EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992L0060

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/60/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1992 li temenda d-Direttiva 90/425/KEE li tikkonċerna l-ispezzjonijiet veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u ta’ prodotti bil-għan li jiġi kkompletat is-suq intern

ĠU L 268, 14.9.1992, p. 75–76 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32017R0625

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/60/oj

31992L0060



Official Journal L 268 , 14/09/1992 P. 0075 - 0076
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 45 P. 0074
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 45 P. 0074


ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/60/KEE

tat-30 ta' Ġunju 1992

li temenda d-Direttiva 90/425/KEE li tikkonċerna l-ispezzjonijiet veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċerti annimali ħajjin u ta' prodotti bil-għan li jiġi kkompletat is-suq intern

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ([1]),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ([2]),

Billi l-Komunità se tadotta miżuri maħsuba biex jistabbilixxu s-suq intern b'mod progressiv matul perjodu li jiskadi fil-31 ta' Diċembru 1992;

Billi d-Direttiva 90/425/KEE ([3]) tipprovdi li l-ispezzjonijiet veterinarji fuq ċerti annimali ħajjin u fuq prodotti ġejjin mill-annimali m'humiex se jsiru aktar fuq il-fruntieri interni tal-Komunità;

Billi, minn mindu adotta d-Direttiva 90/425/KEE, il-Kunsill iffissa l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' l-ispezzjonijiet veterinarji fuq l-annimali ħajjin u fuq il-prodotti ġejjin mill-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi; billi, f'dan ir-rigward, għandha titqies id-Direttiva tal-Kunsill 70/675/KEE ta' l-10 ta' Diċembru 1990, li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' l-ispezzjonijiet veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi ([4]) u d-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' l-ispezzjonijiet veterinarji fuq l-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE ([5]);

Billi r-raba' paragrafu ta' l-Artikolu 21 ta' Direttiva 90/452/KEE jipprovdi għall-inklużjoni fl-ambitu tad-Direttiva msemmija, u tad-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 li tikkonċerna l-ispezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-għan li jiġi kkompletat is-suq intern ([6]) ta' l-annimali ħajjin u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali mhux koperti mid-Direttivi msemmija;

Billi l-Artikolu 25 tad-Direttiva 90/425/KEE jistipula li l-arranġamenti li għandhom jgħoddu meta jiskadu d-disposizzjonijiet transitorji previsti fl-Artikolu 24 għandhom jiġu stabbiliti; billi, f'dan ir-rigward, għandu jitqies il-progress li jkun seħħ fil-Komunità rigward kemm l-adozzjoni ta' regoli li jikkonċernaw l-annimali ħajjin u l-prodotti li ġejjin mill-annimali minn pajjiżi terzi u l-armonizzazzjoni tal-miżuri li jikkontrollaw il-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer u d-deni tal-ħnieżer, speċifikament id-Direttiva tal-Kunsill 90/423/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li temenda d-Direttiva 85/511/KEE li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer, id-Direttiva 64/432/KEE dwar il-problemi tas-saħħa ta' l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali tal-fart u l-ħnieżer u d-Direttiva 72/462/KEE dwar il-problemi ta' l-ispezzjoni sanitarja u veterinarja waqt l-importazzjoni ta' l-annimali tal-fart u l-ħnieżer u l-laħam frisk jew il-prodotti ġejjin mil-laħam minn pajjiżi terzi ([7]) u d-Direttiva tal-Kunsill 91/685/KEE tal-11 ta' Diċembru 1991 li temenda d-Direttiva 80/217/KEE li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer ([8]);

Billi, partikolarment fid-dawl tal-progress li sar bl-armonizzazzjoni tar-regoli veterinarji, għandha ssir disposizzjoni għall-abolizzjoni, mill-1 ta' Lulju 1992, ta' spezzjonijiet veternarji li jsiru fuq il-fruntieri interni fuq l-annimali ħajjin kollha u fuq il-prodotti ġejjin mill-annimali;

