This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31993L0073
Fifth Commission Directive 93/73/EEC of 9 September 1993 on the methods of analysis necessary for checking composition of cosmetic products
Ħames Direttiva tal-Kummissjoni 93/73/KEE tad-9 ta' Settembru 1993 dwar il-metodi ta' l-analiżi meħtieġa sabiex tiġi ċċekkjata l-kompożizzjoni tal-prodotti kosmetiċi
Ħames Direttiva tal-Kummissjoni 93/73/KEE tad-9 ta' Settembru 1993 dwar il-metodi ta' l-analiżi meħtieġa sabiex tiġi ċċekkjata l-kompożizzjoni tal-prodotti kosmetiċi
ĠU L 231, 14.9.1993, p. 34–53
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 231 , 14/09/1993 P. 0034 - 0053
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 25 P. 0013
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 25 P. 0013
Ħames Direttiva tal-Kummissjoni 93/73/KEE tad-9 ta' Settembru 1993 dwar il-metodi ta' l-analiżi meħtieġa sabiex tiġi ċċekkjata l-kompożizzjoni tal-prodotti kosmetiċi IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/35/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha, Billi d-Direttiva 76/768/KEE tipprovdi sabiex il-prodotti kosmetiċi jiġu ttestjati uffiċjalment bil-għan li jiġi żgurat illi jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti mid-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-kompożizzjoni tal-prodotti kosmetiċi; Billi l-metodi kollha meħtieġa ta' l-analiżi għandhom jiġu stabbiliti malajr kemm jista' jkun; billi diġà ttieħdu erba' passi bid-Direttiva tal-Kummissjoni 80/1335/KEE [3], kif emendata bid-Direttiva 87/143/KEE [4], id-Direttiva tal-Kummissjoni 82/434/KEE [5], kif emendata bid-Direttiva 90/207/KEE [6] u d-Direttivi tal-Kummissjoni 83/514/KEE [7] u 85/490/KEE [8]; billi l-mod kif jiġi identifikat u stabbilit in-nitrat tal-fidda, il-mod kif jiġi identifikat u stabbilit id-disulfid tas-selenju fix-shampoos ta' kontra l-brija, il-mod kif jiġu stabbiliti l-barju solubbli u l-istrontium solubbli fil-pigmenti fil-għamla ta' mluħ jew għadajjar, il-mod kif jiġi identifikat u stabbilit il-benżil ta' l-alkol, il-mod kif jiġi identifikat iż-żirkonju, il-mod kif jiġu stabbiliti ż-żirkonju, l-aliminju u l-klorin fil-prodotti kontra l-għaraq li mhumiex aerosols u l-mod kif jiġu identifiti u stabbiliti l-eksamidin, id-dibromoeksamidin, id-dibromopropamidin u l-kloreksidin, jikkostitwixxu l-ħames pass; Billi l-miżuri pprovvduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-addattament tad-Direttiva 76/768/KEE għall-progress tekniku, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw illi matul it-testijiet uffiċjali tal-prodotti kosmetiċi: - il-mod kif jiġi identifikat u stabbilit in-nitrat tal-fidda, - il-mod kif jiġi identifikat u stabbilit id-dislufid tas-selenju fix-shampoos kontra l-brija, - il-mod kif jiġu stabbiliti l-barju solubbli u l-istrontium solubbli fil-piġmenti fil-għamla ta' mluħ jew għadajjar, - il-mod kif jiġi identifikat u stabbilit l-alkol tal-benżil, - il-mod kif jiġi identifikat iż-żirkonju u l-mod kif jiġu stabbiliti ż-żirkonju, l-aliminju u l-klorin fil-prodotti kontra l-għaraq mhumiex aerosols, - il-mod kif jiġu identifikati u stabbiliti l-eksamidin, id-dibromoeksamidin, id-dibromopropamidin u l-kloreksidin, għandhom jitwettqu skond il-metodi deskritti fl-Anness. Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 1994. Għandhom jgħarrfu b'dan minnufih lill-Kummissjoni. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-9 ta' Settembru 1993. Għall-Kummissjoni Christiane scrivener Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169. [2] ĠU L 151, 23.6.1993, p. 32. [3] ĠU L 383, 31.12.1980, p. 27. [4] ĠU L 57, 27.2.1987, p. 56. [5] ĠU L 185, 30.6.1982, p. 1. [6] ĠU L 108, 28.4.1990, p. 92. [7] ĠU L 291, 24.10.1983, p. 9. [8] ĠU L 295, 7.11.1985, p. 30. -------------------------------------------------- ANNESS IL-MOD KIF JIĠI IDENTIFIKAT U STABBILIT IN-NITRAT TAL-FIDDA FIL-PRODOTTI KOSMETIĊI A. Identifikazzjoni 1. L-iskop u l-firxa ta' l-applikazzjoni Dan il-metodu jiddeskrivi l-mod kif jiġi identifikat in-nitrat tal-fidda bħala fidda fil-prodotti kosmetiċi akwei. 2. Il-prinċipju Il-fidda tiġi identifikata mill-karatteristika ta' preċipitat abjad magħmula mill-joni tal-klorur. 3. Ir-reaġenti Ir-reaġenti kollha għandhom ikunu ta' safa analitika. 3.1. Is-soluzzjoni ta' l-aċidu idrokloriku, 2 M 3.2. Is-soluzzjoni ta' l-ammonja: Iddilwa soluzzjoni kkonċentrata ta' l-idrossidu ta' l-ammonju (d20 = 0,88 g/ml) bi kwantità egwali ta' ilma u ħallat. 3.3. Is-soluzzjoni ta' l-aċidu nitriku, 2 M 4. L-apparat 4.1. L-apparat normali tal-laboratorju 4.2. Ċentrifugu 5. Il-proċedura 5.1. Ma' madwar 1g tal-kampjun f'tubu ċentrifugu żid 2 M tas-soluzzjoni ta' l-aċidu idokloriku (3.1) qatra qatra sakemm il-preċipitazzjoni tkun ikkompletata; ħallat u ċċentrifuga 5.2. Warrab il-likwidu supernatant u aħsel il-preċipitat darba waħda b'ħames qatriet ta' ilma kiesaħ. Neħħi l-oġġetti maħsulin. 5.3. Żid kwantità ta' ilma egwali għal-massa tal-preċipitat fit-tubu ċentrifugu Għalli u ħawwad. 5.4. Iċċentrifuga sħun; neħħi l-likwidu supernatant. 5.5. Mal-preċipitat żid ftit qatriet tas-soluzzjoni ta' l-ammonja (3.2); ħawwad u ċċentrifuga. 5.6. Ma' qatra waħda ta' likwidu supernatant fuq ħġieġa żid ftit qatriet tas-soluzzjoni 2 M ta' l-aċidu nitriku (3.3). 5.7. Precipitat abjad jindika l-preżenza tal-fidda. B. Il-mod kif jiġi stabbilit 1. L-iskop u l-firxa ta' l-applikazzjoni Dan il-metodu huwa xieraq sabiex jiġi stabbilit in-nitrat tal-fidda bħala fidda fil-prodotti kosmetiċi maħsuba li jiżbgħu x-xagħar ta' xfar il-għajnejn u x-xagħar ta' fuq il-ħuġbejn. 2. Il-prinċipju Il-fidda tiġi stabbilita fil-prodott bl-ispettrometrija ta' l-assorbiment atomiku. 3. Ir-reaġenti Ir-reaġenti kollha għandhom ikunu ta' safa analitika. 3.1. Is-soluzzjoni ta' l-aċidu idrokloriku, 0,02 M 3.2. Is-soluzzjonijiet standard tal-fidda 3.2.1. Aħżen soluzzjoni standard tal-fidda, 1000 mg/ml f' 0,5 M soluzzjoni ta' l-aċidu nitriku (‘SpectrosoL' jew l-ekwivalenti) 3.2.2. Is-soluzzjoni standard tal-fidda, 100 mg/ml: ittrasferixxi permezz tal-pipetta 10 ml tas-soluzzjoni standard tal-fidda fil-ħażna (3.2.1) għal ġo flixkun tal-laboratorju volumetriku ta'100-ml Żid il-volum b'0,02 M tas-soluzzjoni ta' l-aċidu nitriku (3.1) u ħallat. Din is-soluzzjoni standard għandha tkun imħejjija friska u maħżuna fi flixkun tal-laboratorju tal-ħġieġ b'kulur skur 4. L-apparat 4.1. L-apparat normali tal-laboratorju 4.2. Spettrotometru ta' l-assorbiment atomiku imgħammar b'bozza tal-fidda bil-katodu moħfi 5. Il-proċedura 5.1. It-tħejjija tal-kampjun Iżen b'mod preċiż madwar 0,1 g (m gram) ta' kampjun omoġenju tal-prodott. Ittrasferixxi b'mod kwantitattiv ġewwa l-flixkun tal-laboratorju volumetriku tal-litru u ikkompleta għall-volum b'0,02 M tas-soluzzjoni ta' l-aċidu nitriku (3.1) u ħallat. 