EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993L0061

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/61/KEE tat-2 ta’ Lulju 1993 li tistabilixxi l-pjani li jindikaw il-kondizzjonijiet li jridu jiġu mħarsa mill-materjal propagattiv ta’ ħaxix u pjanti, barra miż-żerriegħa skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE

ĠU L 250, 7.10.1993, p. 19–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 16/02/2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1993/61/oj

31993L0061



Official Journal L 250 , 07/10/1993 P. 0019 - 0028
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 52 P. 0248
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 52 P. 0248


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/61/KEE

tat-2 ta’ Lulju 1993

li tistabilixxi l-pjani li jindikaw il-kondizzjonijiet li jridu jiġu mħarsa mill-materjal propagattiv ta’ ħaxix u pjanti, barra miż-żerriegħa skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE tat-28 ta’ April 1992 fuq is-suq ta’ materjal propagattiv ta’ ħxejjex u pjanti barra miż-żerriegħa [1],u partikolarment l-Artikolu 4,

Billi, fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, hu xieraq li wieħed jikkonsidra iċ-ċikli ta’ produzzjoni ta’ l-oġġetti differenti;

Billi, l-kondizzjonijiet stabiliti minn din id-Direttiva jistgħu jiġu meqjusa bħala standard minimu aċċettabbli bħalissa meta tqis il-kondizzjonijiet kurrenti ta’ produzzjoni fil-Komunità; billi huma ser ikunu progressivament żviluppati u raffinati sabiex fl-aħħar jilħqu standard għoli ta’ kwalità aħjar;

Billi l-miżuri li hemm provdut għalihom f’din id-Direttiva jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għal Żrieragħ u Materjal Propagattiv fl-Agrikoltura, Ortikoltura u Foresti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L- Artikolu 1

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi l-pjani imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/33/KEE u tistabbilixxi r-rikjesti rigward tikkettjar msemmija fl-Artikolu 11 ta’ dik id-Direttiva.

2. Il-pjani japplikaw għal uċuh li jikbru u materjal propagattiv ta’ ħaxix (inklużi zkuk bl-għeruq), u pjanti derivati minnhom, tal-ġeneri u speċi kollha msemmija fl-Anness II għad-Direttiva 92/33/KEE, u għal għeruq ta’ ġeneri u speċi oħra msemmija fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva, irrispettivament mis-sistema ta’ propagazzjoni applikata, dawn l-oġġetti hawn isfel msemmija bħala "il-materjal".

3. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom igħoddu progressivament, wara li jitqiesu ċ-ċikli ta’ produzzjoni tal-materjal msemmi fil-paragrafu 2.

L- Artikolu 2

Il-materjal, fejn applikabbli, għandu jħares il-kondizzjonijiet li jgħoddu għas-saħħa tal-pjanti kif imniżżla fid-Direttiva tal-Kunsill 77/93/KEE [2].

L- Artikolu 3

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2, il-materjal, almenu għal spezzjoni visiva, irid jidher sostanzjalment ħieles minn kull organiżmu jew marda li ttellef il-kwalità tajba, jew minn sinjali jew sintomi tagħhom, li jnaqqsu s-siwi tal-materjal propagattiv ta’ ħaxix u pjanti u partikolarment minn organiżmi jew mard li jidhru fl-Anness rigward il-ġeneri jew speċi koncernati.

2. Kull materjal li juri sinjali jew sintomi viżibbli tal-organiżmi dannużi jew mard msemmija fil-paragrafu 1 waqt it-tkabbir ta’ uċuh ikun trattat kif suppost immedjatament malli jidhru jew, fejn xieraq, ikun imwarrab.

3. Fil-każ ta’ basal u tewm dawn ir-rikjesti għandhom jiġu mħarsa: il-materjal propagattiv ikun derivat direttament minn materjal li jkun ġie kontrollat u nstab sostanzjalment ħieles minn organizmi dannużi u mard jew sinjali u sintomi tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 u partikolarment minn dawk imniżżla fl-Anness.

L- Artikolu 4

1. Il-materjal ikollu identità u purità rigward ġeneri jew speċi u jkollu wkoll identità u purità tal-varjetà.

L- Artikolu 5

1. Il-materjal ikun sostanzjalment ħieles minn kull difett li jista’ jnaqqas il-kwalità tiegħu bħala materjal propagattiv jew pjanti.

2. Il-qawwa jew qisien tal-materjal ikunu sodisfaċenti rigward it-tjubija tiegħu bħala materjal propagattiv jew pjanti ornamentali. Barra minn hekk, ikun assigurat bilanċ tajjeb bejn għeruq, zkuk u weraq.

