EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993D0052

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 Diċembru 1992, li tieħu nota tal-konformità ta’ ċerti Stati Membri jew reġjuni mal-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-bruċellosi (B.melitensis) u li tagħtihom l-istatus ta’ Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles mill-marda

ĠU L 13, 21.1.1993, p. 14–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Imħassar b' 32021R0620

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1993/52/oj

31993D0052



Official Journal L 013 , 21/01/1993 P. 0014 - 0015
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 48 P. 0016
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 48 P. 0016


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-21 Diċembru 1992,

li tieħu nota tal-konformità ta’ ċerti Stati Membri jew reġjuni mal-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-bruċellosi (B.melitensis) u li tagħtihom l-istatus ta’ Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles mill-marda

(93/52/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw in-negozju ġewwa l-Komunità ta’ nagħaġ u mogħoż [1], u b’mod partikulari l-Anness A, il-Kapitlu 1.II tiegħu,

Billi, fl-Ingilterra, l-Irlanda, l-Olanda, il-Belġju, l-Lussemburgu, il-Ġermanja u ċerti reġjuni fi Franza, il-bruċellosi (B.melitensis) kienet marda li għandha tiġi notifikata lill-awtoritajiet għal mill-anqas ħames snin; billi l-ebda każ ma ġie konfermat uffiċjalment hemmhekk għal mill-anqas ħames snin u t-tilqim kien projbit hemmhekk għal mill-anqas tliet snin; billi għalhekk irid jiġi notat uffiċjalment illi jikkonformaw mal-kundizzjonijiet imniżżla fl-Anness A, il-Kapitlu 1.11(1)(b);

Billi, barra minn hekk, l-Istati Membri jew reġjuni msemmija hawn fuq jimpenjaw ruħhom li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness A, il-Kapitlu 1.II(2); billi, konsegwentement, l-Istati Membri u reġjuni msemmija għandhom jiġu mogħtija uffiċjalment l-istatus ta’ ħielsa mill-marda tal-bruċellosi (B. melitensis);

Billi l-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

L- Artikolu 1

L-Istati Membri u reġjuni msemmija rispettivament fl-Annessi I u II jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 91/68/KEE, l-Anness A, il-Kapitlu 1.II(1)(b).

L- Artikolu 2

L-Istati Membri u reġjuni msemmija rispettivament fl-Annessi I u II huma rikonoxxuti bħala li huma uffiċjalment ħielsa mill-marda tal-bruċellosi (B. melitensis).

L- Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta’ Diċembru 1992.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 19.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

STAT MEMBRU

- Ir-Renju Unit,

- Il-Ġermanja,

- L-Irlanda,

- Il-Lussemburgu,

- Il-Belġju,

- L-Olanda

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

REĠJUNI

Fi Franza: Ain, Aisne, Allier, Ardennes, Aube, Charente, Charente-Maritime, Cher, Cote-d’Or, Cotes d’Amor, Creuse, Dordogne, Doubs, Eure, Eure-et-Loire, Finistere, Ille-et-Vilaine, Indre, Indre-et-Loire, Jura, Loir-et-Cher, Loire, Loire-Atlantique, Loiret, Lot et Garonne, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Mayenne, Nievre, Nord, Oise, Orne, Pas-de-Calais, Rhone, Haute-Saone, Saone-et-Loire, Sarthe, Ville de Paris, Seine Maritime, Seine-et-Marne, Yvelines, Deux-Sevres, Vendee, Vienne, Haute-Vienne, Yonne, Territoire de Belfort, Essonne, Hauts-de-Seine, Seine-Saint- Denis, Val-de-Marne, Val-d’Oise.

--------------------------------------------------

Top