5.2. Il-kondizzjonijiet għall-ispettrometru ta' l-assorbiment atomiku Il-fjamma: aċitilena ta' l-arja | | Il-wavelength: 338,3 nm | | Il-korrezzjoni ta' l-isfond: iva | | Il-kondizzjoni tal-karburant: | irqiq; għall-assorbanza massima, iridu jkunu meħtieġa l-ottimizzazzjoni tal-għoli ta' l-ispiritiera u l-kondizzjonijiet tal-karburant. | 5.3. Il-kalibrazzjoni 5.3.1. F'serje ta' fliexken tal-laboratorju volumetriċi ta' 100-ml ittrasferi permezz tal-pipetta 1,0, 2,0, 3,0, 4,0 and 5,0 ml tas-soluzzjoni standard tal-fidda (3.2.2). Imla kull flixkun tal-laboratorju għall-volum b'0,02 M tas-soluzzjoni ta' l-aċidu nitriku u ħallat. Dawn is-soluzzjonijiet ikun fihom 1,0, 2,0, 3,0, 4,0 u 5,0 mg fidda kull millilitru, rispettivament. 5.3.2. Kejjel l-assorbanza ta' 0,02 M tas-soluzzjoni ta' l-aċidu nitriku (3.1) u uża l-valur miksub bħala l-konċentrazzjoni żero għall-kurva tal-kalibrazzjoni. Kejjel l-assorbanza ta' kull standard tal-kalibrazzjoni tal-fidda (5.3.1). Ipplottja l-kurva tal-kalibrazzjoni li tirrelata l-valuri ta' l-assorbanza mal-konċentrazzjoni tal-fidda. 5.4. Il-mod kif jiġi stabbilit Kejjel l-assorbanza tas-soluzjoni tal-kampjun (5.1). Mill-kurva tal-kalibrazzjoni aqra l-konċentrazzjoni kollha tal-fidda li tikkorrispondi mal-valur ta' l-assorbanza miksub għas-soluzzjoni kampjun. 6. Il-kalkolu Ikkalkola l-kontenut tan-nitrat tal-fidda tal-kampjun, f''perċentwali bil-massa (% m/m), billi tuża l-formola: % tan- nitrat tal-fidda 1,5748 × c10 × m fejn: m = il-massa fi grammi tal-kampjun meħud għall- analiżi (5.1); u c = il-konċentrazzjoni tal-fidda fis-soluzzjoni kampjun (5.1), f'mikrogrammi f'kull millilitru, miksuba mill-kurva tal-kalibrazzjoni. 7. Ir-rata ta' repetizzjoni [1] Għal kontenut ta' nitrat tal-fidda ta' 4 % (m/m) id-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ modi kif jiġi stabbilit imwettqa b'mod parallel fuq l-istess kampjun ma għandhiex taqbeż iż-0,05 % (m/m). IL-MOD KIF JIĠI IDENTIFIKAT U STABBILIT ID-DISULFID TAS-SELENJU FIX-SHAMPOOSKONTRA L-BRIJA, A. Identifikazzjoni 1. L-iskop u l-firxa ta' l-applikazzjoni Dan il-metodu jiddeskrivi l-identifikazzjoni tad-disulfid tas-selenjui bħala selenju fix-xampuwoijirt kontra l-brija 2. Il-prinċipju Is-selenju jiġi identifikat bil-karatteristika tal-kulur isfar għall-mionn lewn il-larinġa prodott bir-reazzjoni ma' l-urea u l-jodur tal-potassju. 3. Ir-reaġenti Ir-reaġenti kollha għandhom ikunu ta' safa analitika. 3.1. L-aċidu nitriku, ikkonċentrat (d20 = 1,42 g/ml) 3.2. L-urea 3.3. Is-soluzzjoni tal-jodur tal-potassju, 10 % (m/v): dewweb 10 g tal-jodur tal-potassju f'100 ml ilma 4. L-apparat 4.1. L-apparat normali tal-laboratorju 4.2. Tubu tad-digestjoni, li jesa'100-ml 4.3. Diġestur tal-blokka msaħħna 4.4. Karti tal-filtru (Whatman No 42 jew l-ekwivalenti) jew 0,45 mm ta' filtru tal-membrana 5. Il-proċedura 5.1. Għal madwar 1 g tax-xampù f'tubu tad-diġestjoni (4.2) żid 2,5 ml aċidu nitriku kkonċentrat (3.1) u ddiġerixxi f'150 °C għal 30 minuta fuq diġestur tal-blokka msaħħna (4.3). 5.2. Iddilwa il-kampjun iddiġestit għal 25 ml ma' l-ilma u ffiltra minn ġol-karta tal-filtru jew filtru tal-membrana ta' 0,45 mm (4.4). 5.3. Ma' 2,5 ml tal-filtrat żid 5 ml ilma, 2,5 g urea (3.2) u għalli. Kessaħ u żid 1 ml tas-soluzzjoni tal-jodur tal-potassju (3.3). 5.4. Kulur isfar għal minn lewn il-larinġa li jiskura bil-ħeffa meta joqgħod jindika l-preżenza tas-selenju. B. Il-mod kif jiġi stabbilit 1. L-iskop u l-firxa ta' l-applikazzjoni Dan il-metodu huwa xieraq sabiex jiġi stabbilit id-disuilfid tas-selenju bħala selenju fix-xampiwijiet kontra l-brija li jkun fihom sa 4,5 % (m/m) disulfid tas-selenju. 2. Il-prinċipju Il-kampjun jiġi diġestit bl-aċidu nitriku u s-selenju fid-diġestjoni li tirriżulta stabbilit permezz ta' l-ispettrometrija ta' l-assorbiment atomiku. 3. Ir-reaġenti Ir-reaġenti kollha jridu jkunu ta' safa analitika. 3.1. L-aċidu nitriku, ikkonċentrat (d20 = 1,42 g/ml) 3.2. is-soluzzjoni ta' l-aċidu nitriku, 5 % (v/v): żid 50 ml aċidu nitriku kkonċentrat (3.1) ma' 500 ml ilma f'tazza tal-laboratorju biż-żennuna, billi tħawwad kontinwament. Ittrasferixxi din is-soluzzjoni fi flixkun tal-laboratorju volumetriku tal-litru u ikkompleta għall-volum bl-ilma. 3.3. Aħżen is-soluzzjoni standard tas-selenju, 1000 mg/ml f'0,5 M tas-soluzzjoni ta' l-aċidu nitriku (‘SpectrosoL' jew l-ekwivalenti) 4. L-apparat 4.1. L-apparat normali tal-laboratorju 4.2. Tubu tad-digestjoni, li jesa'100-ml 4.3. Diġestur tal-blokka msaħħna 4.4. Karti tal-filtru (Whatman No 42 jew l-ekwivalenti) jew filtru tal-membrana ta' 0,45 mm 4.5. Spettrofotometru ta' l-assorbiment atomiku imgħammar b'bozza tas-selenju tal-katodu moħfi 5. Il-proċedura 5.1. It-tħejjija tal-kampjun 5.1.1. Iżen b'mod preċiż madwar 0,2 g (m gram) ta' kampjun omoġenju tax-xampù ġewwa tubu tad-diġestjoni (4.2). 5.1.2. Żid 5 ml ta' l-aċidu nitriku kkonċentrat (3.1) u ddiġerixxi f'150 °C għal siegħa fuq diġestur tal-blokka msaħħna (4.3). 5.1.3. Ħalli li s-soluzzjoni tiksaħ u dewweb f'100 ml ilma. Iffiltra permezz tal-karta tal-filtru jew filtru tal-membrana ta' 0.45 mm (4.4) u żomm is-soluzzjoni ffiltrata sabiex tiġi stabbilita. 5.2. Il-kondizzjonijiet għall-ispttrometrija ta' l-assorbiment atomiku Il-fjamma: l-aċitilena ta' l-arja | | Il-wavelength: 196,0 nm | | Il-korrezzjoni ta' l-isfond: iva | | Il-kondizzjoni tal-karburant: | irqiq; għall-assorbanza massima, trid tkun meħtieġa l-ottimizzazzjoni tal-għoli ta' l-ispiritiera u tal-kondizzjoni tal-karburant. | 5.3. Il-kalibrazzjoni 5.3.1. F'serje ta' fliexken tal-laboratorju volumteriċi ta' 100-ml, ittrasferiti permezz ta' pipetta 1,0, 2,0, 3,0, 4,0 u 5,0 ml tas-soluzzjoni standard tal-ħażna tas-selenju (3.3). Żid kull flixkun tal-laboratorju għall-volum bi'5 % (v/v) tas-soluzzjoni ta' l-aċidu nitriku(3.2) u ħallat. Dawn is-soluzzjonijiet ikun fihom 10, 20, 30, 40 u 5,0 mg fidda kull millilitru, rispettivament. 5.3.2. Kejjel l-assorbanza ta' 5 % (v/v) tas-soluzzjoni ta' l-aċidu nitriku (3.2) u uża l-valur miksub bħala l-konċentrazzjoni żero tas-selenju għall-kurva tal-kalibrazzjoni. Kejjel l-assorbanza ta' kull standard tal-kalibrazzjoni tas-selenju (5.3.1). Ipplottja l-kurva tal-kalibrazzjoni li għandha x'taqsam mal-valuri ta' l-assorbanza mal-konċentrazzjoni tas-selenju. 5.4. Il-mod kif jiġi stabbilit Kejjel l-assorbanza tas-soluzzjoni kampjun (5.1.3). Mill-kurva tal-kalibrazzjoni aqra l-konċentrazzjoni kollha tas-selenju li tikkorrispondi għall-valur ta' l-assorbanza miksub għas-soluzzjoni kampjun. 6. Il-kalkolu Ikkalkola l-kontenut tad-disulfid tas-selenju tal-kampjun, b'perċentwal bil-massa (% m/m), billi tuża l-formola: % tad-disulfid tas-selenju = 1,812 × c100 × m Fejn: m = il-massa fi grammi tal-kampjun meħud għall- analiżi (5.1.1); u c = il-konċentrazzjoni tas-selenju fis-soluzzjoni kampjun (5.1.3), f'mikrogrammi f'kull millilitru, miksuba mill-kurva tal-kalibrazzjoni 7. Ir-rata ta' repetizzjoni [2] Għal kontenut ta' disulfid tas-selenju ta' 1 % (m/m) id-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ modi paralleli ta' kif jiġu stabbiliti fuq l-istess kampjun m'għandhiex taqbeż iż-0,05 % (m/m). IL-MOD KIF JIĠU STABBILITI L-BARJU SOLUBBLI U L-ISTRONTIUMSOLUBBLI FIL-GĦAMLA TA' MLUĦ JEW GĦADAJJAR A. Il-mod kif jiġi stabbilit il-barju solubbli 1. L-iskop u l-firxa ta' l-applikazzjoni Dan il-metodu jiddeskrivi l-proċedura għalbiex jiġi estratt u jiġi stabbilit il-barju solubbli minn pigmenti tal-għamla ta' mluħ jew għadajjar. 