Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992R1535

    Ir-regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 1535/92 tal-15 ta’ Ġunju 1992 li jemenda l-Annessi I u III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 fuq il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fuq prodotti agrikoli u oġġetti ta’ l-ikel

    ĠU L 162, 16.6.1992, p. 15–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1992/1535/oj

    31992R1535



    Official Journal L 162 , 16/06/1992 P. 0015 - 0015
    Finnish special edition: Chapter 15 Volume 11 P. 0051
    Swedish special edition: Chapter 15 Volume 11 P. 0051


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1535/92

    tal-15 ta’ Ġunju 1992

    li jemenda l-Annessi I u III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 fuq il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fuq prodotti agrikoli u oġġetti ta’ l-ikel

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1991 fuq il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fuq prodotti agrikoli u oġġetti ta’ l-ikel [1] u b’ mod partikolari l-Artikoli 5(7) u 13 tiegħa,

    Billi prodotti intiżi għall-konsum uman, komposti essenzjalment minn wieħed jew aktar ingredjenti li joriġinaw mill-pjanti, jistgħu jikkontjenu, bħala komponenti minuri ingredjenti li joriġinaw mill-annimali għal liema hu neċessarju li jiġu definiti r-regoli tal-produzzjoni li għandhom jiġu segwiti;

    Billi s-sistema ta’ spezzjonar provduta f’L-Anness III trid tiġi definita fejn għandhom x’jaqsmu l-kontrolli li jridu jsiru meta prodott jiġi rċevut minn unità ta’ l-ipproċessar jew l-imballaġġ biex jassiguraw ruħhom li l-prodott oriġina minn operatur ieħor suġġett għas-sistema ta’ spezzjonar;

    Billi l-miżuri li għalihom hemm dispożizzjoni f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitati referut fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru. 2092/91,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    It-test ta’ l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru. 2092/91 hu kompletat kif ġej:

    "Annimali u prodotti ta’ l-annimali

    Sakemm tiġi adottata l-proposta rreferuta fl-Artikolu 1(2), u għall-iskop ta’ preparazzjoni ta’ ingredjenti referuti fl-Artikolu 5(3)(a), l-annimali għandhom jitkabbru skond ir-regoli nazzjonali eżistenti, jew fin-nuqqas ta’ dan, skond prattiki magħrufin internazzjonalment li jikkonċernaw it-tkabbir ta’ bhejjem b’mod organiku."

    L-Artikolu 2

    It-test ta’ l-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru. 2092/91 hu emendat kif ġej:

    1. it-test ta’ punt A, 4 hu kompletat bl-inċiż segwenti:"Fejn l-unità nnifisha tipproċessa l-prodott agrikolu tagħha, il-kontijiet iridu jikkontjenu l-informazzjoni kif referuta f’ punt B, 2, tielet sing ta’ dan l-Anness,";

    2. it-test ta’ punt B, 6 hu kompletat bis-segwenti:"Meta jirċevi prodott kif referut fl-Artikolu 1, l-operatur għandu jiċċekkja l-għeluq ta’ l-imballaġġjar jew il-kontenitur u l-preżenza ta’ indikazzjonijiet referuti f punt A, 8 ta’ dan l-Anness. Ir-riżultat ta’ din il-verifika għandu jkun espliċitament imniżżel fil-kontijiet referuti f punt B, 2. Fejn il-kontroll iħalli kwalunkwe dubju li l-prodott konċernat ġie minn operatur suġġett għas-sistema ta’ spezzjonar provdut fl-Artikolu 9, jista biss jitpoġġa fl-ipproċessar jew l-imballeġġjar wara l-eliminazzjoni ta’ dak id-dubju."

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, fil-15 ta’ Ġunju 1992,

    Għall-Kummissjoni

    Ray Mac Sharry

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 198, tat-22.7.1991, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top