EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992R3337

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3337/92 tas-16 ta’ Novembru 1992 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1981/82 li jistipula l-lista ta’ reġjunijiet tal-Komunità, li fihom għajnuna għall-produzzjoni tal-hops tingħata biss lil gruppi ta’ produtturi rikonoxxuti

ĠU L 336, 20.11.1992, p. 2–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005; Impliċitament imħassar minn 32005R1952

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1992/3337/oj

31992R3337



Official Journal L 336 , 20/11/1992 P. 0002 - 0002
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 46 P. 0015
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 46 P. 0015


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 3337/92

tas-16 ta' Novembru 1992

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1981/82 li jistipula l-lista ta' reġjunijiet tal-Komunità, li fihom għajnuna għall-produzzjoni tal-hops tingħata biss lil gruppi ta' produtturi rikonoxxuti

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1696/71 tas-26 ta' Lulju1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-hops ([1]), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni (1),

Billi l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KEE) Nru1696/71 fi dispożizzjonijiet għall-għotja ta' għajnuna għall-produzzjoni lil gruppi ta' produtturi f'reġjuni tal-Komunita fejn l-imsemmija gruppi jistgħu jiżguraw li l-membri tagħhom jirċievu qliegħ xieraq u li jiksbu amministrazzjoni razzjonali ta' riforniment; billi dawk ir-reġuni huma mniżżla fl-Anness tar- Regolament (KEE) Nru1981/82 ([2]);

Billi l-iskrutinju ta' l-informazzjoni pprovvduta mill-Ġermanja juri li l-kundizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 huma mħarsa mir-reġjuni l-ġodda; billi r-Regolament (KEE) Nru 1981/82 għandu għalhekk jiġi emendat sa mill-ħsad ta' l-1991,

ADOTTA DAN IR- REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-reġjunijiet Sachsen, Sachsen-Anhalt u Thueringen' huma b' hekk miżjuda mal-lista li hemm fl-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 1981/82.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-jseħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-ħsad ta' l-1991.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel,.

fis-16 ta' Novembru 1992.

Għall-Kunsill

Il-President

J. GUMMER

[1] ĠU L 175, 4.8.1971, p. 1. Emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3577/90 (ĠU L 353, 17.12.1990, p. 23).

[2] ĠU L 215, 23.7.1982, p. 3, kif emendat l-aħħar bir- Regolament (KEE) Nru 1808/89 (ĠU L 177, 24.6.1989, p. 5).

Top