2. Il-prinċipju Il-pigment jiġi estratt b' 0,07 M tas-soluzzjoni ta' l-aċidu nitriku taħt kondizzjonijiet iddefiniti u l-ammont tal-barju fl-estrattant stabbilit bl-ispettrometrija ta' l-assorbiment atomiku. 3. Ir-reaġenti Ir-reaġenti kollha għandhom ikunu ta' safa analitika. 3.1. L-Etanol, assolut 3.2. Is-soluzzjoni ta' l-aċidu idrokloriku, 0,07 M 3.3. Is-soluzzjoni ta' l-aċidu idrokloriku, 0,5 M 3.4. Is-soluzjoni tal-klorur tal-potassju, 8 % (m/v): dewweb 16 g tal-klorur tal-potassju f'200 ml ta' 0,07 M tas-soluzzjoni ta' l-aċidu idrokloriku (3.2). 3.5. Is-soluzzjonijiet standard tal-barju 3.5.1. Aħżen 1000 mg/ml tas-soluzzjoni standard tal-barju f'0,5 M tas-soluzzjoni ta' l-aċidu nitriku (‘SpectrosoL' jew l-ekwivalenti) 3.5.2. Is-soluzjoni standard tal-barju, 200 mg/ml: ittrasferixxi permezz ta' pipetta 10 ml tal-ħażna tas-soluzzjoni standard tal-barju (3.5.1) fi flixkun tal-laboratorju volumetriku ta'100-ml. Żid sal volum b'0,07 M tas-soluzzjoni ta' l-aċidu idrokloriku (3.2) u ħallat. 4. L-apparat 4.1. L-apparat normali tal-laboratorju 4.2. Strument tal-kejl tal-pH bi preċiżjoni ta' ± 0,02 unitajiet 4.3. Flixkun tal-laboratorju tat-taħwid bl-azzjoni tal-polz 4.4. Filtru tal-membrana bil-qies tal-pori ta' 0,45 mm 4.5. Spettrofotometru atomiku ta' l-asorbiment atromiku mgħammar b'bozza tal-barju bil-katodu moħfi 5. Il-proċedura 5.1. It-tħejjija tal-kampjun 5.1.1. Iżen b'mod preċiż madwar 0,5 g (m gram) ta' pigment għal ġewwa flixkun tal-laboratorju koniku. Għalbiex tiżgura volum biżżejjed għal aġitazzjoni effettiva ma għandux jintuża flixkun tal-laboratorju ta' kapaċità inqas minn 150-ml. 5.1.2. Żid permezz tal-pipetta 1,0 ml ta' etanol (3.1) u dawwar tond il-flixkun tal-laboratorju sabiex tiżgura illi l-pigment jixxarrab sewwa. Żid minn buretta l-ammont eżatt ta' 0,07 M tas-soluzzjoni ta' l-aċidu idrokloriku (3.2) meħtieġ sabiex jagħti l-poporzjon ta' volum ta' aċidu għall massa tal-pigment ta' eżattament 50 millilitri kull gramma. Ħalli l-volum totali ta' l-estratt inkluż l-etanol ikun V ml. Dawwar il-kontenut tal-flixkun tal-laboratorju għal ħames sekondi biex tiżgura t-taħlit sewwa tal-kontenut. 5.1.3. Bl-użu ta' strument tal-kejl tal-pH (4.2) kejjel il-pH tas-sospensjoni li tirriżulta u, jekk dan ikun aktar minn 1,5, żid 0,5 M tas-soluzzjoni ta' l-aċidu idrokloriku (3.3) qatra qatra sakemm ikun fil-firxa ta' 1,4 sa 1,5 5.1.4. Agħlaq bit-tapp u xengel minnufih il-flixkun tal-laboratorju għal 60 minuta bl-użu ta' flixkun tal-laboratorju taċ-ċaqliq bl-azzjoni tal-polz (4.3). Il-flixkun tal-laboratorju taċ-ċaqliq irid jitħaddem f'veloċità qawwija biżżejjed għalbiex jipproduċi r-ragħwa. Iffiltra permezz ta' filtru tal-membrana ta' 0,45 mm (4.4) u iġbor il-filtrat. Tiċċentrifugax l-estratt qabel tiffiltrah. Ittrasferixxi bil-pipetta 5,0 ml tal-filtrat għal ġo flixkun tal-laboratorju volumetriku ta' 50 ml; ikkompleta għall-volum b'0,07 M tas-soluzzjoni ta' l-aċidu idrokloriku (3.2) u ħallat. Din is-soluzzjoni tiġi wżata wkoll sabiex jiġi stabbilit l-istrontium (il-Parti B). 5.1.5. Ittrasferixxi bil-pipetta għal ġol-flixkun tal-laboratorju volumetriku 100-ml tas-soluzzjoni tal-klorur tal-potassju (3.4) u alikwota (WBa ml) tal-filtrat iddilwit (5.1.4) sabiex iġġib il-konċentrazzjoni mistennija ta' bejn it-3 u l-10 mg barju f'kull millilitru. (Alikwota ta' 10 ml għandha tkun punt sodisfaċenti tal-bidu.) Żid mal-volum b'0,07 M tas-soluzzjoni ta' l-aċidu idrokloriku (3.2) u ħallat. 5.1.6. Istabilixxi l-konċentrazzjoni tal-barju (5.1.5) permezz ta' l-ispettrometrija ta' l-assorbiment atomiku fl-istess jum. 5.2. Il-kondizzjonijiet għall-ispettrometrija ta' l-assorbimnt atomiku Il-fjamma: l-ossidu nitrju/l-aċetilena | Il-Wavelength: 553,5 nm | Il-korrezzjoni ta' l-isfond: le | | Il-kondizzjoni tal-karburant irqiq; | għall-assorbanza massima, huma meħtieġa l-ottimizzazjoni tal-għoli ta' l-ispiritiera u l-kondizzjonijiet tal-karburant. | 5.3. Il-Kalibrazzjoni 5.3.1. F'serje ta' fliexken tal-laboratorju volumetriċi ta' 100-ml ittrasaferixxi permezz ta' pipetta 1,0, 2,0, 3,0, 4,0 and 5,0 ml tas- soluzzjoni standard tal-barju (3.5.2). Għal ġo kull flixkun tal-laboratorju ittrasferixxi bil-pipetta 5,0 ml tas-soluzzjoni tal-klorur tal-potassju (3.4); ikkompleta għall-volum b'0,07 M tas-soluzjoni ta' l-aċidu idrokloriku (3.2) u ħallat. Dawn is-soluzzjonijiet ikun fihom 4,0, 2,0, 6,0, 8,0 u 5,0 mg fidda f'kull millilitru, rispettivament. B'mod simili, ħejji soluzzjoni in bjank fejn tħalli barra s-soluzzjoni standard tal-barju. 5.3.2. Kejjel l-assorbanza tas-soluzzjoni in bjank (5.3.1) u uża l-valur miksub bħala l-konċentrazzjoni żero tal-barju għall-kurva tal-kalibrazzjoni. Kejjel l-assorbanza ta' kull kalibrazzjoni standard tal-barju (5.3.1). Ipplottja kurva tal-kalibrazzjoni li jkollha x'taqsam mal-valuri ta' l-assorbanza għall-konċentrazzjoni tal-barju. 5.4. Il-mod kif jiġi stabbilit Kejjel l-assorbanza tas-soluzzjoni kampjun (5.1.5). Mill-kurva tal-kalibrazzjoni aqra l-konċentrazzjoni kollha tal-barju li tikkorrispondi mal-valur ta' l-assorbanza miksub għas-soluzzjoni kampjun. 6. Il-kalkolu Il-kontenut tal-barju solubbli (% m/m) tal-pigment jiġi mogħti bil-formola: % tal- barju solubbli= 10W × m fejn: m = il-massa fi grammi tal-kampjun meħuda għall-analiżi (5.1.1); c = il-konċentrazzjoni tal-barju fis-soluzzjoni kampjun (5.1.5), f'mikrogrammi f'kull millilitru, miksuba mill-kurva tal-kalibrazzjoni; V = il-volum totali tal-estrattant f'millilitri (5.1.2); u WBa = il-volum ta' l-estratt, f'millilitri, meħud fil-5.1.5. 7. Ir-rata ta' repetizzjoni L-aqwa stima disponibbli tal-kapaċità tat-tennija (l-ISO 5725) għal dan il-metodu hija ta' 0,3 % għall-kontenut tal-barju solubbli ta' 2 % (m/m). 8. Kummenti 8.1. Taħt ċerti kondizzjonijiet l-assorbanza tal-barju tista' tittejjeb bil-preżenza tal-kalċju. Dan jista' jiġi opponut biż-żieda ta' jonu tal-manjeżju f'konċentrazzjoni ta' 5 g f'kull litru [3]. 8.2. L-użu ta' l-ispettrometrija ta' l-emissjoni plażma – ottika indotta akkoppjata huwa permess bħala alternattiva għall-ispettrometrija ta' l-assorbanza atomika bil-fjamma B. Il-mod kif jiġi stabbilit l-istrontiumsolubbli 1. L-iskop u l-firxa ta' l-applikazzjoni Dan il-metodu jiddeskrivi l-proċedura sabiex jiġi estratt u stabbilit l-istrontium solubbli mill-pigmenti fil-għamla ta' mluħ jew għadajjar. 2. Il-prinċipju Il-pigment jiġi estratt b' 0,07 M tas-soluzzjoni ta' l-aċidu idrokloriku taħt kondizzjonijiet definiti u l-ammont ta' l-istrontium fl- estrattant stabbilit permezz ta' l-ispettrometrija ta' l-assorbiment atomiku. 3. Ir-Reagenti Ir-reaġenti kollha għandhom ikunu ta' safa analitika. 3.1. L-Etanol, assolut 3.2. Is-soluzzjoni ta' l-aċidu idrokloriku, 0,07 M 3.3. Is-soluzzjoni tal-klorur tal-potassju, 8 % (m/v): dewweb 16 g tal-klorur tal-potassju f'200 ml ta' 0,07 M tas-soluzzjoni ta' l-aċidu idrokloriku (3.2). 