This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31993L0024
Council Directive 93/24/EEC of 1 June 1993 on the statistical surveys to be carried out on bovine animal production
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/24/KEE ta’ l-1 ta’ Ġunju 1993 dwar stħarriġ ta’ l-istatistika li ghandu jsir fuq il-produzzjoni ta’ annimali bovini
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/24/KEE ta’ l-1 ta’ Ġunju 1993 dwar stħarriġ ta’ l-istatistika li ghandu jsir fuq il-produzzjoni ta’ annimali bovini
ĠU L 149, 21.6.1993, p. 5–9
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 20/12/2008; Imħassar b' 32008R1165
Official Journal L 149 , 21/06/1993 P. 0005 - 0009
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 50 P. 0046
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 50 P. 0046
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/24/KEE ta’ l-1 ta’ Ġunju 1993 dwar stħarriġ ta’ l-istatistika li ghandu jsir fuq il-produzzjoni ta’ annimali bovini IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tieghu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi d-Direttiva tal-Kunsill 73/132/KEE tal-15 ta’ Mejju 1973 dwar stħarriġ ta’ l-istatistika li ghandu jsir mill-Istati Membri fuq annimali bovini, fuq it-tbassir tad-disponibilità ta’ l-annimali bovini għall-qatla u fuq l-istatistici dwar annimali bovini maqtula [3] u d-Direttiva tal-Kunsill 78/53/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1977 li tistipula dispożizzjonijiet addizzjonali marbuta ma’ stħarriġ ta’ l-istatistika li jrid isir mill-Istati Membri fuq annimali bovini [4] gew emendati diversi drabi; billi hemm mil-htieġa ghal aktar emendi, id-dispożizzjonijiet taghhom għandhom jissawru mill-ġdid għal raġunijiet ta’ kjarezza; Billi għandhom jigu regolati dawk l-Istati Membri li l-popolazzjoni tal-bovini tagħhom hija biss perċentwal żgħir mill-popolazzjoni totali tal-Komunità sabiex dawn inaqqsu l-għadd ta’ stħarriġ annwali fejn ikun hekk xieraq; Billi, sabiex ikun żgurat li l-politika agrikola komuni tkun amministrata sew, partikolarment fejn għandu x’jaqsam is-suq taċ-ċanga u l-vitella, il-Kummissjoni tehtieg tagħrif regolari dwar it-tendenzi fit-trobbija tal-bhejjem u fil-produzzjoni taċ-ċanga u l-vitella; Billi l-ġbir u l-ipproċessar tat-tagħrif kif ukoll l-organizzazzjoni ta’ l-istħarriġ fuq livell nazzjonali għandu jibqa’ fi ħdan il-kompetenza tas-servizzi ta’ l-istatistika ta’ l-Istati Membri, u l-Kummissjoni ghandha tkun responsabbli ghall-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni ta’ l-informazzjoni statistika fuq livell Ewropew u tiehu hsieb il-metodoloġiji armonizzati meħtieġa sabiex tigi implimentata l-politika tal-Komunità; Billi, biex tkun faċilitata l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, hija meħtieġa kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u dan għandu jsir permezz tal-Kumitat Permanenti ta’ l-Istatistika Agrikola mwaqqaf bid-Deċiżjoni 72/279/KEE [5], ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: TAQSIMA I STĦARRIG TAL-POPOLAZZJONI A. Fuq livell nazzjonali Frekwenza - Qasam ta’ l-istħarriġ Artikolu 1 1. L-Istati Membri ghandhom iwettqu stħarriġ ta’ l-istatistika tal-popolazzjoni tal-bovini fit-territorju tagħhom kull sena b’referenza għal jum fix-xahar ta’ Mejju jew Ġunju u b’referenza għal jum fix-xahar ta’ Diċembru. 