiċjenti ta’ enerġija biex biex tħares l-objettivi ekonomiċi tagħha stess; billi l-awditjar ta’ l-enerġija b’mod partikolari f’impriżi b’konsum ta’ enerġija għoli għandhom ikunu inkorraġġiti biex iġibu titjib sinifikanti fl-effiċjenza ta’ l-enerġija f’dan is-settur;

Billi t-titjib fl-effiċjenza fl-enerġija fir-reġjuni kollha tal-Komunità għandu jsaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali fil-Komunità, kif hemm provdut fl-Artikolu 130a tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-għan ta’ din id-Direttiva huwa l-kisba mill-Istati Membri ta’ l-objettiv ta’ l-illimitar ta’ ħruġ ta’ dijossidju karboniku billi tittejjeb l-effiċjenza fl-enerġija, notevolment permezz tat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ programmi fl-oqsma li ġejjin:

- ċertifikazzjoni għall-enerġija ta’ bini,

- il-kontijiet tat-tisħin, arja kondizzjonata u u spejjeż ta’ ilma sħun fuq il-bażi tal-konsum attwali,

- finanzjament minn partijiet terzi għall-investimenti fl-effiċjenza ta’ l-enerġija fis-settur pubbliku,

- insulazzjoni termali f’bini ġdid,

- spezzjoni regolari ta’ kaldaruni,

- verifiki ta’ enerġija ta’ impriżi b’konsum għoli ta’ enerġija.

Il-programmi jistgħu jinkludu liġijiet, regolamenti, strumenti ekonomiċi u amministrattivi, informazzjoni, ftehim edukattiv u volontarju li l-impatt taagħhom għandu jkun stmat oġġettivament.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom iħejju programmi ta’ implimentazzjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ l-enerġija fil-bini. Iċ-ċertifikazzjoni ta’ enerġija fil-bini, li għandha tikkonsisti f’deskrizzjoni tal-karatteristiċi ta’ l-enerġija tagħhom, għandha tipprovdi informazzjoni għall-utenti prospettivi li tikkonċerna l-effiċjenza ta’ l-enerġija fil-bini.

Fejn xieraq, ċertifikazzjoni tista’ wkoll tinkludi għażliet għat-titjib ta’ dawn il-karatterisitiċi ta’ enerġija.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom ifasslu u jimplimentaw programmi dwar il-kontijiet li jkun fihom il-kost tat-tisħin, l-arja kondizzjonata u l-ilma sħun, fi proporzjoni xieraq, fuq il-bażi tal-konsum attwali. Dawn il-programmi għandhom jippermettu li n-nefqa ta’ dawn is-servizzi tkun imqassma bejn l-utenti tal-bini kollu jew parti minnu fuq il-bażi tal-kwantitajiet speċifiċi ta’ sħana, ta’ ilma kiesaħ u sħun konsumat minn kull okkupant. Dan għandu jgħodd għall-bini jew partijiet ta’ bini provduti bi sħana kollettiva, arja kondizzjonata jew installazzjoni domestika ta’ ilma sħun. Okkupanti ta’ dak il-bini għandhom ikunu jistgħu jirregolaw il-konsum tagħhom ta’ tisħin, ilma kiesaħ jew sħun.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom iħejju u jimplimentaw programmi li jippermettu l-finanzjament minn partijiet terzi għal investimenti ta’ effiċjenza fl-enerġija fis-settur pubbliku.