3.4. Is-soluzzjonijiet standard ta' l-istrontium 3.4.1. Aħżen 1000 μg/ml tas-soluzzjoni standard ta' l-istrontium f' 0,5 M tas-soluzzjoni ta' l-aċidu nitriku (‘SpectrosoL' jew l-ekwivalenti) 3.4.2. Is-soluzzjoni standard ta' l-istrontium, 100 μg/ml: ittrasferixxi permezz ta' pipetta 10,0 ml tas-soluzzjoni standard ta' l-istrontium (3.4.1) fi flixkun tal-laboratorju volumetriku ta'100-ml. ikkompleta għall-volum b'0,07 M tas-soluzzjoni ta' l-aċidu idrokloriku (3.2) u ħallat. 4. L-apparat 4.1. L-apparat normali tal-laboratorju 4.2. Filtru tal-membrana b'qies tal-pori ta' 0,45 mm 4.3. Spettrofotometru imgħammar b'bozza ta' l-istrontium bil-katodu moħfi 5. Il-Proċedura 5.1. It-Tħejjija tal-kampjun Is-soluzzjoni mħejjija fil-A.5.1.4 hija wżata biex tistabbilixxi l-kontenut ta' l-istrontium solubbli. 5.1.1. Ittrasferrixxi bil-pipetta għal ġo flixkun tal-laboratorju volumetriku ta' '100-ml 5,0 ml tas-soluzzjoni tal-klorur tal-potassju (3.3) u alikwota (WSr ml) tal-filtrat dilwit (A.5.1.4) sabiex iġġib konċentrazzjoni mistennija ta' bejn 2 u 5 mg ta' stronzju f'kull millilitru. (Alikwota ta' 25 ml għandha tkun sodisfaċenti.) Żid mal-volum b'0,07 M tas-soluzzjoni ta' l-aċidu idrokloriku (3.2) u ħallat. 5.1.2. Istabilixxi l-konċentrazzjoni ta' l-istrontium tas-soluzzjoni (5.1.1) permezz ta' l-ispettrometrija ta' l-assorbiment atomiku fl-istess jum. 5.2. Il-kondizzjonijiet għall-ispettrometrija ta' l-assorbiment atomiku Il-fjamma: l-ossidu nitrju/l-aċitilena | Il-wavelength: 460,7 nm | Il-korrezzjoni ta' l-isfond: le | | Il-kondizzjoni tal-karburant: | irqiq; għal assorbanza massima, trid tkunu meħtieġa l-ottimizzazzjoni tal-għoli ta' l-ispiritiera u l-kondizzjonijiet tal-karburant. | 5.3. Il-Kalibrazzjoni 5.3.1. Ittrasferixxi bil-pipetta fil-fliexken tal-laboratorju volumetriċi ta' 100-ml 1,0, 2,0, 3,0, 4,0 and 5,0 ml tas- soluzzjoni standard ta' l-istrontium (3.4.2). Ittrasferixxi bil-pipetta għal ġo kull flixkun tal-laboratorju 5,0 ml tas-soluzzjoni tal-klorur tal-potassju (3.3); ikkompleta għall-volum b'0,07 M tas-soluzzjoni ta' l-aċidu idrokloriku (3.2) u ħallat. Dawn is-soluzzjoniijiet ikun fihom 1,0, 2,0, 4,0, 4,0 u 5,0 mg ta' stronzju f'kull millilitru, rispettivament. B'mod simili, ħejji soluzzjoni in bjank billi tħalli barra s-soluzzjoni standard ta' l-istrontium. 5.3.2. Kejjel l-assorbanza tas-soluzzjoni in bjank (5.3.1) u uża l-valur miksub bħala l-konċentrazzjoni żero ta' l-istrontium għall-kurva tal-kalibrazzjoni. Kejjel l-assorbanza ta' kull wieħed mill-istandards tal-kalibrazzjoni ta' l-istrozju (5.3.1). Ipplottja kurva tal-kalibrazzjoni li tirrelata l-valuri ta' l-ogħla assorbanza mal-konċentrazzjoni ta' l-istrontium. 5.4. Il-mod kif jiġi stabbilit Kejjel l-assorbanza tas-soluzzjoni kampjun (5.1.1). Mill-kurva tal-kalibrazzjoni aqra l-konċentrazzjoni kollha ta' l-istrontium li tikkorrispondi mal-valur ta' l-assorbanza miksub għas-soluzzjoni kampjun. 6. Il-kalkolu Il-kontenut ta' l-istrontium solubblii (% m/m) tal-pigment jiġi mogħti bil-formola: % ta' l istrontium solubbli = 10W × m fejn: il-m = il-massa fi grammi tal-kampjun meħuda għall-analiżi (A.5.1.1); il-c = il-konċentrazzjoni ta' l-istrontium fis-soluzjoni kampjun (5.1.5), f'mikrogrammi f'kull millilitru, miksuba mill-kurva tal-kalibrazzjoni; il-V = il-volum totali ta' l-esrattant f'millilitri (A.5.1.2); u l-WSr = il-volum tal-estratt, f'millilitri, meħud f'5.1.1. 7. Ir-rata ta' repetizzjoni L-aqwa stima disponibbli tal-kapaċità tat-tennija (ISO 5725) għal dan il-metodu hija ta' 0,09 % għal kontenut ta' stronzju solubbli ta' 0,6 % (m/m). 8. Kummenti L-użu ta' l-ispettrometrija indotta bl-akkoppjar ta' l-emissjoni plażma - ottika huwa permess bħala alternattiva għall-ispettrometrija ta' l-assorbiment atomiku. IL-MOD KIF JIĠI IDENTIFIKAT U STABBILIT L-ALKOL TAL-BENŻIL FIL-PRODOTTI KOSMETIĊI A. L-Identifikazzjoni 1. L-iskop u l-firxa ta' l-applikazzjoni Dan il-metodu jiddeskrivi l-identifikazzjoni ta' l-alkol tal-benżil fil-prodotti kosmetiċi. 2. Il-Prinċipju L-alkol tal-benżil jiġi identifikat permezz tal-kromatografija tas-saff irqiq fuq il-folji tal-ġel tas-silika. 3. Ir-reaġenti Ir-reaġenti kollha għandhom ikunu ta' safa analitika. 3.1. L-alkol tal-benżil 3.2. Il-kloroform 3.3. L-Etanol, assolut 3.4. Il-n-Pentan 3.5. Is-solvent ta' l-iżvilupp: l-etere dietil 3.6. Is-soluzzjoni standard ta' l-alkol tal-benżil: iżen 0,1 g ta' alkol tal-benżil (3.1) ġewwa flixkun tal-laboratorju volumetriku ta' 100-ml, ikkompleta għall-volum bl-etanol (3.3) u ħallat. 3.7. Folji tal-kromatografija tas-saff irqiq, ħġieġ, 100 x 200 mm jew 200 x 200 mm, miksija b'saff ta' 0,25 mm tal-ġel tas-silika 60 F254 3.8. L-aġent tal-viżwalizzazjoni: l-aċidu 12-molibdofosforiku, 10 % (m/v) fl-etanol (3.3). 4. L-apparat 4.1. L-apparat normali għall-kromatografija tas-saff irqiq 4.2. Tank tal-kromatografija, kamra b'żewt iħwat, qisien ġenerali ta' madwar 80 mm x 230 mm x 240 mm 4.3. Karta tal-kromatografija: Whatman, jew l-ekwivalenti 4.4. Bozza ultra-violet, ta' wavelength 254 nm. 5. Il-Proċedura 5.1. It-tħejjija tal-kampjun Iżen 1,0 g tal-prodott li jrid jiġi analizzat fi flixkun tal-laboratorju volumetriku ta' 10-ml. Żid 3 ml tal-kloroform (3.2) u ħawwad bil-qawwi sakemm il-prodott jiġi dispers. Żid mal-volum l-etanol (3.3) u xengel bil-qawwi biex tipproduċi soluzzjoni ċara, jew kważi ċara. 5.2. Il-kromatografija tas-saff irqiq 5.2.1. Issatura t-tank tal-kromatografija (4.2) bl-n-pentan (3.4) kif ġej: iksi l-ħajt tal-kamra maġenb li jmiss mad-dahar bil-karta tal-kromatografija (4.3), filwaqt li tiżgura illi t-tarf ta' isfel tal-karta ikun fil-ħawt. Ittrasferixxi 25 ml ta' l-n-pentan (3.4) għal ġol-ħawt ta' wara billi tferragħ dan is-solvent fuq il-wiċċ espost tal-kisja tal-karta tal-kromatografija. Erġa' minnufih qiegħed il-għatu f'postu u ħalli t-tank joqgħod għal 15-il minuta. 5.2.2. Iddeposita 10 μl tas-soluzzjoni kampjun (5.1) u 10 μl tas-soluzzjoni standard ta' l-alkol tal-benżil (3.6) f'punti xierqa fuq il-linja tal-bidu ta' folja kromatografika tas-saff irqiq (3.7). Ħalli sakemm jinxef. 5.2.3. Ippipettja 10 ml ta' etere dietil (3.5) għal ġol-ħawt ta' quddiem tat-tank u minnufih wara qiegħed il-folja (5.2.2) fl-istess ħawt. Erġa' qiegħed il-għatu tat-tank minnufih f'postu u żviluppa l-folja kromatografika fuq distanza ta' 150 mm. Neħħi l-folja mit-tank tal-kromatografija u stenna sakemm tinxef f'temperatura ambjentali. 5.2.4. Osserva l-folja (5.2.3) taħt dawl ultra-violet u mmarka l-pożizzjoni tat-tikek vjola. Isprejja l-folja bl-aġent tal-viżwalizzazzjoni (3.8) u mbagħad saħħan il-folja f'temperatura ta' 120 °C għal madwar 15-il minuta. L-alkol tal-benżil jidher bħala dabra blu skura. 5.2.5. Ikkalkola l-valur tar-Rf miksub mis-soluzzjoni standard ta' l-alkol tal-benżil. Dabra blu skura bl-istess valur tar-Rf miksub mis-soluzzjoni kampjun tindika l-preżenza ta' l-alkol tal-benżil. Il-limitu tal-kxif: 0,1 m μg alkol tal-benżil B. Il-mod kif jiġi stabbilit 1. L-iskop u l-firxa ta' l-applikazzjoni Dan il-metodu jiddeskrivi il-mod kif jiġi stabbilit l-alkol tal-benżil fil-prodotti kosmetiċi. 2. Id-definizzjoni L-ammont ta' l-alkol tal-benżil stabbilit b'dan il-metodu huwa espress bħala perċentwali tal-massa (% m/m). 