Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993L0056

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/56/KEE tad-29 ta’ Ġunju 1993 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE dwar ċertu prodotti użati fin-nutriment ta’ l-annimali

    ĠU L 206, 18.8.1993, p. 13–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2010; Impliċitament imħassar minn 32009R0767

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1993/56/oj

    31993L0056



    Official Journal L 206 , 18/08/1993 P. 0013 - 0014
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 51 P. 0192
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 51 P. 0192


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/56/KEE

    tad-29 ta’ Ġunju 1993

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE dwar ċertu prodotti użati fin-nutriment ta’ l-annimali

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta' Ġunju 1982 dwar ċertu prodotti użati f’nutriment ta’ l-annimali [1], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/26/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6 dwar dan,

    Billi Direttiva 82/471/KEE tipprovdi li l-kontenut ta’ l-Annessi jrid jiġi adattat regolarment sabiex jitqiesu l-avvanzi f’tagħrif xjentifiku u tekniku;

    Billi l-istudju tal-kompost nitroġenu mhux proteina "sulfat ta’ l-ammonja (ammonium sulfate)" u ta’ hydroxyanalogue ta’ methionine u l-melħ tal-kalċju tiegħu ppermetta effett ta’ ġid f’ruminanti li jridu jiġu stabbiliti; billi awtorizzazzjoni għall-użu tal-prodotti fil-kwistjoni għandha għalhekk tiġi estiża għal din il-kategorija ta’ annimal;

    Billi l-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma b’konformità mal-Kumitat Permanenti dwar it-Tgħam,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    L-Anness mad-Direttiva 82/471/KEE huwa hawnhekk emendat kif stabbilit fl-Anness ma' din id-Direttiva.

    L-Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' l-Artikoli 1 sa mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju 1994. Għandhom minnufih jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom kull referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza mal-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

    L-Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fid-29 ta’ Ġunju 1993.

    Għall-Kummissjoni

    René Steichen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 213, tal-21. 7. 1982, p. 8.

    [2] ĠU L 179, tat-22. 7. 1993, p. 2.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    1. F’grupp 2,

    "Komposti nitroġeni mhux proteina"

    , taħt punt 2.2,

    "Imluħa tal-ammonja"

    , il-prodott li ġej huwa miżjud:

    "1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 |

    Isem tal-grupp tal-prodott | Isem il-prodott | Turija ta' prinċipju nutrittiv jew identità ta' mikro-organiæmu | Sotto-strat ta' kultura (speċifikazzjonijiet jekk ikun hemm) | Karatteristiċi ta' kompożizzjoni ta' prodott | Speċi ta' annimal | Disposizzjonijiet speċjali |

    | 2.2.3.Sulfat ta' l-ammonja f'soluzzjoni akwea | (NH4)2SO4 | — | Sulfat ta' l-ammonja: minimu 35 % | Ruminanti, mill-bidu ta' ruminazzjoni | Dikjarazzjonijiet li jridu jsiru fuq it-tikketta jew l-ippakkeġġjar tal-prodott: il-kliem: "Sulfat ta' l-ammonja",nitroġenu u kontenut ta' umdita,speċje ta' annimal,fil-każ ta' ruminanti żgħar, ir-rata ta' inkorporazzjoni fir-razzjon ta' kuljum ma jridx jeċċedi l-0.5%Dikjarazzjonijiet li jridu jsiru fuq it-tikketta jew l-ippakkeġġjar tat tgħam kompost: il-kliem "Sulfat ta' l-ammonja",l-ammont tal-prodott li jinsab fit-tgħam,persentaġġ tal-proteina kruda totali ipprovduta min-nitroġenu mhux proteina,indikazzjoni fl-istruzzjonijiet ta' użu tal-livell tan-nitroġenu mhux proteina totali li m'għandux jinqabeż fir-razzjoni ta' kuljum ta' kull speċje ta' annimal,fil-każ ta' ruminanti żgħar, ir-rata ta' inkorporazzjoni fir-razzjoni ta' kuljum m'għandux jeċċedi il – 0,5 %" |

    2. Fi grupp 4, "Hydroxyanalogues ta’ amino aċidi", "minbarra ruminanti" hija mħassra f’kolonna 6, "Speċi ta’ Annimal" rigward prodotti 4.1.1, "Hydroxy analogue ta’ methionine" u 4.1.2, "Melħ tal-Kalċju ta’ hydroxyanalogue ta’ methionine".

    --------------------------------------------------

    Top