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, "finanzjament minn partijiet terzi" tfisser il-provvista kollox ma’ kollox ta’ verifika, installazzjoni, operazzjoni, manutenzjoni u servizzi ta’ finanzjament għal investiment ta’ effiċjenza fl-enerġija, bl-irkupru tan-nefqa ta’ dawn is-servizzi li jkun kontinġenti, kollu kemm hu jew f’parti, fuq livell ta’ ffrankar fl-enerġija.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom iħejju u jimplimentaw programmi sabiex bini ġdid jirċievi insulazzjoni termali effettiva, bbażati fuq skondi fit-tul, fuq il-bażi ta’ standards preskritti mill-Istati Membri, waqt li jingħata kont tal-kundizzjonijiet tal-klima jew żoni ta’ klima u l-użu maħsub tal-bini.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom iħejju u jimplimentaw programmi dwar l-ispezzjoni regolari ta’ installazzjonijiet ta’ tisħin ta’ produzzjoni effettiva ratata ta’ aktar minn 15Kw bil-għan li jittejbu l-kondizzjonijiet ta’ operazzjoni mill-punto di vista ta’ konsum ta’ enerġija u llimitar ta’ ħruġ ta’ dijossidju karboniku.

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom iħejju u jimplimentaw programmi bil-għan li jippromwovu t-tlestija regolari ta’ verifiki ta’enerġija ta’ impriżi industrijali b’konsum għoli ta’ enerġija biex itejjbu l-effiċjenza tagħhom fl-enerġija u jillimitaw l-emissjonijiet ta’ dijossidju karboniku, u jistgħu jagħmlu dispożizzjonijiet simili għal impriżi oħra b’konsum għoli ta’ enerġija.

Artikolu 8

Stati Membri għandhom jistabilixxu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 7 fuq il-bażi tat-titjib potenzjali fl-effiċjenza ta’ l-enerġija, l-effettività, taħt il-profil ta’ ġestjoni u ta’ spejjeż, il-possibbilità teknika u l-impatt ambjentali.

Artikolu 9

tati Membri għandhom jirraportaw lill-Kummissjoni kull sentejn dwar ir-riżultati tal-miżuri meħuda biex jimplimentaw il-programmi li għalihom tipprovdi din id-Direttiva. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-għażliet li jkunu għamlu fil-pakkett tagħhom ta’ miżuri. B’żieda, huma għandhom, fuq talba, jipprovdu lill-Kummissjoni b’ġustifikazzjoni għall-kontenut tal-programmi, waqt li jingħta kont ta’ l-Artikolu 8.

Fil-konsiderazzjoni tar-rapporti ta’ l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat ta’ konsulenza msemmi fid-Deċiżjoni 91/565/KEE wara l-proċedura msemmija fl-Artikolu 6 ta’dik id-Deċiżjoni.

Artikolu 10

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u/jew miżuri oħra kif imsemmija fl-Artikolu 1 kif meħtieġ biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mill-iktar fis possibbli u mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1994. L-Istati Membri huma meħtieġa li jagħmlu dispożizzjonijiet kollha meħtieġa biex jippermettulhom biex iwettqu l-objettivi ta’ din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw liġijiet jew regolamenti għal dan il-għan, dawk il-liġijiet jew ir-regolamenti għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif għandha ssir dik ir-referenza għandhom jiġu preskritti mill-Istati Membri. Dan għandu japplika b’analoġija fejn programmi huma trasposti f’forma oħra.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet ta’ liġi nazzjonali u/jew miżuri oħra kif imsemmija fl-Artikolu 1 li huma adottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 11

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fit-13 ta’ Settembru 1993.

Għall-Kunsill

Il-President

Ph. Maystadt

[1] ĠU C 179, tas-16.7.1992, p. 8.

[2] ĠU C 176, tat-28.6.1993.

[3] ĠU C 19, tal-25.1.1993, p. 134.

[4] ĠU C 241, tal-25.9.1986, p. 1.

[5] ĠU L 307, tat-8.11.1991, p. 34.

[6] Rakkomandazzjoni 76/493/KEE (ĠU L 140, tat-28.5.1976, p. 12).Rakkomandazzjoni 77/712/KEE (ĠU L 295, tat-18.11.1977, p. 1).Resoluzzjoni tad-9.6.1980 (ĠU C 149, tat-18.6.1980, p. 3).Resoluzzjoni tal-15.1.1985 (ĠU C 20, tat-22.1.1985, p. 1).

--------------------------------------------------

Top