3. Il-Prinċipju Dan il-kampjun jiġi estratt bil-metanol u l-ammont ta' l-alkol tal-benżil fl-estratt jiġi stabbilit bil-kromatogradija tal-qadi qawwi tax-xogħol likwida (HPLC). 4. Ir-reaġenti Ir-reaġenti kollha għandhom ikunu ta' safa analitika u xierqa għall-HPLC, meta approprjat. 4.1. Il-metanol 4.2.4. Il-4-etossifenol 4.3. L-alkol tal-benżil 4.4. Il-fażi mobbli: metanol (4.1)/ilma (45: 55; v/v) 4.5. Is-soluzzjoni ta' l-alkol tal-benżil tal-ħażna: iżen b'mod preċiż madwar 0,1 g ta' alkol tal-benżil (4.3) fi flixkun tal-laboratorju volumetriku ta' 100-ml. Ikkompleta għall-volum bil-metanol (4.1) u ħallat. 4.6. Is-soluzzjoni interna standard tal-ħażna: iżen b'mod preċiż madwar 0,1 g ta' l-4-etossifenol(4) fi flixkun tal-laboratorju volumetriku ta' 100-ml. Ikkompleta għall-volum bil-metanol (4.1) u ħallat. 4.7. Is-soluzzjon standard: f'serje ta' fliexken tal-laboratorju volumetriċi ta' 25-ml, ittrasferixxi bil-pipetta ammonti tas-soluzzjoni ta' l-alkol tal-benżil tal-ħażna (4.5) u s-soluzzjoni interna standard tal-ħażna (4.6) skond it-tabella ddikjarata hawn taħt. Ikkompleta għall-volum bil-metanol (4.1) u ħallat. Is-soluzzjoni standard | Il-konċentrazzjoni ta' l-alkol tal-benżil | Il-konċentrazzjoni ta' l-4-etossifenol | ml (4.5) miżjuda | μg/ml | ml (4.6) miżjuda | μg/ml | I | 0,5 | 20 | 2,0 | 80 | II | 1,0 | 40 | 2,0 | 80 | III | 2,0 | 80 | 2,0 | 80 | IV | 3,0 | 120 | 2,0 | 80 | V | 5,0 | 200 | 2,0 | 80 | 5. L-apparat 5.1. L-apparat normali tal-laboratorju 5.2. L-apparat tal-kromatografija tal-qadi qawwi tax-xogħol b'istrument tal-kxif ta' wavelengths varjabbli ultra-violet u ċirku ta' l-injezzjoni ta' 10 μl 5.3. Kolonna analitika: kolonna ta' l-azzar stainless 250 mm x 4,6 mm ippakkjata b'5 μm Spherisorb ODS, jew l-ekwivalenti. 5.4. Banju ta' lilma 5.5. Banju ultrasoniku 5.6. Ċentrifugu 5.7. Tubi taċ-ċentrifugazzjoni, li jesgħu15-ml 6. Il-Proċedura 6.1. It-tħejjija tal-kampjun 6.1.1. Iżen b'mod preċiż madwar 0,1 g (m gram) tal-kampjun f'tubu taċ-ċentrifugazzjoni (5.7) u żid 5 ml metanol (4.1.). 6.1.2. Saħħan għal 10 minuti f'banju ta' l-ilma (5.4) miżmum f'temperatura ta' 50 °C, imbagħad it-tubu f'banju ultrasoniku (5.5) sakemm il-kampjun ikun dispers għal kollox. 6.1.3. Kessaħ, imbagħad iċċentrifuga fi 3500 rpm għal ħames minuti. 6.1.4. Ittrasferixxi l-likwidu supernatant għal ġo flixkun tal-laboratorju volumetriku tal-25-ml. 6.1.5. Erġa' agħmel estrazzjoni tal-kampjun b'5 ml oħra tal-metanol (4.1). Għaqqad l-estratti fi flixkun tal-laboratorju volumetriku tal-25-ml. 6.1.6. Ittrasferixxi bil-pipetta 2,0 ml tas-soluzzjoni interna standard tal-ħażna (4.6) għal ġol-flixkun tal-laboratorju volumetriku tal-25-ml. Ikkompleta għall-volum bil-metanol (4.1) u ħallat. Din is-soluzzjoni hija wżata fl-istadju tal-mod kif tiġi stabbilita ta' l-analiżi deskritta f'6.4. 6.2. Il-kromatografija 6.2.1. Ibni l-apparat tal-kromatografija tal-qadi qawwi tax-xogħol likwida (5.2) bil-mod tas-soltu. Aġġusta r-rata taċ-ċirkolazzjoni tal-fażi mobbli (4.4) għal 2,0 ml kull minuta. 6.2.2. Issettja l-wavelength ta' l-istrument tal-kxif UV (5.2) għal 210 nm. 6.3. Il-kalibrazzjoni 6.3.1. Injetta 10 μl ta' kull waħda mis-soluzzjonijiet standard ta' l-alkol tal-benżil (4.7) u kejjel iż-żoni ta' l-alkol tal-benżil u ż-żoni l-iktar għolja ta' l-4-etossifenol 6.3.2. Għal kull waħda mis-soluzzjonijiet standard ta' l-alkol tal-benżil (4.7) ikkalkola l-proporzjon taż-żona l-iktar għolja/iż-żona tal-benżil alkol ma' l-4-etossifenol. Ipplottja l-kurva tal-kalibrazzjoni billi tuża dawn il-proporzjonijiet bħala l-ordinat u l-konċentrazzjonijiet korrispondenti ta' l-alkol tal-benżil f' μg f'kull millilitru bħala l-axxissa. 6.4. Il-mod kif jiġi stabbilit 6.4.1. Injetta 10 μl tas-soluzzjoni kampjun (6.1.6) u kejjel iż-żoni ta' l-alkol tal-benżil u ż-żoni l-iktar għolja ta' l-4-etossifenol Ikkalkola l-proporzjon taż-żona l-iktar għolja/iż-żona ta' l-alkol tal-benżil ma' l-4-etossifenol. Irrepeti dan il-proċess b'iktar alikwoti tal-10 μl tas-soluzzjoni kampjun sakemm jinkisbu riżultati konsistenti. 6.4.2. Mill-kurva tal-kaliobrazzjoni (6.3.2) aqra l-konċentrazzjoni kollha ta' l-alkol tal-benżil li tikkorrispondi mal-propozjon taż-żona l-iktar għolja/żona ta' l-alkol tal-benżil ma' l-4-etossifenol. 7. Il-kalkolu Ikkalkola l-kontenut ta' l-alkol tal-benżil tal-kampjun, bħala perċentwali bil-massa billi tuża l-formola: % ta' benzyl alcohol = c400 × m fejn: m = il-massa fi grammi tal-kampjun meħuda għall-analiżi (6.1.1); u c = il-konċentrazzjoni ta' l-alkol tal-benżil fis-soluzzjoni kampjun (6.1.6), f'mikrogrammi f'kull millilitru, miksub mill-kurva tal-kalibrazzjoni; 8. Ir-rata ta' repetizzjoni [5] Għal kontenut ta' l-alkol tal-benżil ta' 1 % (m/m) id-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ modi paralleli ta' kif jiġu stabbiliti fuq l-istess kampjun ma għandhiex taqbeġ iż-0,10 %. IL-MOD KIF JIĠI IDENTIFIKAT IŻ-ŻIRKONJU U STABBILITI Ż-ŻIRKONJU, L-ALUMINJU U L-KLORIN FIL-PRODOTTI KONTRA L-GĦARAQ LI MHUMIEXAEROSOLS Dan il-metodu jikkonsisti f'ħames stadji: A. L-Identifikazzjoni tż-żirkonju B. Il-mod kif jiġi stabbilit iż-żirkonju Ċ. Il-mod kif jiġi stabbilit l-aluminju D. Il-mod kif jiġi stabbilit il-klorin E. Il-kalokolui tal-proporzjonijiet ta' l-atomi ta' l-aluiminju għall-atomi taż-żirkonju, u ta' l-atromi ta' l-aliuminju flimkien ma' taż-żirkonju għall-atomi talklorin A. L-identifikazzjoni taż-żirkonju 1. L-iskop u l-firxa ta' l-applikazzjoni Il-metodu jiddeskrivi l-identifikazzjoni taż-żirkonju fil- prodotti kosmetiċi mhux aerosols kontra l-għaraq. Ma sar l-ebda tentattiv sabiex jiddeskrivi l-metodi xierqa għall-identifikazzjoni tal-kumpless aluminju żirkonju idrossidu tal-klorur (AlxZr(OH)yClz.nH2O). 2. Il-Prinċipju Iż-żirconju jiġi identifikat bil-kratteristika tal-preċipitat aħmar-vjola protdol bl-aliżarin aħmar S taħt kondizzjonijiet aċidużi qawwija. 3. Ir-reaġenti Ir-reaġenti kollha jridu jkunu ta' safa analitika. 3.1. L-aċidu idrokloriku, ikkonċentrat (d20 = 1,18 g/ml) 3.2. L-Aliżarin aħmar S (CI. 58005) is-soluzzjoni: 2 % (m/v) is-sulfonat ilmi tas-sodju aliżarin. 4. L-apparat 4.1. L-apparat normali tal-laboratorju 5. Il-Proċedura 5.1. Ma' madwar 1 g tal-kampjun ġot-tubu tat-test żid 2 ml ilma. Agħlaq bit-tapp u ħawwad. 5.2. Żid tliet taqtiriet tas-soluzzjoni ta' l-aliżarin aħmar S (3.2) segwit b'2 ml ta' l-idrokloriku kkonċentrat (3.1). Agħlaq bit-tapp u ħawwad. 5.3. Ħalli joqgħod għal madwar żewġ minuti. 5.4. Is-soluzzjoni u l-preċipitat ikkuluriti aħmar-vjola u supernatanti jindikaw il-preżenza taż-żirkonju. B. Il-mod kif jiġi stabbilit iż-żirkonju 1. L-iskop u l-firxa ta' l-applikazzjoni Dan il-metodu huwa xieraq sabiex jiġi stabbilit iż-żirkonju fil-kumplessi aluminju żirkonju idrossidu tal-klorur sa konċentrazzjoni massima ta' 7,5 % (m/m) żirkonju dil-prodotti mhux aerosols kontra l-għaraq. 2. Il-Prinċipju Iż-żirkonju jiġi estratt mill-prodott taħtkondizzjonijiet aċidużi u stabbilit bl-ispettrometrija bil-fjamma għall-assorbiment atomiku. 3. Ir-reaġenti Ir-reaġenti kollha jridu jkunu ta' safa analitika. 