L- Artikolu 6

1. Id-dokument ta’ min jipprovdi l-materjal msemmi fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/33/KEE irid ikun ta’ materjal adattat li ma jkunx intuża qabel u jkun stampat f’almenu waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Ikollu fih dawn it-titli informattivi:

(i) l-indikazzjoni "kwalità KEE";

(ii) l-indikazzjoni tal-kodiċi tal-iStati Membri tal-KEE;

(iii) l-indikazzjoni tal-korp uffiċjali responsabbli jew il-kodiċi distintiv tiegħu;

(iv) numru ta’ reġistrazzjoni jew akkreditament;

(v) isem ta’ min qed jipprovdi l-materjal;

(vi) numru individwali tas-serje, ġimgħa jew grupp;

(vii) data ta’ ħruġ tad-dokumenti ta’ min jipprovdi l-materjal;

(viii) numru ta’ riferenza tal-lott ta’ żerriegħa fil-każ ta’ xtieli żgħar mtella’ direttament miż-żerriegħa u fis-suq skond id-Direttiva tal-Kunsill 70/458/KEE [3]. Dan in-numru ta’ riferenza ikun disponibbli jekk mitlub għall-korp uffiċjali responsabbli;

(ix) isem komuni u, jekk il-materjal hu akkumpanjat b’passaport tal-pjanti skond id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE [4], isem botaniku;

(x) isem il-varjetà. Fil-każ ta’ zkuk għat-tkabbir, isem il-varjetà jew deskrizzjoni tagħha.

(xi) kwantità;

(xii) fil-każ ta’ importazzjoni minn pajjiżi terzi skond l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 92/33/KEE, isem il-pajjiż fejn sar il-ħsad.

2. Fejn il-materjal hu akkumpanjat minn passaport ta’ pjanti skond id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE(3) dan il-passaport jista’, jekk il-provveditur jixtieq, iservi ta’ dokument tal-provveditur kif imsemmi fil-paragrafu 1. Iżda n-nota "kwalità KEE" u indikazzjoni tal-korp uffiċjali responsabbli taħt Direttiva 92/33/KEE trid tingħata flimkien ma riferenza għal isem il-varjetà. Fil-każ ta’ importazzjoni minn pajjiżi terzi skond l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 92/33/KEE, isem il-pajjiż tal-ħsad irid jingħata wkoll. Din l-informazzjoni tista’ tkun fl-istess dokument bħal passaport ta’ pjanti imma separata b’mod ċar.

L- Artikolu 7

1. L-iStati Membri għandhom jimplementaw liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi biex iħarsu din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1993. Huma għandhom jinformaw malajr b’dan lill-Kummissjoni.

Meta l-iStati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn ikollhom riferiment għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’riferiment bħal dan meta jkunu ppubblikati uffiċjalment. Il-proċedura għal riferiment bħal dan tkun adottata mill-iStati Membri.

2. L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi domestika li huma jkollhom fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

L- Artikolu 8

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brusell, fit-2 ta’ Lulju 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 157,ta’ l- 10.6.1992,p.1.

[2] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 20.

[3] ĠU L 225,tat- 12.10.1970,p.7.

[4] ĠU L 4,tat- 8.1.1993,p.22.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

LISTA TA’ ORGANIŻMI SPEĊIFIĊI DANNUŻI U MARD LI JISTGĦU IDGĦAJFU L-KWALITÀ

Genus jew speċi | Organiżmi u mard li jagħmel ħsara speċifiċi |

-Allium ascalonicum | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-Iżvilupp tagħhom Delia spp.Ditylenchus dipsaciThysanoptera, u partikolarment Thrips tabaci |

Fungi Botrytis spp.Peronospora destructorSclerotium cepivorum |

Viruses u organiżmi li jixbħu lil viruses partikolarment Onion yellow dwarf virus |

-Allium cepa | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-Iżvilupp tagħhom Delia spp.Ditylenchus dipsaciMeloidogyne spp.Thysanoptera, u partikolarment Thrips tabaci |

Batterja Pseudomonas spp. |

Fungi Botrytis spp.Fusarium oxysporum f. sp. cepaePeronospora destructorSclerotium cepivorum |

Viruses u organiżmi li jixbħu lil viruses partikolarment Onion yellow dwarf virus |

-Allium fistulosum | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-Iżvilupp tagħhom Delia spp.Ditylenchus dipsaciThysanoptera, u partikolarment Thrips tabaci |

Fungi Sclerotium cepivorum |

Viruses u organiżmi li jixbħu lil viruses All |

-Allium porrum | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-Iżvilupp tagħhom Delia spp.Ditylenchus dipsaciThysanoptera |