Billi, madankollu, għandha ssir disposizzjoni għal regoli speċifiċi li jikkonċernaw l-ispezzjonijiet veterinarji applikabbli għall-movimenti ta' annimali domestiċi li jkunu akkompanjati u taħt ir-responsabbiltà ta' persuna naturali, fejn dawn il-movimenti ma jkunux is-soġġett ta' tranżazzjoni kummerċjali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 90/425/KEE qiegħda b'hekk tiġi emendata kif ġej:

1. il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 1:

Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal spezzjonijiet veterinarji fuq movimenti ta' l-annimali domestiċi bejn Stati Membri li jkunu akkompanjati u taħt ir-responsabbiltà ta' persuna naturali, fejn dawn il-movimenti ma jkunux is-soġġett ta' tranżazzjoni kummerċjali.';

2. fl-Artikolu 7(2), 1 ta' Jannar 1993' għandha tinbidel u ssir 1 ta' Lulju 1992';

3. fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 21, il-kliem sal-31 ta' Diċembru 1992' għandhom jitħassru;

4. it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 21 għandu jinbidel b'dan li ġej:

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-kondizzjonijiet u l-proċeduri applikabbli fil-kummerċ ta' l-annimali u l-prodotti msemmija fl-ewwel paragrafu.';

5. l-aħħar sentenza tar-raba' paragrafu ta' l-Artikolu 21 għandha titħassar;

6. L-Artikolu 22 għandu jinbidel b'dan li ġej:

Artikolu 22

1. L-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni, bl-użu ta' mudell armonizzat, it-tagħrif relevanti li jikkonċerna l-ispezzjonijiet li jkunu saru skond din id-Direttiva.

2. Il-Kummissjoni għandha teżamina t-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 1 fil-Kumitat Veterinarju Permanenti. Din tista' tadotta miżuri approprjati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18.

3. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, b'mod partikolari l-frekwenza tal-komunikazzjoni tat-tagħrif, il-mudell li jrid jiġi wżat u t-tip ta' tagħrif meħtieġ, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18.';

7. L-Artikolu 24 għandu jinbidel b'dan li ġej:

Artikolu 24

Sal-31 ta' Diċembru 1992 sabiex tiġi permessa l-implimentazzjoni gradwali ta' l-arranġamenti għall-ispezzjoni stabbiliti minn din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu:

- spezzjonijiet dokumentarji matul it-trasport ta' l-annimali u tal-prodotti koperti mill-Annessi A u B jew importati minn pajjiżi terzi,

- spezzjonijiet veterinarji fuq il-post ta' natura mhux diskriminatorja matul it-trasport ta' l-annimali u tal-prodotti koperti mill-Anness B; ';

8. L-Artikolu 25 għandu jitħassar;

9. Il-parti A ta' l-Anness B għandha tinbidel b'dan li ġej:

A. Leġislazzjoni veterinarja - Annimali ħajjin oħra mhux koperti mill-Anness A.I.';

10. Il-parti B ta' l-Anness B għandha tinbidel b'dan li ġej:

B. Il-leġislazzjoni veterinarja - Semen, bajd u embrijoni mhux koperti mill-Anness A.I.'

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva fl-1 ta' Lulju 1992. Dawn għandhom mill-ewwel jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan.

Meta dawn il-miżuri jiġu adottati mill-Istati Membri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ewlenija tal-liġi domestika li jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, it-30 ta' Ġunju 1992.

F'isem il-Kunsill

Il-President

Arlindo MARQUES CUNHA

[1] ĠU Ċ 122, 14.5.1992, p. 18.

[2] ĠU Ċ 176, 13.7.1992.

[3] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Emendata l-aħħar mid-Direttiva 91/628/KEE (ĠU L 340, 11.12.1991, p. 17).

[4] ĠU L 373, 31.12.1990, p. 1.

[5] ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

[6] ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

[7] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 13.

[8] ĠU L 377, 31.12.1991, p. 1.

Top