Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993D0623

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Ottubru 1993 li tistabbilixxi d-dokument ta’ l-identifikazzjoni (passaport) li jakkumpanja l-equidae rreġistrati

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2009; Imħassar b' 32008R0504

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1993/623/oj

    31993D0623



    Official Journal L 298 , 03/12/1993 P. 0045 - 0055
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 53 P. 0219
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 53 P. 0219


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    ta’ l-20 ta’ Ottubru 1993

    li tistabbilixxi d-dokument ta’ l-identifikazzjoni (passaport) li jakkumpanja l-equidae rreġistrati

    (93/623/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/427/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 rigward il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ l-equidae [1], u partikolarment l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikoli 8(1) tagħha,

    Billi d-dokument ta’ l-identifikazzjoni li jakkumpanja equidae rreġistrati għandu jippermetti li l-oriġini ta’ l-annimali tkun intraċċata u għandha jkollha id-dettalji kollha tan-nisel ta’ l-equidae;

    Billi fis-26 ta’ Ġunju 1990 il-Kunsill adotta d-Direttiva 90/426/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae [2], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/36/KEE [3]; billi, bi qbil ma dik id-Direttiva, ċertifikati speċjali tas-saħħa kienu ġew imħejjija għall-importazzjoni ta’ żwiemel irreġistrati; billi ċertifikati bħal dawn jirreferu għad-dokument ta’ l-identifikazzjoni (passaport);

    Billi, permezz tad-Direttiva 90/426/KEE, id-dokument ta’ l-identifikazzjoni huwa maħruġ mill-awtorità tat-tnissil jew minn xi awtorità kompetenti oħra fil-pajjiż ta’ l-oriġini ta’ l-annimal li tamministra l-istudbook jew ir-reġistru tar-razza ta’ l-annimal jew xi assoċjazzjoni internazzjonali jew organizzazzjoni oħra li tamministra ż-żwiemel għall-kompetizzjoni jew għat-tlielaq; billi d-dokument ta’ l-identifikazzjoni għandu jkun fih ċerta informazzjoni li toffri garanzija dwar l-istat tas-saħħa ta’ l-equidae;

    Billi, in vista biex ikun assigurat li equidae rreġistrati jkunu identifikati u li l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-saħħa tkun disponibbli, partikolarment f’dak li jirrigwarda t-tilqim u l-eżamijiet fil-laboratorju, dokument ta’ l-identifikazzjoni għandu jkun stabbilit;

    Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għaż-Żootekniċi,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-dokumenti ta’ l-identifikazzjoni li jakkompanjaw equidae rreġistrati għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness

    Artikolu 2

    Id-dokumenti ta’ l-identifikazzjoni kif riferuti fl-Artikolu 1:

    - jistgħu jakkumpanjaw l-equidae rreġistrati li jkun twieldu qabel l-1 ta’ Jannar 1998,

    - għandhom jakkumpanjaw equidae rreġistrati li jkun twieldu nhar il jew qabel l-1 ta’ Jannar 1998.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-20 ta’ Ottubru 1993.

    Għall-Kummissjoni

    René Steichen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 55.

    [2] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42.

    [3] ĠU L 157, ta’ l-10.6.1992, p. 28.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    DOKUMENT TA’ L-IDENTIFIKAZZJONI GĦAL EQUIDAE

    RREĠISTRATIPASSAPORT

    Istruzzjonijiet ġenerali

    I. Il-passaporti għandhom ikun fihom l-istruzzjonijiet kollha meħtieġa għall-użu tagħhom u d-dettalji ta’ l-awtorità kompetenti li tkun ħarġithom.

    II. L-informazzjoni murija fuq il-passaporti

    A. Il-passaporti għandhom ikun fihom l-informazzjoni li ġejja:

    1. Sezzjoni I:

    Il-Propjetarju

    L-isem tal-propjetarju jew ta’ l-aġent tiegħu għandu jkun mistqarr.

    2. Sezzjonijiet II u III:

    Identifikazzjoni

    L-equidae għandu jkun identifikat mill-awtorità kompetenti.

    3. Sezzjoni IV:

    Reġistrazzjoni tal-verifiki ta’ l-identità

    Kull meta l-liġijiet u r-regolamenti hekk jeħtieġu, il-verifiki mwettqa dwar l-identità ta’ l-equidae għandhom ikunu rreġistrati mill-awtorità kompetenti.

    4. Sezzjonijiet V u VI:

    Rekord tal-vaċċinazzjoni

    Il-vaċċinazzjonijiet kollha għandhom ikunu rrekordjati fis-Sezzjoni V (biss l-influwenza ta’ l-ekwini) u fis-Sezzjoni VI (il-vaċċinazzjonijiet l-oħrajn kollha).

    5. Sezzjoni VII

    Testijiet tal-laboratorju rigward is-saħħa

    Ir-riżultati tat-testijiet kollha mwettqa rigward is-sejbien ta’ mard trasmessibbli għandhom ikunu rreġistrati.

    B. Il-passaporti għandhom ikun fihom l-informazzjoni li ġejja:

    Sezzjoni VIII:

    Ħtiġiet bażiċi tas-saħħa

    Is-Sezzjoni VIII tistqarr il-ħtiġiet bażiċi tas-saħħa.

    Din telenka l-mard li għandu jkun innotat fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa.

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    Maladies dont l’inclusion dans le certificat zoosanitaire joint au passeport doit être envisagéeDiseases for which an endorsement must be made on the health certificate attached to the passportMard li dwarhom konferma bil-miktub għandha ssir fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa mehmuż mal-passaport

    1. Peste équineAfrican horse sicknessIl-marda ta' æwiemel Afrikani

    2. Stomatite vésiculeusevesicular stomatitisstomatite veskulari

    3. Dourinedourinedourine

    4. Morveglandersglanders

    5. Encéphalomyélites équines (tous types)equine encephalomyelitis (all types)encefalomijelite ta' l-ekwini (it-tipi kollha)

    6. Anémie infectieuseinfectious anaemiaanemija infettiva

    7. Ragerabiesrabja

    8. Fièvre charbonneuseanthraxanthrax

    --------------------------------------------------

    Top