EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992L0115

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/115/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li temenda għall-ewwel darba d-Direttiva 88/344/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward is-solventi ta’ l-estrazzjoni użati fil-produzzjoni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel u ta’ l-ingredjenti ta’ l-ikel

ĠU L 409, 31.12.1992, p. 31–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/06/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/115/oj

31992L0115



Official Journal L 409 , 31/12/1992 P. 0031 - 0032


ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/115/KEE

tas-17 ta' Diċembru 1992

li temenda għall-ewwel darba d-Direttiva 88/344/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward is-solventi ta' l-estrazzjoni użati fil-produzzjoni ta' l-oġġetti ta' l-ikel u ta' l-ingredjenti tal-ikel

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni (1),

F'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew (2),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (3),

Billi l-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 88/344/KEE (4) jipprovdi illi fi żmien sentejn mill-adozzjoni ta' dik id-Direttiva l-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-Kumitat Xjentifiku ta' l-Ikel, teżamina mill-ġdid id-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-solventi fl-Anness u mal-Methyl-propan-2-ol u tipproponi l-emendi meħtieġa;

Billi bħala parti minn din l-emenda l-Kunsill għandu jiddeċiedi jekk ir-residwi tas-solventi ta' l-estrazzjoni fil-Parti III ta' l-Anness għandhomx jirreferu għat-taħwir milli għall-oġġetti ta' l-ikel;

Billi, tliet snin wara l-adozzjoni tad-Direttiva 88/344/KEE, il-Kummissjoni għandha tissottometti kull proposta addatta lill-Kunsill għal uħud mis-solventi fl-Artikolu 2(6), s'issa rregolati biss bil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali;

Billi l-Kumitat Xjentifiku ta' l-Ikel ikkunsidra mill-ġdid is-solventi kollha ta' l-estrazzjoni msemmija f'dik id-Direttiva fl-1990 u fl-1991 bil-għan li jibdel id-doża temporanja aċċettabbli ta' kuljum (ADIs) stabbilita fl-1981 bi stimi permanenti; billi dan mhux dejjem kien possibbli, għaliex it-tagħrif addatt, għalkemm mitlub, ma ġiex ipprovvdut; billi fuq il-bażi tat-tagħrif irċevut, il-Kumitat Xjentifiku ta' l-Ikel iddeċieda li jikkonferma l-aċċettazzjoni tiegħu jew li jżomm l-istatus temporanju tiegħu jew li jirtira l-approvazzjoni temporanja ta' qabel tiegħu, skond is-sustanza ikkonċernata,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva 88/344/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 1:

(a) is-subparagrafu li ġej għandu jiġi miżjud mal-paragrafu 1:

"Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet adottati skond regoli aktar speċifiċi Komunitarji.";

(b) Il-paragrafu 2 għandu jiġi mħassar;

2. fl-Artikolu 2, il-paragrafi 5 u 6 għandhom jiġu mħassra;

3. l-Anness għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) FIL-PARTI I:

- in-nota 2 li ġejja li tinsab fil-qiegħ tal-paġna għandha tiġi miżjuda ma' l-Aċetone:

"(2) L-użu ta' l-Aċetone fir-raffinament taż-żejt taż-żebbuġa-pomaċja huwa pprojbit.";

(b) FIL-PARTI II:

- is-solventi methanol u l-Propan-2-ol għandhom jiġi miżjuda għall-użi kollha ma' kontenut massimu tar-residwi ta' 10mg/kg,

- in-nota 1 li tinsab fil-qiegħ tal-paġna għandha tiġi kkompletata bis-sentenza li ġejja:

"L-użu kkombinat ta' l-Ekżane u ta' l-Etilmetilketone huwa pprojbit.",

- in-nota 2 fil-qiegħ tal-paġna għandha tiġi mħassra. Fit-tielet kolonna, il-presenza ta' 10mg/kg rigward id-Diklorometan fil-kafè inkaljat, għandha tiġi mibdula bil-presenza ta' "2 mg/kg",

- in- nota 2 li ġejja li tinsab fil-qiegħ tal-paġna għandha tiġi miżjuda ma' l-Etilmetilketon:

"(2) Il-preżenza ta' l-n-Ekżane f'dan is-solvent m'għandhiex taqbeż il-50 mg/kg. Dan is-solvent m'għandux jintuża f'kombinazzjoni ma' l-Ekżane.";

(ċ) FIL-PARTI III:

- Iċ-Ċikloekżane, l-Isobutan, u n-nota fil-qiegħ tal-paġna għandhom jiġu mħassra,

- il-presenza ta' 0.1mg/kg rigward id-Diklorometan għandha tiġi mibdula bil-preżenza ta' 0,02 mg/kg,

- il-Propan-1-ol għandu jiġi miżjud, b'limitu massimu ta' residwi ta' 1 mg/kg,

- għandha tiġi miżjuda nota fil-qiegħ tal-paġna ma' l-Ekżane u l-Etilmetilketon fil-paġna li tiġi wara:

"(1) L-użu kkombinat ta' dawn iż-żewġ solventi huwa pprojbit."

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jemendaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom hekk illi:

- jippermettu l-kummerċ fil-prodotti li jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 1993,

- jipprojbixxu l-kummerċ fil-prodotti li ma jikkonformawx ma' din id-Direttiva b'effett mill-1 ta' Jannar 1994

Għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b'dan.

2. Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri riferiti fil-paragrafu 1, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Diċembru 1992.

Għall-Kunsill

Il-President

R. NEEDHAM

1 ĠU C 11, tas-17.1.1992, p. 5.

2 ĠU C 94, tat-13.4.1992, p. 158 u ĠU C 337, tal-21.12.1992.

3 ĠU C 223, tal-31.8.1992, p. 23.

4 ĠU L 157, ta' l-24.6.1988, p. 28.

Top