2. L-Istati Membri jistgħu, fuq talba tagħhom stess, jigu awtorizzati biex iwettqu l-istħarriġ ta’ Mejju jew Ġunju f’reġjuni magħżula, bil-ftehim li dawn l-istħarriġ ikopru mill-inqas 70 % tal-popolazzjoni tal-bovini. Dawk l-Istati Membri li l-popolazzjoni tal-bovini taghhom hija ta’ inqas minn 1.5 miljuni ghal kull ras jistgħu jigu awtorizzati biex ma jwettqux wieħed miż-żewġ stħarriġ imsemmija fil-paragrafu 1 jew biex jagħmluh biss f’reġjuni magħżula. L-Istati Membri jistgħu, fuq talba tagħhom stess, jigu awtorizzati biex jużaw sorsi amministrattivi minflok stħarriġ ta’ l-istatistika taħt il-paragrafu 1. 3. Meta tqis it-talbiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni ghandha tiddeċiedi skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17, waqt li tiehu in konsiderazzjoni l-obbligi li joħorġu mill-Artikolu 6. Artikolu 2 1. Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, it-terminu ‘annimali bovini’ jfisser annimali domestiċi ta’ l-ispeċi Bos taurus, Bubalus bubalus u Beefalo. 2. L-istħarriġ imsemmija fl-Artikolu 1 ikopru l-annimali bovini kollha miżmuma f’azjendi agrikoli kif definiti skond il-procedura stipulata fl-Artikolu 17. L-istħarriġ ghandhom ikopru biżżejjed azjendi biex jagħmlu tajjeb għal mill-inqas 95 % tal-popolazzjoni tal-bovini kif stabbilit mill-aħħar stħarriġ dwar l-istruttura ta’ l-azjendi agrikoli. 3. Sa fejn ikun possibbli, l-Istati Membri għandu jissuplimentaw ir-riżultati ta’ l-istħarriġ imsemmi fil-paragrafu 2 bi stima tal-popolazzjoni tal-bovini mhux koperta mill-istħarriġ. Elenku skond il-kategorija Artikolu 3 1. L-istħarriġ imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom isiru b’tali mod li jipprovdu elenku tal-popolazzjoni tal-bovini mill-inqas fil-kategoriji li ġejjin: A. annimali bovini ta’ inqas minn sena: (a) għoġġiela għall-qatla; (b) oħrajn: (ba) maskili; (bb) femminili; B. annimali bovini ta’ bejn sena u sentejn: (a) maskili; (b) femminili; (ba) annimali għall-qatla; (bb) oħrajn; Ċ. annimali bovini ta’ sentejn jew aktar: (a) maskili; (b) femminili: (ba) erieħ; 1. erieħ għall-qatla; 2. oħrajn; (bb) baqar: 1. baqar tal-ħalib; 2. oħrajn; D. bufli: (a) bufli femminili li qed irabbu; (b) bufli oħrajn. 2. Il-kategoriji msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu modifikati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17. 3. Il-kategoriji għandhom jiġu definiti skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17. Reqqa Artikolu 4 1. L-istħarriġ imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom jitwettqu fil-forma ta’ stħarriġ eżawrijenti jew b’kampjuni rappreżentattivi. 2. Għal kull wieħed mill-Istati Membri, l-iżbalji fil-kampjuni għar-riżultati ta’ l-istħarriġ kif stipulat fl-Artikolu 2(2) m’għandhomx jaqbżu l-1 % ta’ l-għadd totali ta’ annimali bovini u l-1.5 % ta’ l-għadd totali ta’ baqar, (confidence interval ta’ 68 %). 3. B’żieda mal-qafas ta’ kampjuni u l-istimi supplementari msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura li jidhrilhom xierqa sabiex iżommu l-kwalità tar-riżultati ta’ l-istħarriġ. mien għan-notifika Artikolu 5 1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-riżultati proviżorji ta’ l-istħarriġ u stimi supplementari qabel: - it-30 ta’ Settembru ta’ l-istess sena għall-istħarriġ ta’ Mejju/Ġunju, - il-15 ta’ Frar tas-sena ta’ wara għall-istħarriġ ta’ Diċembru. 2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-riżultati ta’ l-istħarriġ u l-istimi supplementari, kif spjegat fl-Artikolu 4(2), qabel: - il-15 ta’ Ottubru ta’ l-istess sena għall-istħarriġ ta’ Mejju/Ġunju, - l-1 ta’ April tas-sena ta’ wara għall-istħarriġ ta’ Diċembru. B. Fuq livell reġjonali Suddiviżjonijiet territorjali Artikolu 6 1. Ir-riżultati finali ta’ l-istħarriġ ta’ Diċembru ghandhom jinġabru għal kull waħda mis-suddiviżjonijiet territorjali kif definiti skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17. 2. Skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17, il-Kummissjoni tista’ tapprova applikazzjoni minn Stat Membru biex għar-riżultati finali ta’ l-isħarriġ ta’ Mejju/Ġunju juża l-elenku reġjonali skond il-kategorija msemmi fil-paragrafu 1. 3. Is-suddiviżjonijiet territorjali msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jigu emendati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17. mien għan-notifika Artikolu 7 L-Istati Membri ghandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bit-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 6 qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena ta’ wara x-xahar ta’ riferenza. Ċ. Elenku skond id-daqs tal-merħla Kategoriji ta’ daqs Artikolu 8 1. Fi snin bil-fard, l-Istati Membri ghandhom, fuq livell nazzjonali, jifirdu r-riżultati finali ta’ l-istħarriġ ta’ Diċembru skond il-kategoriji tad-daqs tal-merħla kif definiti skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17. 2. Skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17, il-Kummissjoni tista’ tapprova applikazzjoni minn Stat Membru sabiex, għar-riżultati finali ta’ l-isħarriġ ta’ snin biż-żewġ u/jew għal dawk ta’ l-istħarriġ ta’ Mejju/Ġunju, juża elenku skond il-kategoriji tad-daqs tal-merħla msemmija fil-paragrafu 1. 3. Il-kategoriji tad-daqs tal-merħla msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu emendati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17. mien għan-notifika Artikolu 9 L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 8 qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena ta’ wara x-xahar ta’ riferenza. TAQSIMA II STATISTIKA TAL-QATLA Artikolu 10 1. L-Istati Membri għandhom ifasslu statistika ta’ kull xahar marbuta ma’ l-għadd u l-piż tal-karkassa ta’ annimali bovini maqtula f’biċċeriji fit-territorju tagħhom, li l-laħam tagħhom ikun meqjus tajjeb għall-konsum tal-bniedem. Jekk ikun meħtieġ, huma għandhom jipprovdu wkoll stimi ta’ qatliet mhux imsemmija fil-formoli li jibgħatu, sabiex l-istatistika tkun tinkludi l-annimali bovini kollha li jkun nqatlu fit-territorju tagħhom. 2. L-istatistika msemmija fil-paragrafu 1 għandha titfassal għall-kategorija segwenti: A. għoġġiela; B. erieħ; Ċ. baqar; Ċ. barrin; D. gniedes żgħar (bullocks). 3. Il-piż tal-karkassa msemmi fil-paragrafu 1 u l-kategoriji msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu definiti skond il-proċedura stiulata fl-Artikolu 17. mien għan-notifika Artikolu 11 L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bir-riżultati ta’ l-istatistika msemmija fl-Artikolu 10(1) fi żmien xahrejn wara x-xahar ta’ riferenza. TAQSIMA III TBASSIR TAL-PRODUZZJONI Artikolu 12 1. L-Istati Membri għandhom jużaw ir-riżultati ta’ l-istħarriġ u informazzjoni oħra disponibbli sabiex jipproduċu tbassir, għal kull nofs sena kalendarja, tal-provvista ta’ annimali bovini tagħhom. Din il-provvista għandha tkun espressa bħala produzzjoni gross indiġena li għandha tinkludi fiha l-annimali bovini kollha maqtula kif ukoll il-bilanċi tal-kummerċ fi ħdan il-Komunità u tal-kummerċ estern ta’ annimali bovini ħajjin. A. għoġġiela; B. erieħ; Ċ. baqar; D. barrin; E. gniedes żgħar (bullocks); Dan l-elenku jista’ jiġi emendat skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17. 