Batterja Pseudomonasspp. |

Fungi Alternaria porriFusarium culmorumPhytophthora porriSclerotium cepivorum |

Viruses u organiżmi li jixbħu lil viruses partikolarment Leek yellow stripe virus |

-Allium sativum | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-Iżvilupp tagħhom Aceria tulipaeDelia spp.Ditylenchus dipsaciThysanoptera |

Batterja Pseudomonas spp. |

Fungi Sclerotium cepivorum |

Viruses u organiżmi li jixbħu lil viruses partikolarment Onion yellow dwarf virus |

-Apium graveolens | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-Iżvilupp tagħhom Acidia heracleiLygus spp.Psila rosaeThysanoptera, u partikolarment Frankliniella occidentalis u Thrips tabaci |

Batterja Erwinia carotovora subsp. carotovoraPseudomonas syringae pv. apii |

Fungi Fusarium oxysporum f. sp. apiiPhoma apiicolaPythium spp.Sclerotinia sclerotiorumSeptoria apiicola |

Viruses u organiżmi li jixbħu lil viruses partikolarment Celery mosaic virus u Cucumber mosaic virus |

-Asparagus officinalis | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-Iżvilupp tagħhom Brachyorynella asparagiHypopta caestrumPlatyparea poecyloptera |

Fungi Fusarium spp.Rhizoctonia violacea |

Viruses u organiżmi li jixbħu lil viruses All |

-Beta vulgaris | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-Iżvilupp tagħhom Pegomyia betae |

Fungi Phoma betae |

Viruses u organiżmi li jixbħu lil viruses partikolarment Beet necrotic yellow vein virus |

-Brassica oleracea | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-Iżvilupp tagħhom AleyrodidaeAphididaeHeterodera spp.Lepidoptera, partikolarment Pieris brassicaeThysanoptera, partikolarment Frankliniella occidentalis |

Batterja Pseudomonas syringae pv. maculicolaXanthomonas campestris pv. campestris |

Fungi Alternaria brassicaeMycosphaerella spp.Phoma lingamPlasmodiophora brassicaePythium spp.Rhizoctonia solani |

Viruses u organiżmi li jixbħu lil viruses partikolarment Cauliflower mosaic virus, Tospoviruses u Turnip mosaic virus |

-Brassica pekinensis | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-Iżvilupp tagħhom AphididaeLepidoptera, partikolarment Pieris brassicae |

Batterja Erwinia carotovoraXanthomonas campestris pv. campestris |

Fungi Alternaria brassicaeBotrytis cinereaMycosphaerella spp.Phoma lingamPlasmodiophora brassicaeSclerotinia spp. |

Viruses u organiżmi li jixbħu lil viruses partikolarment Tospoviruses |

-Capsicum annuum | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-Iżvilupp tagħhom AleyrodidaeLeptinotarsa decemlineataOstrinia nubilalisPhthorimaea operculellaTetranychidaeThysanoptera, partikolarment Frankliniella occidentalis |

Fungi Leveillula tauricaPyrenochaeta lycopersiciPythium spp.Phytophthora capsiciVerticillium albo atrumVerticillium dahliae |

Viruses u organiżmi li jixbħu lil viruses partikolarment Cucumber mosaic virus, Tomato mosaic virus, Pepper mild mottle virus u Tobacco mosaic virus. |

-Cichorium endivia | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-Iżvilupp tagħhom AphididaeThysanoptera, partikolarment Frankliniella occidentalis |

Fungi Botrytis cinereaErysiphe cichoriacearumSclerotinia spp. |

Viruses u organiżmi li jixbħu lil viruses partikolarment Beet western yellow virus u Lettuce mosaic virus |

-Cichorium intybus | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-Iżvilupp tagħhom AphididaeNapomyza cichoriiApion assimile |

Batterja Erwinia carotovoraErwinia chrysanthemiPseudomonas marginalis |

Fungi Phoma exiguaPhytophthora erythrosepticaPythium spp.Sclerothinia sclerotiorum |

-Citrullus lanatus | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-Iżvilupp tagħhom AleyrodidaeAphididaeMeloidogyne spp.Polyphagotarsonemus latusTetranychus spp.Thysanoptera, partikolarment Frankliniella occidentalis |

Fungi Colletotrichum lagenarium |

Viruses u organiżmi li jixbħu lil viruses partikolarment Watermelon mosaic virus 2 |

-Cucumis melo | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-Iżvilupp tagħhom AleyrodidaeAphididaeMeloidogyne spp.Polyphagotarsonemus latusTetranychus spp.Thysanoptera, partikolarment Frankliniella occidentalis |

