Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992L0089

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/89/KEE tat-3 ta’ Novembru 1992 li temenda l-ewwel Anness għar-Raba’ Direttiva 73/46/KEE li twaqqaf il-metodi ta’ l-analiżi tal-Komunità għall-kontroll uffiċjali ta’ l-għalf ta’ l-annimali

ĠU L 344, 26.11.1992, pp. 35–37 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/08/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0152

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/89/oj

31992L0089



Official Journal L 344 , 26/11/1992 P. 0035 - 0037
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 46 P. 0039
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 46 P. 0039


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/89/KEE

tat-3 ta’ Novembru 1992

li temenda l-ewwel Anness għar-Raba’ Direttiva 73/46/KEE li twaqqaf il-metodi ta’ l-analiżi tal-Komunità għall-kontroll uffiċjali ta’ l-għalf ta’ l-annimali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/373/KEE ta’ l-20 ta’ Lulju 1970 dwar l-introduzzjoni ta’ metodi ta’ l-għażla tal-kampjuni u l-analiżi għall-kontroll uffiċjali ta’ l-għalf ta’ l-annimali [1], kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,

Billi r-Raba’ Direttiva tal-Kummissjoni 73/46/KEE [3], kif emendata mid-Direttiva 81/680/KEE [4], tippreskrivi l-metodu li għandu jiġi użat sabiex ikun stabbilit il-fibra mhux maħduma;

Billi hemm raġunijiet sabiex tadotta dan il-metodu fid-dawl ta’ l-avvanzi fl-għerf xjentifiku u tekniku; billi huwa tal-parir, b’mod partikolari, sabiex tqis id-disposizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 80/1107/KEE tas-27 ta’ Novembru 1980 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma’ l-esposizzjoni għall-aġenti kimiċi, fiżiċi u bijoloġiċi fuq ix-xogħol [5], kif emendata mid-Direttiva 88/642/KEE [6], u b’mod partikolari, il-miżuri meħuda sabiex tkun evitata l-esposizzjoni għall-asbestos;

Billi huwa minn hawn ’il quddiem meħtieġ li tibdel l-asbestos ma’ kontenituri tal-ħġieġ sabiex ikunu mwettqa l-proċeduri ta’ filtrazzjoni;

Billi l-miżuri provduti f’din id-Direttiva huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija ta’ l-għalf ta’ l-annimali,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 73/46/KEE huwa hawnhekk emendat b’mod konformi ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 1993 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw mad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni fil-pront.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, (dawn il-miżuri) għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-riferenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-riferenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-3 ta’ Novembru 1992.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 170, tat-3.8.1970, pġ. 2.

[2] ĠU L 362, tal-31.12.1985, pġ. 8.

[3] ĠU L 83, tat-30.3.1973, pġ. 21.

[4] ĠU L 246, tad-29.8.1981, pġ. 32.

[5] ĠU L 327, tat-3.12.1980, pġ. 8.

[6] ĠU L 356, ta’ l-24.12.1988, pġ. 74.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Anness I, l-ewwel punt,

"L-għarfien tal-fibra mhux maħduma"

huwa mibdul minn dawn li ġejjin:

"L-GĦARFIEN TAL-FIBRA MHUX MAĦDUMA

1. L-għan u l-iskop

Dan il-metodu jagħmilha possibbli sabiex jiġu stabbiliti s-sustanzi organiċi neqsin mix-xaħam fl-għalf ta’ l-annimali li ma jinħallux fil-medja ta’ l-aċidu u l-alkalin u li huma konvenzjonalment deskritti bħala ħajt krudi.

2. Il-Prinċipju

Il-kampjun, bix-xaħam imneħħi fejn meħtieġ, huwa trattat suċċessivament ma’ soluzzjonijiet bil-fwar ta’ aċidu sulfuriku u l-idrossidu tal-potassju. Il-fdalijiet huma sseparati mill-filtrazzjoni bl-użu ta’ filtru ta’ ħġieġa sinterita maħsula, ixxuttata, miżuna u magħmula rmied bejn 475 u 500 °C. It-telf ta’ użin li jirriżulta mill-proċess ta’ l-irmied jikkorrispondi mal-ħajt krudi li huwa preżenti fit-test tal-kampjun.