3. Id-definizzjoni ta’ ‘provvista’ msemmija fil-paragrafu 1 u dik tal-‘kategoriji’ msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jiġu emendati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17. mien għan-notifika Artikolu 13 L-Istati Membri għandhom jgħaddu t-tbassir imsemmi fl-Artikolu 12(1) lill-Kummissjoni fiż-żminijiet segwenti u għall-perjodi ta’ sitt xhur ‘il wieħed segwenti: (a) qabel il-15 ta’ Frar għat-tbassir sa l-ewwel sitt xhur tas-sena ta’ wara (inkluż); (a) qabel l-1 ta’ Ottubru għat-tbassir sat-tieni sitt xhur tas-sena ta’ wara (inkluż); TAQSIMA IV DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI Artikolu 14 L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-tagħrif imsemmi fl-Artikoli 5, 7, 9, 11 u 13 b’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 tal-11 ta’ Ġunju 1990 dwar it-trażmissjoni ta’ tagħrif soġġett għall-kunfidenzjalità ta’ l-istatistika ta’ l-Uffiċċju ta’ l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej [6]. Artikolu 15 Il-Kummissjoni għandha teżamina, f’konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri: (a) ir-riżultati mogħtija; (b) il-problemi tekniċi li jinqalgħu, b’mod partikolari fit-tħejjija u fit-twettiq ta’ l-istħarriġ u ta’ l-istimi; (ċ) l-attendibilità tar-riżultati ta’ l-istħarriġ u ta’ l-istimi Artikolu 16 L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’kull bidla metodoloġika jew bidla oħra li tkun tinfluwenza l-istatistika b’mod konsiderevoli. Dan għandu jsir mhux aktar tard minn tliet xhur wara li l-bidla in kwistjoni tidħol fis-seħħ. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħrajn b’tali komunikazzjoni fl-ambitu tal-gruppi ta’ xogħol xierqa. Artikolu 17 1. Fejn għandha tiġi segwita l-proċedura msemmija f’dan l-Artikolu, il-President tal-Kumitat Permanenti ta’ l-Istatistika Agrikola (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-‘kumitat’) għandu jirreferi l-kwistjoni lill-kumitat, jew fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ rappreżentant ta’ Stat Membru. 2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fi żmien perjodu li l-President jista’ jiffissa skond l-urġenza tal-kwistjoni. L-opinjoni għandha tingħata b’maġġoranza ta’ 54 vot, bil-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri jingħataw piż skond kif stipulat fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-President m’għandux jivvota. 3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsuba jekk dawn ikunu jaqblu ma’ l-opinjoni tal-kumitat. (b) Jekk il-miżuri maħsuba ma jkunux jaqblu ma’ l-opinjoni tal-kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tissottometti lill-Kunsill proposta marbuta mal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata. Jekk, malli jiskadu t-tliet xhur mid-data tas-sottomissjoni lill-Kunsill, il-Kunsill ma jaġixxix, il-miżuri proposti għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni. Artikolu 18 1. Id-Direttivi 73/132/KEE u 78/53/KEE għandhom jiġu revokati sa mill-1 ta’ Jannar 1994. 2. Ir-referenzi għad-Direttivi revokati għandhom jittieħdu bħala li jirreferu għal din id-Direttiva. Artikolu 19 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1994. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew inkella jagħmlu tali riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir referenza bħal din għandu jiġi deċiż mill-Istati Membri. Artikolu 20 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fl-1 ta’ Ġunju 1993. Għall-Kunsill Il-President J. Andersen [1] ĠU C 18, tat-23.1.1993, p. 19. [2] ĠU C 115, tas-26.4.1993. [3] ĠU L 153, tad-9.6.1973, p. 25. Direttiva emendata l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1057/91 (ĠU L 107, tas-27. 4. 1991, p. 11). [4] ĠU L 16, ta’ l-20.1.1978, p. 20. Direttiva emendata l-aħħar bid- Direttiva 86/80/KEE (ĠU L 77, tat-22.3.1986, p. 27). [5] ĠU L 179, tas-7.8.1972, p. 1. [6] ĠU L 151, tal-15.6.1990, p. 1. --------------------------------------------------