3.1. L-aċidu idrokloriku, ikkonċentrat (d20 = 1,18 g/ml) 3.2. Is-soluzzjoni ta' l-aċidu idrokloriku, 10 % (v/v): żid 100 ml aċidu idrokoriku kkonċentrat (3.1) ma' 500 ml ilma f'tazza tal-laboratorju biż-żennuna, filwaqt li tħawwad kontinwament. Ittrasferixxi din is-soluzzjoni għal ġo flixkun tal-laboratorju volumetriku ta' litru u ikkompleta għall-volum bl-ilma. 3.3. Aħżen is-soluzzjoni standard taż-żirkonju, 1000 mg/ml f' 0,5 M tas-soluzzjoni ta' l-aċidu idrokloriku (‘SpectrosoL' jew l-ekwivalenti) 3.4. Il-klorur ta' l-aluminju (idrat) (AlCl3.6H2O): ir-reaġent: dewweb 22,6 g ta' l-eksadrat tal-klorur ta' l-aluiminju f'250 ml ta' 10 % (v/v) tas-soluzzjoni ta' l-aċida idrokloriku (3.2). 3.5. Ir-reaġent tal-klorur ta' l-ammonju reagent: dewweb 5,0 g klorur ta' l-ammonju f'250 ml ta' 10 % (v/v) tas-soluzzjoni ta' l-aċidu idrokloriku (3.2). 4. L-Apparat 4.1. L-apparat normali tal-laboratorju 4.2. Heater b'għodda tat-taħwid manjetika 4.3. Karta tal-filtru (Whatman Nru 41 jew l-ekwivalenti) 4.4. Spettrometru ta' l-ssorbiment atomiku mgħammar b'bozza taż-żirkonju bil-katodu moħfi 5. Il-Proċedura 5.1. It-tħejjija tal-kampjun 5.1.1. Iżen b'mod preċiż madwar 1,0 g (m gram) ta' kampjun omoġenju tal-prodott ġewwa tazza tal-laboratorju biż-żennuna li tesa' 150-ml. Żid 40 ml ilma u 10 ml ta' l-ċidu idrokloriku kkonċentra (3.1). 5.1.2. It-tazza tal-laboratorju biż-żennuna fuq heater li jkollu għodda tat-taħwid manjetika (4.2). Ibda ħawwad u saħħan sakemm jgħali. Għalbiex tipprevjient l-inxif bil-ħeffa ħġieġa-arloġġ fuq it-tazza tal-laboratorju biż-żennuna. Għalli għal ħames minuti, neħħi t-tazza tal-laboratorju biż-żennuna mis-sħana u kessaħ f'temperatura ambjentali. 5.1.3. Bl-użu tal-karta tal-filtru (4.3), iffiltra l-kontenut tat-tazza tal-laboratorju biż-żennuna għal ġewwa flixkun tal-laboratorju volumetriku ta' 100-ml. Laħlaħ it-tazza tal-laboratorju biż-żennuna b'żewġ porzjonijiet ta' 10 ml ilma u żid il-ħasliet wara li jiġu ffiltrati għal ġol-flixkun tal-laboratorju. Żid l-ilma mal-volum u ħallat. Din is-soluzzjoni hija wżata wkoll sabiex jiġi stabbilit l-aluminju (il-Parti Ċ). 5.1.4. Ittrasferixxi bil-pipetta għal ġol flixkun tal-laboratorju volumetriku tal- 50-ml 20,00 ml tas-soluzzjoni kampjun (5.1.3), 5,00 tar-reaġent tal-klorur ta' l-aluminju (3.4), u 5,00 ml tar-reaġent tal-klorur ta' l-ammonju (3.5). Żid mal-volum 10 % (v/v) tas-soluzzjoni ta' l-aċidu idrokloriku (3.2) u ħallat. 5.2. Il-kondizzjonijiet għall-ispettromtrija ta' l-assorbiment atomiku Il-fjamma: l-ossiku nitrju/l-aċitikena | Il-wavelength: 360,1 nm | Il-korrezzjoni ta' l-isfond: le | | Il-kondizzjoni tal-karburant: | sinjura; għal assobanza massima, trid tinħtieġ l-otimizzazzjoni tal għoli ta' l-ispiritiera. | 5.3. Il-Kalibrazzjoni 5.3.1. Ittrasferixxi bil-pipetta għal serje ta' fliexken tal-laboratorju volumtriċi ta' 50-ml 5,00, 10,00, 15,00, 20,00 u 25,00 ml tas-soluzzjoni standard taż-żirkonjui (3.3).Ittrasferixxi bil-pipetta fħal ġo kull wieħed mill-fliexken tal-laboratorju volumetriċi 5,00 ml tar-reaġent tal-klorur ta' l-aluminju (3,4) u 5,00 ml tar-reaġent tal-klorur ta' l-ammonju (3.5) Żid mal-volum 10 % (v/v) tas-soluzzjoni ta' l-aċidu idrokloriku (3.2) u ħallat. Dawn is-soluzzjonijiet ikun fihom 100, 200, 300, 400 u 500 mg taż-żirconju f'kull millilitru, rispettivament. Bl-istess mod, ħejji soluzzjoni in bjank billi tħalli barra s-soluzzjoni standard taż-żirkonju. 5.3.2. Kejjel issoluzzjoni in bjank ta' l-assorbazal (5.3.1) u uża l-valur miksub bħala l-konċentrazzjoni żero taż-żirkonju għall-kurva tal-kalibrazzjoni. Kejjel l-assorbanza ta' kull standard taż-żirkonju tal-kalibrazzjoni(5.3.1). Ipplottja kura tal-kalibrazzjoni li tirreleata l-valuri ta' l-assorbanza mal-valuri tal-konċentrazzjoni taż-żirkonju. 5.4. Il-mod kif jiġi stabbilit Kejjel l-assorbanza tas-soluzzjoni kampjun (5.1.4). Mill-kureva tal-kalibrazzjoni aqra l-konċentrazzjoni kollha taż-żirkonju li tikkorrispondi mal-valur ta' l-assorbanza miksub għassluzzjoni kampjun.: 6. Il-Kalkolu Ikkalkola l-kontenut taż-żirkonju tal-kampjun, fil-perċentwal fil-massa, billi tuża l-formola: % ta' zirconium = c40 × m fejn: m = il-massa fi grammi tal-kampjun meħud għall-analiżi (5.1.1); u c = il-konċentrazzjoni taż-żirkonju fis-soluzzjoni kampjun (5.1.4), f'mikrogrammi f'kull millilitru, miksuba mill-kurva tal-kalibrazzjoni. 7. Ir-rata ta' repetizzjoni [6] Għal kontenut taż-żirkonju ta' 3,00 % (m/m) id-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ modi paralleli ta' kif jiġi stabbiliti fuq l-istess kampjun ma għandhiex taqbeż iż-0,10 % (m/m). 8. Kumment L-użu ta' l-ispettrometrija ta' l-emisjoni indotta bl-akkoppjar plażma ottika huwa permess bħala alternattiva għal l-ispettrometrija tal-fjamma għall-assorbiment atomiku. Ċ. Il-mod kif jiġi stabbilit l-aluminju 1. L-iskop u l-firxa ta' l-applikazzjoni Dan il-metodu huwa xieraq sabiex jiġi stabbilit l-aluminju preżenti fil-kumplessi aluminju żirkonju idrossidu tal-klorur sa konċentrazzjoni massima ta' 12 % (m/m) ta' l-aluminju fil-prodotti kontra l-għaraq li mhumiex aerosols. 2. Il-Prinċipju L-aluminju jiġi estratt mill-prodott taħt kondizzjonijiet aċidużi u stabbilit bl-ispettrometrija bil-fjamma ta' l-assorbiment atomiku. 3. Ir-reaġenti Ir-reaġenti kollha jridu jkunu ta' safa analitika. 3.1. L-aċidu idrokloriku, ikkonċentrat (d20 = 1,18 g/ml) 3.2. Is-soluzzjoni ta' l-aċidu idrokloriku, 1 % (v/v): żid 10 ml aċidu idrokloriku kkonċentrat (3.1) ma' 500 ml ta' ilma f'tazza tal-laboratorju biż-żennuna, filwaqt li tħawwad kontinwament. Ittrasferixxi din is-soluzzjoni għal ġo flixkun tal-laboratorju volumetriku ta' litru u ikkompleta għall-volum bl-ilma. 3.3. Aħżen is-soluzzjoni standard ta' l-aluminju, 1000 μg/ml f' 0,5 M tas-soluzzjoni ta' l-aċidu nitriku (‘SpectrosoL' jew l-ekwivalenti) 3.4. Ir-reaġent tal-klorur tal-potassju: dewweb 10,0 g tal-klorur tal-potassju f'250 ml ta' 1 % (v/v) tas-soluzzjoni ta' l-aċidu idrokloriku (3.2). 4. L-Apparat 4.1. L-apparat normali tal-laboratorju 4.2. Spettrofotometru ta' l-assorbiment atomiku mgħammar b'bozza ta' l-aluminji bil-katodu moħfi 5. Il-Proċedura 5.1. It-tħejjija tal-kampjun Is-soluzzjoni mħejjija fil-B.5.1.4 hija wżata sabiex tistabbilixxi l-kontenut ta' l-aluminju. 5.1.1. Ittrasferixxi bil-pipetta għal ġo flixkun tal-laboratorju volumetriku ta' 100-ml 5,00 ml tas-soluzzjoni kampjun (B.5.1.3) u 10,00 ml tar-reaġent tal-klorur tal-potassju (3.5). Ikkompleta għall-volum b'1 % (v/v) tas-soluzzjoni ta' l-aċidu idrokloriku (3.2) u ħallat. 5.2. Il-kondizzjonijiet għall-ispettrometrija ta' l-assorbiment atomiku Il-fjamma: l-ossidu nitrju/l-aċitilena | Il-wavelength: 309,3 nm | Il-korrezzjoni ta' l-isfond: le | | Il-kondizzjoni tal-karburant sinjur; | għal assorbanza massima, iridu jinħtieġu l-ottimizzazzjoni tal-għoli ta' l-ispiritiera u l-kondizzjonijiet tal-karburant. | 5.3. Il-Kalibrazzjoni 5.3.1. Ittrasferixxi bil-pipetta għal ġo serje ta' fliexken tal-laboratorju volumetriċi ta' 100-ml 1,00, 2,00, 3,00, 4,00 u 5,00 ml tas-soluzzjoni standard ta' l-aluminju (3.3). Ittrasferixxi bil-pipetta għal ġo kull wieħed mill-fliexken tal-laboratorju volumetriċi 10,0 ml tas-soluzzjoni tal-klorur tal-potassju (3.4); ikkompleta għall-volum b'1 % (v/v) tas-soluzzjoni ta' l-aċidu idrokloriku (3.2) u ħallat. Dawn is-soluzzjonijiet ikun fihom 10, 20, 30, 40 u 50 μg ta' aluminju f'kull millilitru, rispettivament. B'mod simili, ħejji soluzzjoni in bjank filwaqt li tħalli barra s-soluzzjoni standard ta' l-aluminu. 