3. Reaġenti

3.1. Aċidu sulfuriku, c = 0,13 mol/l.

3.2. Aġenti għal kontra r-ragħwa (eż. n-octanol).

3.3. Għajnuna lill-filtru (Celite 545 jew ekwivalenti), imsaħħna fuq 500 °C għal erba’ sigħat.

3.4. Aċetoni

3.5. Petrolju ħafif li jgħali bejn 40 u 60 °C.

3.6. Aċidu idro-kloriku, c = 0,5 mol/l.

3.7. Is-soluzzjoni idrossida tal-potassju, c = 0,23 mol/l.

4. Apparat

4.1. L-unità tas-sħana għal diġestjoni ma’ aċidu sulfuriku jew soluzzjoni idrossida tal-potassju, armat b’appoġġ għal filtru (4.2) u provvdut b’tubu miftuħ li jkollu tapp mal-ftuħ tal-likwidu u l-vakwu, possibbilment b’arja kompressa. Qabel ma tintuża kuljum l-unità għandha tiġi msaħħna minn qabel b’ilma jagħli għal ħames minuti.

4.2. Filtru tal-ħġieġ ma’ platt b’filtru tal-ħġieġ fjusjat u sinterizzat bid-daqs bejn 40-90μm. Qabel l-ewwel użu, saħħan sa 500 °C għal ftit minuti u berred (8.6).

4.3. Ċilindru ta’ mill-inqas 270ml b’kondensatur reflux, adatt għall-għali.

4.4. Forn mnixxef b’ thermostat.

4.5. Forn mgħotti b’ thermostat.

4.6. Unita’ ta’ estrazzjoni li tikkonsisti minn platt ta’ appoġġ għal filtru (4.2) u b’pajp ta’ l-iżvujtar b’tapp għall-vakwu u għall-ftuħ tal-likwidu.

4.7. Iċ-ċrieket li jingħaqqdu sabiex tkun tista’ tiġi mgħaqqda l-unità tas-sħana (4.1), il-griġjol (4.2) u ċ-ċilindru (4.3) u biex tgħaqqad l-unità kiesħa ta’ l-estrazzjoni (4.6) u l-griġjol.

5. Il-Proċedura

Iżen sa l-eqreb 0,001g, 1g tal-kampjun imħejji u poġġi fil-griġjol (4.2), (ara l-osservazzjonijiet 8.1, 8.2, u 8.3) u żied 1g ta’ għajnuna lill-filtru (3.3).

Għaqqad l-unità tas-sħana (4.1) u l-filtru (4.2), u wara ehmeż iċ-ċilindru (4.3) lill-griġjol. Ferra’ 150 ml ta’ aċidu sulfuriku jagħli (3.1) ġewwa ċ-ċilindru magħqud u l-griġjol u jekk meħtieġ żid ftit qtar ta’ aġenti għal kontra r-ragħwa (3.2).

Ġib il-likwidu għall-għali bejn 5 +2 minuti u għalli bil-qawwa għal 30 minuta.

Iftaħ it-tapp għall-pajp tal-ftuħ (4.1) u, bil-vakwu, iffiltra l-aċidu sulfuritiku minn filtru tal-griġjol u aħsel il-fdalijiet bi tliet porzjonijiet konsekuttivi ta’ 30ml ta’ ilma jagħli, u tiżgura li l-fdalijiet huma ffiltrati nixfin wara kull ħasla.

Agħlaq it-tapp ta’ ftuħ u ferra’ 150ml tas-soluzzjoni tagħli ta’ potassju idrossidu (3.7) liċ-ċilindru magħqud u lill-griġjol u żied ftit qatriet ta’ aġenti kontra r-ragħwa (3.2). Ġib il-likwidu sal-punt li jagħli bein 5 2 minuti u għalli bis-saħħa għal 30 minuta. Agħmel filtru u rrepeti l-proċedura tal-ħasil użat għall-aċidu sulfuriku.

Wara l-aħħar ħasla u nixfa, skonnettja l-griġjol u l-kontenuti tagħha u erġa’ ikkonnettjaha ma’ l-unità ta’ estrazzjoni kiesħa (4.6). Applika l-vakwu u aħsel il-fdalijiet fil-griġjol bi tliet porzjonijiet konsekuttivi ta’ 25ml ta’ aċetoni (3.4) u li tiżgura li l-fdalijiet huwa ffiltrati nixfin wara kull ħasla.

Nixxef il-griġjol għal użin kostanti fil-forn fuq 130 °C. Wara kull nixfa berred fid-dessikatur u iżen mill-ewwel. Poġġi l-griġjol ġewwa forn mgħotti u għamel f’irmied għal użin kostanti bejn 475 u 500 °C għal mill-inqas 30 minuta.