Batterja Pseudomonas synringae pv. lachrymans |

Fungi Colletotrichum lagenariumFusarium spp.Pythium spp.Sphaerotheca fuligineaVerticillium spp. |

Viruses u organiżmi li jixbħu lil viruses partikolarment Cucumber green mottle virus, Cucumber mosaic virus u Squash mosaic virus |

-Cucumis sativus | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-Iżvilupp tagħhom AleyrodidaeAphididaeDelia platuraMeloidogyne spp.Polyphagotarsonemus latusTetranychus spp.Thysanoptera, partikolarment Frankliniella occidentalis |

Batterja Pseudomonas synringaepv. lachrymans |

Fungi Fusarium spp.Phytophthora spp.Pseudoperonospora cubensisPythium spp.Rhyzoctonia spp.Sphaerotheca fuligineaVerticillium spp. |

Viruses u organiżmi li jixbħu lil viruses All |

-Cucurbita maxima | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-Iżvilupp tagħhom AleyrodidaeAphididaeMeloidogyne spp.Polyphagotarsonemus latusTetranychus spp.Thysanoptera, partikolarment Frankliniella occidentalis |

Viruses u organiżmi li jixbħu lil viruses All |

-Cucurbita pepo | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-Iżvilupp tagħhom AleyrodidaeAphididaeMeloidogyne spp.Polyphagotarsonemus latusTetranychus spp.Thysanoptera, partikolarment Frankliniella occidentalis |

Batterja Pseudomonas syringae pv. lachrymans |

Fungi Fusarium spp.Sphaerotheca fuligineaVerticillium spp. |

Viruses u organiżmi li jixbħu lil viruses partikolarment Cucumber mosaic virus, Squash mosaic virus, Zucchini yellow mosaic virus u Toszpoviruses |

-Cynara cardunculus u Cynara scolymus | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-Iżvilupp tagħhom AleyrodidaeAphididaeThysanoptera |

Fungi Bremia lactucaeLeveillula taurica f. sp. cynaraPythium spp.Rhizoctonia solaniSclerotium rolfsiiSclerotinia sclerotiorumVerticillium dahliae |

Viruses u organiżmi li jixbħu lil viruses All |

-Foeniculum vulgare | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-Iżvilupp tagħhom AleyrodidaeAphididaeThysanoptera |

Batterja Erwinia carotovora subsp. CarotovoraPseudomonas marginalis pv. marginalis |

Fungi Cercospora foeniculiPhytophthora syringaeSclerotinia spp. |

Viruses u organiżmi li jixbħu lil viruses Celery mosaic virus |

-Lactuca sativa | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-Iżvilupp tagħhom AphididaeMeloidogyne spp.Thysanoptera, partikolarment Frankliniella occidentalis |

Fungi Botrytis cinereaBremia lactucaePythium spp. |

Viruses u organiżmi li jixbħu lil viruses partikolarment Lettuce big vein, Lettuce mosaic virus u Lettuce ring necrosis |

-Lycopersicon lycopersicum | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-Iżvilupp tagħhom AphididaeAleyrodidaeHauptidia maroccanaMeloidogyne spp.Tetranychus spp.Thysanoptera, partikolarment Frankliniella occidentalisVasates lycopersici |

Batterja Pseudomonas synringae pv. tomato |

Fungi Alternaria solaniCladosporium fulvumColletotrichum coccoidesDidymella lycopersiciFusarium oxysporumLeveillula tauricaPhytophthora nicotianaePyrenochaeta lycopersiciPythium spp.Rhizoctonia solaniSclerotinia sclerotiorumVerticillium spp. |

Viruses u organiżmi li jixbħu lil viruses partikolarment Cucumber mosaic virus, Potato virus X, Potato virus Y, Tobacco mosaic virus, Tomato mosaic virus u Tomato yellow leaf curl virus |

-Rheum spp. | Batterja Agrobacterium tumefaciensErwinia rhapontici |

Fungi Armillariella melleaVerticillium spp. |

Viruses u organiżmi li jixbħu lil viruses partikolarment Arabis mosaik virus u Turnip mosaic virus |

-Solanum melongena | Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha ta' l-Iżvilupp tagħhom AleyrodidaeAphididaeHemitarsonemus latusLeptinotarsa decemlineataMeloidogyne spp.TetranychidaeThysanoptera, partikolarment Frankliniella occidentalis |

Fungi Fusarium spp.Leveillula taurica f. sp. cynaraRhizoctonia solaniPythium spp.Sclerotinia sclerotiorumVerticillium spp. |

Viruses u organiżmi li jixbħu lil viruses partikolarment Cucumber mosaic virus, Eggplant mosaic virus, Potato virus Y u Tobacco mosaic virus |

--------------------------------------------------

Top