5.3.2. Kejjel l-assorbanza tas-soluzzjoni in bjank (5.3.1) u uża l-valur miksub bħala l-konċentrazzjoni żero ta' l-aluminju għall-kurva tal-kalibrazzjoni. Kejjel l-assorbanza ta' kull wieħed mill-istandards tal-kalibrazzjoni ta' l-aluminju. Ipplottja l-kurva tal-kalibrazzjoni li tirrelata l-valuri ta' l-assorbanza mal-konċentrazzjoni ta' l-aluminju. 5.4. Il-mod kif jiġi stabbilit Kejjel l-assorbanza tas-soluzzjoni kampjun (5.1.1). Mill-kurva tal-kalibrazzjoni aqra l-konċentrazzjoni ta' l-aluminju li tikkorrispondi mal-valur ta' l-assorbanza miksub għas-soluzzjoni kampjun. 6. Il-kalkolu Ikkalkula l-kontenut ta' l-aluminju tal-kampjun, f'perċentwal bil-massa, billi tuża l-formola: % ta' l-aluminju = c5 × m fejn: m = il-massa fi grammi tal-kampjun meħud għall-analiżi (B.5.1.1); u c = il-konċentrazzjoni ta' l-aluminju fis-soluzzjoni kampjun (5.1.1), f'mikrogrammi f'kull millilitru, miksuba mill-kurva tal-kalibrazzjoni. 7. Ir-rata ta' repetizzjoni [7] Għal kontenut ta' aluminju ta' 3,5 % (m/m) id-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ modi paralleli ta' kif jiġu stabbiliti fuq l-istess kampjun ma għandhiex taqbeż iż-0,10 % (m/m). 8. Kumment L-użu ta' l-ispettrometrija ta' l-emissjoni indotta bl-akkoppjar plażma - ottika huwa permess bħala alternattiva għall-ispettrometrija tal-fjamma ta' l-assorbiment atomiku. D. Il-mod kif jiġi stabbilit il-klorin 1. L-iskop u l-firxa ta' kif jiġi stabbilit Dan il-metodu huwa xieraq għall-mod kif jiġi stabbilit il-klorin preżenti bħala jonu tal-klorur fil-kumplesi aluminju żirkonkju idrossid tal-klorur fil-prodotti kontra l-għaraq mhumiex aerosols. 2. Il-Prinċipju Jonu tal-klorur fil-prodott jiġi stabbilit bit-titrazzjoni potenzjometrika kontra s-soluzzjoni standard tan-nitrat tal-fidda. 3. Ir-reaġenti Ir-reaġenti kollha jridu jkunu ta' safa analitika. 3.1. L-aċidu nitriku, ikkonċentrat (d20 = 1,42 g/ml) 3.2. Is-soluzzjoni ta' l-aċidu nitriku, 5 % (v/v): żid 25 ml ta' l-aċidu nitriku kkonċentrat (3.1) ma' 250 ml ilma f'tazza tal-laboratorju biż-żennuna, filwaqt li tħawwad kontinwament. Ittrasferixxi din is-soluzzjoni għal ġo flixkun tal-laboratorju volumetriku ta' 500-ml u ikkompleta għall-volum bl-ilma. 3.3. L-Aċetone 3.4. In-nitrat tal-fidda, soluzzjoni volumterika ta' 0,1 M (‘AnalaR' jew l-ekwivalenti). 4. L-Apparat 4.1. L-apparat normali tal-laboratorju 4.2. Ħeater b'għodda tat-taħwid manjetika 4.3. Elettrodu tal-fidda 4.4. Elettrodu tal-kalomel tar-referenza 4.5. Arloġġ pH/milli-volt xieraq għat-titrazzjoni potenzjonetrika 5. Il-Proċedura 5.1. It-tħejjija tal-kampjun 5.1.1. Iżen b'mod preċiż f'tazza tal-laboratorju biż-żennuna ta' 250 ml madwar 1,0 g (m gram) ta' kampjun omoġenju tal-prodott. Żid 80 ml ilma u 20 ml ta' 5 % (v/v) tas-soluzzjoni ta' l-aċidu nitriku (3.2). 5.1.2. Qiegħed it-tazza biż-żennuna fuq heater li jkollu għodda li tħawwad manjetika (4.2). Ibda ħawwad u saħħan sakemm jagħli. Sabiex tipprevjieni l-inxif bil-ħeffa qiegħed ħġiega-arloġġ fuq it-tazza tal-laboratorju biż-żennuna. Għalli għal ħames minuti, neħħi t-tazza tal-laboratorju biż-żennuna mis-sħana u kessaħ għal temperatura ambjentali. 5.1.3. Żid 10 ml ta' l-aċetone (3.3), għaddas l-elettrodi (4.3 and 4.4) taħt il-wiċċ tas-soluzzjoni u ibda ħawwad. Ittitra potenzjometrikament kontra 0,1 M tas-soluzzjoni tan-nitrat tal-fidda (3.4) u ipplottja l-kurva differenzjali sabiex tistabilixxi l-punt tat-tmiem (il-V ml). 6. Il-kalkolu Ikkalkola l-kontenut tal-klorin fil-kampjun, f''perċentwal bil-massa, billi tuża l-formula: % ta' chlorine = 0,3545 × Vm fejn: m = il-massa fi grammi tal-kampjun meħud għall-analiżi (5.1.1); u V = il-volum ta' 0,1 M nitrat tal-fidda, f' millilitri, ittitrat fil-punt tat-tmiem (5.1.3). 7. Ir-rata ta' repetizzjoni [8] Għal kontenut ta' klorin ta' 4 % (m/m) id-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ modi paralleli ta' kif jiġu stabbiliti mwettqa fuq l-istess kampjun ma għandhomx jaqbżu iż-0,10 % (m/m). E. Il-kalkolu tal-proporzjonijiet ta' l-atomi ta' l-aluninju għall-atomi taż-żirkonju, u ta' l-atomi ta' l-aluminju flimkien ma' l-atomi taż-żirkonju għall-atomi tal-klorin 1. Il-kalkolu tal-proporzjon ta' l-atomi ta' l-aluminju għall-atomi taż-żirkonju Ikkalkola l-A1: il-proporzjon taż-Zr billi tuża l-formola: Al: il-proporzjon taż-ZR = Al % × 91,22 Zr % × 26,98 2. Il-kalkolu tal-proporzjon ta' l-atomi ta' l-aluminju flimkien ma' l-atomi taż-żirkonju għall-atomi tal-klorin Ikkalkola l-(Al + Zr): il-proporzjon tal-Cl billi tuża l-formola: (Al + Zr): Cl ratio = Al % + Zr % 35,45 IL-MOD KIF JIĠU IDENTIFIKATI U STABBILITI L-EKSAMIDIN, ID-DIBROMOEKSAMIDIN, IS-DIBROMOPROPAMIDIN U L-KLOREKSIDIN 1. L-iskop u firxa ta' l-applikazzjoni Dan il-metodu jiddeskrivi il-mod kif jiġu identifikati u stabbiliti kwalitattivament u kwantitattivament: - l-eksamidin u l-imluħ tiegħu, inklużi l-isetjonat u l-4-idrossibenżoat - id-dibromoeksamidin u l-imluħ tiegħu, inkluż l-isetjonat, - id-dibromopropamidin u l-imluħ tiegħu, inkluż l-isetjonat, - id-diaċetat, id-diglukonat u d-diidroklorur tal-kloreksidin fil- prodotti kosmetiċi. 2. Id-Definizzjoni Il-konċentrazzjonijiet ta' l-eksamidin, id-dibromoeksamidin, id-dibromopropamidin u l-kloreksidin stabbiliti b'dan il-metodu huma espressi bħala perċentwali bil-massa (% m/m). 3. Il-Prinċipju Il-mod kif jiġu identifikati u stabbiliti jiġi mwettaq bil-kromatografija likwida ta' par joni, fażi maqluba tal-qadi qawwi tax-xogħol (HPLC) segwita bil-kixfa bl-ispettrofotometru ultra-violet. L-eksamidin, id-dibromoeksamidin, id-dibromopropramidin u l-kloreksidin jiġu identifikati permezz tal-ħinijiet tagħhom tar-retenzjoni fuq il-kolonna kromatografika. 4. Ir-Reaġenti Ir-reaġenti kollha jridu jkunu ta' safa analitika u xierqa għal HPLC, fejn ikun xieraq. 4.1. Il-Metanol 4.2. L-aċidu 1 -Eptansulfoniku, il-melħ tas-sodju, monoidrat 4.3. L-aċidu aċetiku, glaċjali (d20 = 1,05 g/ml) 4.4. Il-klorur tas-sodju 4.5. Il-fażijiet mobbli 4.5.1. Is-Solvent I: 0,005 M tas-soluzzjoni ta' 1-aċidu 1 -Eptansulfoniku, il-melħ tas-sodju, monoidrat (4.2) fil-metanol (4.1), aġġustat għal pH apparenti ta' 3,5 bl-aċidu aċetiku glaċjali (4.3). 4.5.2. Is-Solvent II: 0,005 M tas-soluzzjoni ta' 1-aċidu 1-Eptansulfoniku, il-melħ tas-sodju, monoidrat (4.2) fl-ilma, aġġustat għal pH apparenti ta' 3,5 bl-aċidu aċetiku glaċjali (4.3). Nota: Jekk ikun meħtieġ li tiġi mtejba l-għamla taż-żoni k-iktar għolja, il-fażijiet mobbli jistgħu jiġu mmodifikati u mħejjija kif ġej: - Is-Solvent I: dewweb 5,84 g tal-klorur tas-sodju (4.4) u 1,1013 g ta' 1-aċidu 1-eptansulfoniku, il-melħ tas-sodju, monoidrat (4.2) f'100 ml ilma. Żid 900 ml metanol (4.1) u aġġusta għal pH apparenti ta' 3,5 bl-aċidu aċetiku glaċjali (4.3), - Is-Solvent II: dewweb 5,84 g klorur tas-sodju (4.4) u 1,1013 g ta' 1-aċidu 1-eptansulfoniku, il-melħ tas-sodju, monoidrat (4.2) f'litru ilma u aġġusta għal pH ta' 3,5 bl-aċidu aċetiku glaċjali (4.3). 