Agħmel test vojt mingħajr il-kampjun.

It-telf fl-użin li jirriżulta mill-irmied ma għandux ikun aktar minn 4 mg.

6. Il-kalkoli tar-riżultati

Il-kontenut tal-fibra mhux maħduma bħala persentaġġ tal-kampjun huwa mogħti mill-espressjoni:

× 100

a

fejn

a = il-massa tal-kampjun fi grammi;

b = it-telf ta’ massa li ssir irmied matul id-determinazzjoni, fi grammi;

c = it-telf ta’ massa li jsir irmied matul it-test vojt, fi grammi.

7. L-abbiltà għat-tennija

Id-differenza bejn iż-żewġ determinazzjonijiet mtellgħa fuq l-istess kampjun ma għandhiex tkun aktar minn:

- 0,3 fil-valur assolut għall-kontenuti tal-fibra kruda anqas minn 10 %,

- 3 % relattiv lill-ogħla riżultat, għall-kontenuti tal-fibra mhux maħduma daqs jew aktar minn 10 %.

8. Osservazzjonijet

8.1. L-għalf ta’ l-annimali li jkun fih aktar minn 10 % ta’ xaħam mhux maħdum għandu jkollu x-xaħam imneħħi qabel l-analiżi tal-petrolju ħafif (3.5). Għaqqad il-griġjol tal-filtru (4.2) u l-kontenuti tagħha ma’ l-estrazzjoni kiesħa ta’ l-unità (4.6) u applika l-vakwu u aħsel il-fdalijiet bi tliet porzjonijiet konsekuttivi ta’ 30ml ta’ petrolju ħafif, u tiżgura li l-fdalijiet huma nixfin. Għaqqad il-griġjol u l-kontenuti tiegħu ma’ l-unità tas-sħana (4.1) u kompli kif deskritt skond 5.

8.2. It-tgħam ta’ l-annimali li jkollu fih xaħmijiet li ma jistgħux ikunu estratti direttament mill-pitrolju ħafif (3.5) għandhom ikollhom ix-xaħam imneħħi kif muri fi 8.1 u għandu jerġa’ jkollhom ix-xaħam imneħħi wara l-għali ma’ l-aċidu.

Wara l-għali ma’ l-aċidu u t-taħsil sussegwenti għaqqad il-griġjol u l-kontenuti tiegħu ma’ l-unità kiesħa ta’ l-estrazzjoni (4.6) u aħsel għal tliet darbiet bi 30ml aċetoni segwiti minn tliet ħasliet oħra bi 30ml ta’ petrolju ħafif. Iffiltra bil-vakwu sakemm ikun niexef u kompli l-analiżi kif deskritt skond 5, billi tibda mit-trattament tal-potassju idrossidu.

8.3. Jekk it-tgħam ta’ l-annimali jkollu fih aktar minn 5 % ta’ karbonati, espressi bħala karbonati tal-kalċju, għandek tgħaqqad il-griġjol (4.2) mal-kampjun ta’ l-użin lill-unità tas-sħana (4.1). Aħsel il-kampjun għal tliet darbiet bi 30ml ta’ aċidu idrokloriku (3.6). Wara kull żieda ħalli l-kampjun għal xi minuta qabel ma’ tiffiltra. Aħsel darba bi 30ml ilma u mbagħad kompli kif deskritt skond 5.

8.4. Jekk huwa użat apparat bil-forma wieqfa (bosta griġjoli mehmuża ma’ l-istess unità tas-sħana) l-ebda determinazzjoni individwali fuq l-istess kampjun għall-analiżi tista’ tkun mtellgħa fl-istess serje.

8.5. Jekk wara l-għali huwa diffiċli li tiffiltra s-soluzzjonijiet aċidiċi u bażiċi, uża arja kkompressata minn pajp ta’ l-iżvujtar ta’ l-unità tas-sħana u mbagħad kompli ffiltra.

8.6. It-temperatura għall-irmied ma għandhiex tkun aktar minn 500 °C sabiex tkun tista’ testendi l-ħajja tal-griġjoli ffiltrati tal-ħġieġ. Għandha tingħata l-kura meħtieġa sabiex jkun evitat ix-xokk eċċessiv tas-sħana matul iċ-ċikli tas-sħana u tal-kesħa."

--------------------------------------------------

Top