EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992R2046

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2046/92 tat-30 ta’ Ġunju1992 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 136/66 dwar l-istabbiliment ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet

ĠU L 215, 30.7.1992, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1992/2046/oj

31992R2046



Official Journal L 215 , 30/07/1992 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 43 P. 0184
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 43 P. 0184


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2046/92

tat-30 ta’ Ġunju1992

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 136/66 dwar l-istabbiliment ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Socjali [3],

Billi, minħabba ċerti tendenżi, fis-suq taż-żejt taż-żebbuġa u r-rabtiet tiegħu ma’ swieq oħra taż-żejt veġetali, il-prezz rappreżentattiv tas-suq u l-prezz minimu għandhom jiġu stabbiliti fl-istess waqt mal-prezzijiet uffiċjali l-oħra taż-żejt taż-żebbuġa; billi, għal din ir-raġuni, l-kriterji biex jiġi ffissat il-prezz rappreżentattiv tas-suq għandhom jiġu adattati;

Billi, biex tassigura li l-akbar numru ta’ produtturi jkolhom garanzija ta’ prezzijiet ta’ l-intervent, l-aċċess għall-intervent tal-Komunità għandu jingħata lill-gruppi ta’ produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom rikonoxxuti permezz tar-Regolament (KEE) Nru136/66/KEE [4];

Billi r-Regolament (KEE) Nru 136/66/KEE għandu għalhekk ikun emendat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament Nru 136/66/KEE huwa emendat kif gej:

1. fl-Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu huwa mibdul b’dan li ġej:

"Prezz ta’ mira tal-produzzjoni, prezz ta’ l-intervent, prezz rappreżentattiv tas-suq u prezz ta’ bidu għandhom jiġu stabbiliti kull sena għall-Komunità għaż-żejt taż-żebbuġa.";

2. L-Artikolu 4(4) għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"4. Il-prezzijiet msemmija fil-paragrafu 1 (a) u l-kwalità standard msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu adottati b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat.";

3. Fl-Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu huwa mibdul b’dan li ġej:

"Għall-kull sena il-Kunsill għandu jistabbilixxi unità ta’ l-ammont tal-produzzjoni b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat. Unità ta’ l-ammont separata tista tkun iffissata għall-produtturi li l-produzzjoni medja tagħhom tkun anqas minn 500 kg ta’ żejt taż-żebbuġa għal kull sena tas-suq.";

4. L-Artikolu 7 huwa mibdul b’dan li ġej:

"Artikolu 7

Il-prezz rappreżentattiv tas-suq għandu jkun iffissat f’livell li jippermetti il-bejgħ normali tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa, b’kunsiderazzjoni, b’mod partikolari, tal-prospettiva għat-tendenzi fis-suq taż-żjut u xaħmijiet veġetali;";

5. L-Artikolu 11(6) huwa mibdul b’dan li ġej:

"6. Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jistabbilixxi, fl-istess waqt mal-prezz rappreżentattiv tas-suq, il-perċentwali ta’ l-għajnuna tal-konsum msemmija fil-paragrafu 5 u l-perċentwali ta’ l-għajnuna tal-konsum biex tintuża għal-miżuri ta’ l-informazzjoni u xi miżuri oħra intiżi għall-promozzjoni tal-konsum taż-żejt taż-żebbuġa fil-Komunità.";

6. L-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 12(1) għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"L-aġenziji ta’ l-intervent nominati mill-Istati Membri produtturi għandhom jixtru għall-ħażna matul ix-xhur ta’ Lulju, Awissu, Settembru u Ottubru ta’ kull sena tas-suq, b’mod konformi mar-regoli adottati permezz tal-paragrafu 4, iż-żejt taż-żebbuġa ta’ l-oriġini Komunitarja offrut lilhom minn produtturi jew gruppi ta’ produtturi u l-assoċjazzjonijiet rikonoxxuti permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1360/78 (jew l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u/jew l-assoċjazzjonijiet rikonoxxuti permezz tar-Regolament), f’ċentri ta’ l-intervent fiż-żoni tal-produzzjoni. L-aġenziji ta’ l-intervent għandhom jixtru bil-prezz ta’ l-intervent. Il-prezz tax-xiri għandu jkun aġġustat permezz ta’ skala ta’ żidiet u tnaqqis fil-prezz meta d-deskrizzjoni jew il-kwalità taż-żejt offrut lill-aġenzija ta’ l-intervent ma’ jkunux jikkorrispondu ma’ dak li għaliħ il-prezz ta’ l-intervent ikun ġie ffissat."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol jseħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Novembru 1992, bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 1(6), li jibda japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-30 ta’ Ġunju 1992.

Għall-Kunsill

Il-President

Arlindo Marques Cunha

[1] ĠU Ċ 119, 11.5.1992, p. 21.

[2] ĠU Ċ 150, 15.6.1992.

[3] ĠU Ċ 169, 6.7.1992.

[4] ĠU L 172, 30.9.1966, p. 3025/66. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 356/92 (ĠU No L 39, 15.2.1992, p. 1).

--------------------------------------------------

Top