4.6. L-eksamidin diisetjonat (C20H26N4O2.2C2H6O4S) 4.7. Id-dibromoeksamidin diisetjonat (C20H24Br2N4O2.2C2H6O4S) 4.8. Id-dibromopropamidin diisetjonat (C17H18Br2N4O2.2C2H6O4S) 4.9. Il-kloreksidin diaċetat (C22H30Cl2N10.2C2H4O2) 4.10. Is-soluzzjonijiet tar-referenza: ħejji 0,05 % (m/v) tas-soluzzjonijiet ta' wieħed mill-erba' priservattivi (4.6 to 4.9) fis-Solvent I (4.5.1). 4.11. It-3,4,4';-Triklorokarbanilid (triklokarban) 4.12. L-4,4';-Dikloro-3-(trifluorometil)karbanilid (alokarban) 5. L-Apparat 5.1. L-apparat normali tal-laboratorju 5.2. Kromatografu likwidu tal-qadi qawwi tax-xogħol b'istrument tal-kxif ta' l-UV ta' wavelength varjabbli 5.3. Kolonna analitika: azzar stainless, tul 30 ċm, dijametru intern 4 mm, ippakkjat b'μ-Bondapack C18, 10 mm, jew l-ekwivalenti 5.4. Banju ultrasoniku 6. L-identifikazzjoni 6.1. It-tħejjija tal-kampjun Iżen madwar 0,5 g tal-kampjun għal ġo flixkun tal-laboratorju volumetriku ta' 10 ml u ikkompleta għall-volum bis-Solvent I (4.5.1). Qiegħed il-flixkun tal-laboratorju volumetriku fil-banju ultrasoniku (5.4) għal 10 minuti. Iffiltra jew iċċentrifuga s-soluzzjoni. Iġbor il-filtrat jew is-supernatant għall-kromatografija. 6.2. Il-Kromatografija 6.2.1. Il-pendil tal-fażi mobbli I-Ħin (min) | Is-Solvent 1 (% v/v) (4.5.1) | Is-Solvent 1 (% v/v) (4.5.2) | 0 | 50 | 50 | 15 | 65 | 35 | 30 | 65 | 35 | 45 | 50 | 50 | 6.2.2 Aġġusta r-rata taċ-ċirkolazzjoni tal-fażi mobbli (6.2.1) għal 1,5ml/min u t-temperatura tal-kolonna għal 35 °C. 6.2.3. Issettja l-wavelength ta' l-istrument tal-kxif għal 264 nm. 6.2.4. Injetta 10 μl ta' kull waħda mis-soluzzjonis tar-referenza (4.10) u rreġistra l-kromatogrammi tagħhom. 6.2.5. Injetta 10 μl tas-soluzzjoni kampjun (6.1) u rreġistra l-kromatogramma tagħha. 6.3. Identifika jekk ikunux preżenti l-eksamidin, id-dibromoeksamidin, id-dibromopropamidin jew il-klorheksidin billi tipparaguna l-ħin/ijiet tar-retenzjoni taż-żona/i l-iktar għolja rreġistrati fis-6.2.5 ma' dawk miksuba mis-soluzzjonijiet tar-referenza fis-6.2.4 7. Il-mod kif jiġu stabbiliti 7.1. Il-mod kif tiġi stabbilita It-tħejjija tas-soluzzjonijiet standard. Uża wieħed mill-priservattivi (4.6 to 4.9) li jkun nieqes mill-kampjun bħala standard intern. Jekk dan ma jkunx possibbli, jista' jintuża t-triklokarban (4.11), jew l-alokarban (4.12). 7.1.1. 0,05 % (m/v) tas-soluzzjoni tal-ħażna fis-Solvent I (4.5.1) tal-priservattiv identifikat fis-6.3. 7.1.2. 0,05 % (m/v) tas-soluzzjoni tal-ħażna fis-Solvent I (4.5.1) tal-priservattiv magħżul bħala standard intern. 7.1.3. Għal kull priservattiv identifikat, ħejji erba' soluzzjonijiet standard billi tittrasferixxi għal ġo serje ta' fliexken tal-laboratorju volumetriċi ta' 10 ml ammonti mis-soluzzjoni tal-ħażna tal-priservattiv identifikat (7.1.1) u ammonti xierqa tas-soluzzjoni tal-ħażna ta' l-istandard intern (7.1.2) skond it-tabella ddikjarata hawn taħt. Ikkompleta għall-volum ta' kull flixkun tal-laboratorju bis-Solvent I (45.1) u ħallat. Is-Soluzzjoni Standardi | Is-Soluzzjoni tal-ħażna interna | Is-Soluzzjoni tal-ħażna tal-preiservattiv identifikat | miħjuda ml (7.1.2) | miżjuda (7.1.1) | μg/ml | I | 1,0 | 0,5 | 25 | II | 1,0 | 1,0 | 50 | III | 1,0 | 1,5 | 75 | IV | 1,0 | 2,0 | 100 | 7.2. Preparazzjoni tal-kampjun 7.2.1. Iżen b'mod preċiż madwar 0,5 g (p gram) tal-kampjun għal ġo flixkun tal-laboratorju volumetriku ta' 10 ml, żid 1,0 ml tas-soluzzjoni interna standard (7.1.2) u 6 ml tas-Solvent I (4.5.1) u ħallat. 7.2.2. Qiegħed il -lixkun tal-laboratorju f'banju ultrasoniku (5.4) għal 10 minuti. Kessaħ. Ikkompleta għall-volum bis-Solvent I u ħallat. Iċċentrifuga jew iffiltra minn ġo karta tal-filtru mitwija. Iġbor is-supernatant jew il-filtrat, kif ikun il-każ, għall-kromatografija. 7.3. Il-Kromatografija 7.3.1. Aġġusta l-pendil tal-fażi mobbli, ir-rata taċ-ċirkolazzjoni, it-temperatura tal-kolonna u l-wavelength ta' l-istrument tal-kxif tat-tagħmir tal-HPLC (5.2) għall-kondizzjonijiet kif meħtieġa fl-istadju ta' l-identifikazzjoni (6.2.1 sa 6.2.3). 7.3.2. Injetta 10 μl tas-soluzzjoni kampjun (7.2.2) u rreġistra ż-żoni l-iktar għolja. Tenni dan il-proċess b'iktar alikwoti ta' 10 μl tas-soluzzjoni kampjun sakemm jinkisbu riżultati konsistenti. Ikkalkola l-proporzjoni taż-żona l-iktar għolja podott mill-kompost li jrid jiġi analizzat maż-żona l-iktar għolja prodotta bl-istandard intern. 7.4. Il-Kalibrazzjoni 7.4.1. Injetta 10 μl ta' kull waħda mis-soluzzjoniet standard (7.1.3) u rreġistra ż-żona l-iktar għolja. 7.4.2. Għal kull soluzzjoni standard (7.1.3), ikkalkola l-proporzjon taż-żona l-iktar għolja ta' l-eksamidin, id-dibromoeksamidin, is-dibromopropamidin jew il-klorheksidin maż-żona l-iktar għolja interna standard. Ipplottja l-kurva tal-kalibrazzjoni billi tuża dawn il-proprozjonijiet bħala l-ordinat u l-konċentrazzjonijiet korrispondenti ta' priservattivi identifikati fis-soluzzjonijiet standard, f'mikrogrammi f'kull millilitru bħala l-axxissa. 7.4.3. Mill-kurva tal-kalibrazzjoni (7.4.2) aqra l-konċentrazzjonijiet kollha tal-priservattiv identifikat li jikkorispondi mal-proporzjon taż-żona l-iktar għolja kkalkolat fis-7.3.2. 8. Il-Kalkolu 8.1. Ikkalkola l-kontenut ta' l-eksamidin, id-dibromoeksamidin, id-dibromopropamidin jew il-kloreksidin tal-kampjun, bħala perċentwali bil-massa, billi tuża l-formula: % = × MW MW 2 fejn: p = il-massa fi grammi tal-kampjun meħud għall-analiżi (7.2.1); c = il-konċentrazzjoni tal-priservattiv fis-soluzzjoni kampjun (5.1.5), f'mikrogrammi f'kull millilitru, miksuba mill-kurva tal-kalibrazzjoni; MW1 = il-piż molekulari tal-għamla bażika tal-priservattiv preżenti; u MW2 = il-piż molekulari tal-melħ korrispondenti (ara l-punt 10). 9. Ir-rata ta' repetizzjoni [10] Għal konċentrazzjoni ta' l-eksamidin, id-dibromoeksamidin, id-dibromopropamidin jew il-kloreksidin ta' 0,1 % (m/m) id-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ modi paralleli ta' kif jiġu stbbiliti mwettqa fuq l-istess kampjun ma għandhiex taqbeż iż-0,005 %. 10. Tabella tal-piżijiet fil-formoli Eksamidin | C20H26N4O2 | 354,45 | Eksamidin diisetjonat | C20H26N4O2. 2C2H6O4S | 606,72 | Eksamidine di-p-idrossibenżoat | C20H26N4O2. 2C7H6O3 | 630,71 | Dibromoeksamidin | C20H24Br2N4O2 | 512,24 | Dibromoeksamidin diisetjonat | C20H24Br2N4O2. 2C2H6O4S | 764,51 | Dibromopropamidin | C17H18Br2N4O2 | 470,18 | Dibromopropamidin diisetjonate | C17H18Br2N4O2. 2C2H6O4S | 722,43 | Kloreksidin | C22H30Cl2N10 | 505,45 | Kloreksidin diaċetat | C22H30Cl2N10. 2C2H4O2 | 625,56 | Kloreksidin diglukonat | C22H30Cl2N10. 2C6H12O7 | 897,76 | Kloreksidin diidroklorur | C22H30Cl2N10. 2HCl | 578,37 | [1] ISO 5725 [2] ISO 5725 [3] manjeżju bħala modifikatur biex jiġi stabbilit il-barju bl-ispettrometrija mill-emissjoni ta' fjamma atomika. [5] ISO 5725 [6] ISO 5725 [7] ISO 5725 [8] ISO 5725 [10] ISO 5725 --------------------------------------------------