Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993L0032

    Id-Direttiva tal-Kunsill 93/32/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993 fuq imqabad ta' l-idejn għall-passiġġieri fuq vetturi bil-mutur b'żewġ roti

    ĠU L 188, 29.7.1993, p. 28–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Imħassar b' 32009L0079

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1993/32/oj

    31993L0032



    Official Journal L 188 , 29/07/1993 P. 0028 - 0031
    Finnish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0234
    Swedish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0234


    Id-Direttiva tal-Kunsill 93/32/KEE

    ta' l-14 ta' Ġunju 1993

    fuq imqabad ta' l-idejn għall-passiġġieri fuq vetturi bil-mutur b'żewġ roti

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi b'żewġ jew bi tliet roti [1],

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [2],

    B'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [3],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [4],

    Billi s-suq intern jinkludi żona mingħajr fruntieri interni li fiha l-moviment liberu ta' merkanzija, persuni, servizzi u kapital huwa żgurat; billi l-miżuri meħtieġa għal dak l-iskop għandhom ikunu adottati;

    Billi, fir-rigward ta' mqabad ta' l-idejn għall-passiġġieri tagħhom, f'kull Stat Membru vetturi bil-mutur b'żewġ roti jridu juru ċerti karatteristiċi tekniċi stabbiliti b'dispożizzjonijiet obbligatorji li huma differenti minn Stat Membru għal ieħor; billi, bħala riżultat tad-differenzi tagħhom, dawn id-dispożizzjonijiet joħolqu barriera għall-kummerċ ġewwa l-Komunità;

    Billi dawn l-ostakli għall-operat tas-suq intern jistgħu jitneħħew jekk l-istess ħtiġijiet ikunu adottati mill-Istati Membri kollha minflok ir-regoli nazzjonali tagħhom;

    Billi huwa meħtieġ li jitfasslu ħtiġijiet armonizzati dwar imqabad għall-idejn għall-passiġġieri fuq vetturi bil-mutur b'żewġ roti sabiex jagħmluha possibbli li l-proċeduri ta' approvazzjoni tat-tip u approvazzjoni tat-tip tal-komponent stabiliti fid-Direttiva 92/61/KEE jkunu applikati għal kull tip ta' vetturi simili;

    Billi, meta tqis l-iskala u l-impatt ta' l-azzjoni proposta fis-settur in kwistjoni, il-miżuri tal-Komunità koperti b'din id-Direttiva huma meħtieġa, tassew essenzjali, biex jinkiseb l-għan maħsub, li huwa li tkun stabbilita approvazzjoni tat-tip ta' vettura tal-Komunità; billi dak l-għan ma jistax jintlaħaq b'mod xieraq mill-Istati Membri individwali,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    Din id-Direttiva u l-Anness tagħha japplikaw għal imqabad ta' l-idejn għall-passiġġieri ta' kull tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti kif definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE.

    L-Artikolu 2

    Il-proċedura għall-għoti ta' approvazzjoni tat-tip tal-komponent fir-rigward ta' mqabad ta' l-idejn għall-passiġieri fuq tip ta' vettura bil-mutur b'żewġ roti u l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-moviment liberu ta' l-imsemmija vetturi għandhom ikunu stabbiliti fil-Kapitoli II u III tad-Direttiva 92/61/KEE.

    L-Artikolu 3

    Kull emenda meħtieġa biex ikunu addattati l-ħtiġijiet ta' l-Annessi għall-progress tekniku għandhom ikunu adottati b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE [5].

    L-Artikolu 4

    1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-14 ta' Diċembru 1993. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

    Mid-data msemmija fl-ewwel sotto-paragrafu l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet marbuta ma' l-imqabad ta' l-idejn għall-passiġġieri, jimpedixxu id-dħul inizjali fis-servizz ta' vetturi li huma konformi ma' din id-Direttiva.

    Huma għandhom iħaddmu d-dispożizzjonijiet riferiti fl-ewwel sub-paragrafu mill-14 ta' Ġunju 1995.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-kamp kopert b'din id-Direttiva.

    L-Artikolu 5

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fil-Lussemburgu, fl-14 ta' Ġunju 1993.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. TRØJBORG

    [1] ĠU L 225, ta' l-10.8.1992, p. 72.

    [2] ĠU C 293, tad-9.11.1992, p. 49.

    [3] ĠU C 337, tal- 21.12.1992, p. 103, u ĠU C 150, tal-31.5.1993.

    [4] ĠU C 73, tal-15.3.1993, p. 22.

    [5] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/53/KEE (ĠU L 225, ta' l-10.8.1992, p. 1).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    1. ĦTIĠIET ĠENERALI

    Fejn issir dispożizzjoni għall-ġarr ta' passiġġier, il-vettura jrid ikollha sistema ta' maqbad għall-idejn tal-passiġġier, Dik għandha tieħu l-forma ta' ċinga jew maqbad ta' l-idejn jew imqabad ta' l-idejn.

    1.1. Ċinga

    Iċ-ċinga trid tkun imwaħħla mal-magħqad b'mod li faċilment tkun tista' tintuża mill-passiġġier. Iċ-ċinga u kif tkun imwaħħla jridu jkunu disenjati b'mod li jifilħu, mingħajr ma jitqattgħu, forza ta' ġbid vertikali ta' 2000 N applikata waqt li tkun wieqfa fiċ-ċentru tal-wiċċ taċ-ċinga bi pressjoni massima ta' 2 MPa.

    1.2. Maqbad ta' l-idejn

    Jekk jintuża maqbad għandu jkun qrib il-magħqad u simetriku għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

    Il-maqbad ta' l-idejn għandu jkun disenjat b'mod li jkun jiflaħ, mingħajr ma jinqata', forza vertikali ta' ġbid ta' 2000 N applikata waqt li (l-vettura) tkun wieqfa fiċ-ċentru tal-maqbad ta' l-idejn bi pressjoni massima ta' 2 MPa.

    Jekk żewġ imqabad ta' l-idejn ikunu użati, huma jridu jitwaħħlu wieħed kull naħa f'manjiera simmetrika.

    Dawn l-imaqbad ta' l-idejn iridu jkunu disenjati b'mod li jkunu jifilħu, mingħajr ma jinqatgħu, forza vertikali ta' ġbid ta' 1000 N, applikata waqt li (l-vettura) tkun wieqfa fiċ-ċentru tal-maqbad ta' l-idejn bi pressjoni massima ta' 1 MPa.

    --------------------------------------------------

    Top