Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993D0152

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Frar 1993 li tipprovdi l-kriterji għall-vaċċini li għandhom jintużaw kontra l-marda Newcastle fil-kuntest ta’ programmi ta’ tilqim ta’ rutina

ĠU L 59, 12.3.1993, p. 35–35 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/12/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1993/152/oj

31993D0152



Official Journal L 059 , 12/03/1993 P. 0035 - 0035
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 48 P. 0167
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 48 P. 0167


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-8 ta’ Frar 1993

li tipprovdi l-kriterji għall-vaċċini li għandhom jintużaw kontra l-marda Newcastle fil-kuntest ta’ programmi ta’ tilqim ta’ rutina

(93/152/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE [2], u b’mod partikolari l-Anness III li jinsab magħha,

Billi l-Anness III li jinsab mad-Direttiva 90/539/KEE jgħid li l-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi l-kriterji għall-użu ta’ vaċċini kontra l-marda Newcastle fil-kuntest ta’ programmi ta’ tilqim ta’ rutina;

Billi l-imsemmija kriterji għandhom jiżguraw li vaċċini ħajjin imnaqqsa u inattivati użati fil-programmi ta’ tilqim ta’ rutina jikkonformaw ma’ ċerti ħtiġjiet li jirrelataw ma’ l-indiċi intracerebral pathogenicity (ICPI) dwar il-linja tal-virus tal-marda Newcastle użat fl-imsemmi vaċċini;

Billi jidher mixtieq li l-livell ta’ l-indiċi intracerebral pathogenicity dwar il-linji tal-virus li għandu jintuża fil-produzzjoni tal-vaċċini għandu jkun iddefinit b’mod ċar;

Bill-l-Kumitat Xjentifiku Veterinarju u l-Kumitat Permanenti Veterinarju ġew ikkonsultati,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-użu fil-programmi ta’ tilqim ta’ rutina:

(a) vaċċini ħajjin imnaqqsa kontra l-marda Newcastle għandhom jitħejjew mil-linja tal-virus tal-marda Newcastle li għalih iż-żerriegħa mamma tkun ġiet ittestjata u tkun uriet li jkollha indiċi intracerebral pathogenicity (ICPI) ta’:

(i) anqas minn 0,4 jekk mhux anqas minn 107 EID50 huwa mogħti lil kull tajra fit-test ICPI;

jew

(ii) anqas minn 0,5 jekk mhux anqas minn 108 EID50 huwa mogħti lil kull tajra fit-test ICPI;

(b) vaċċini inattivati kontra l-marda Newcastle għandhom jitħejjew mill-linja tal-virus tal-marda Newcastle li għalihom iż-żerriegħa mamma tkun ġiet ittestjata u wriet li jkollhom indiċi intracerebral pathogenicity (ICPI) ta’ anqas minn 0,7 jekk mhux anqas minn 108 EID50 jingħat lil kull tajra fit-test ICPI.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni preżenti għandha tgħodd mill-1 ta’ Jannar 1995.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-8 ta’ Frar 1993.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 303, tal-31.10.1990, p. 6.

[2] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 54.

--------------------------------------------------

Top