Vælg de eksperimentelle funktioner, som du ønsker at prøve

Dette dokument er et uddrag fra EUR-Lex

Dokument 31992L0023

    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/23/KEE tal-31 ta’ Marzu 1992 li tirrigwarda t-tyresta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom kif ukoll għat-twaħħil tagħhom

    ĠU L 129, 14.5.1992, s. 95–153 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Dokumentets juridiske status Ikke længere i kraft, Gyldighedsperiodens slutdato: 31/10/2017; Imħassar b' 32009R0661

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/23/oj

    31992L0023



    Official Journal L 129 , 14/05/1992 P. 0095 - 0153
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 22 P. 0136
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 22 P. 0136


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    92/23/KEE

    tal-31 ta’ Marzu 1992 li tirrigwarda t-tyresta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom kif ukoll għat-twaħħil tagħhom

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

    Wara li kkonsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

    F’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Socjali [3],

    Billi għandhom jiġu adottati miżuri sabiex gradwalment jiġi stabbilit is-suq intern matul perjodu li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 1992; billi s-suq intern jikkostitwixxi entità mingħajr fruntieri interni li fiha għandu jiġi ggarantit il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital;

    Billi l-metodu ta’ armonizzazzjoni totali huwa essenzjali biex is-suq intern jinkiseb b’mod sħiħ;

    Billi dan il-metodu għandu jiġi wżat meta ssir ir-reviżjoni tal-proċedura kollha ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, filwaqt li jitqies l-ispirtu tar-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 1985 li tikkonċerna approċċ ġdid għall-kwistjoni ta’ l-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni;

    Billi l-ħtiġiet tekniċi li għandhom jissodisfaw il-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom skond il-liġijiet nazzjonali jikkonċernaw, fost oħrajn, it-tyres pnewmatiċi;

    Billi dawn il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor; billi għaldaqstant jeħtieġ li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet ma’ jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom sabiex jippermettu, b’mod partikolari, li l-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/403/KEE [5], tiġi introdotta fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura;

    Billi, r-regoli dwar it-tyres għandhom jistabbilixxu ħtiġiet komuni li jikkonċernaw mhux biss il-karatteristiċi tagħhom imma wkoll il-ħtiġiet għat-tagħmir ta’ vetturi u l-karrijiet tagħhom fir-rigward tat-tyres tagħhom;

    Billi, konsegwentement, għandha tiġi stabbilita proċedura komuni għall-ħruġ tal-marka tal-KEE għal kull tip ta’ tyre li jikkonforma mal-karatteristiċi u mal-ħtiġiet ta’ testjar komuni; billi, fuq livell Komunitarju, sabiex jiġi żgurat il-moviment liberu tat-tyres, il-konformità tat-tyres mal-ħtiġiet komuni tiġi assigurata bit-twaħħil fuq kull tyre tal-marka tal-KEE li tkun ġiet mogħtija lill-manifattur skond il-proċedura msemmija hawn fuq; billi sabiex jiċċekkja l-konformità tat tyres mal-ħtiġiet komuni kull Stat Membru jista’ jagħmel kontrolli f’kull mument; billi, fil-każ ta’ dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità, l-Istati Membri jeħtiġilhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw il-konformità tat-tyres mal-ħtiġiet; billi dawn il-miżuri jistgħu jirriżultaw fl-irtirar tal-marka tal-KEE imsemmija hawn fuq;

    Billi huwa mixtieq li jiġu kkonsidrati l-ħtiġiet tekniċi adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Regolament tagħha Nru 30 (‘Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ tyres pnewmatiċi għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom’) kif emendat [6], u fir-Regolament tagħha Nru 54 (‘Dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni ta’ tyres pnewmatiċi għall-vetturi kummerċjali u l-karrijiet tagħhom’) [7] u fir-Regolament tagħha Nru 64 (‘Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi mgħammra b’roti/tyressprre għall-użu temporanju’) [8], li huma annessi mal-Ftehim tal-20 ta’ Marzu 1958 li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ kondizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku ta’ l-approvazzjoni tat-tagħmir u tal-partijiet ta’ vetturi bil-mutur;

    Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali li jikkonċernaw vetturi bil-mutur tinvolvi r-rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri tal-kontrolli mwettqa minn kull wieħed minnhom fuq il-bażi tal-ħtiġiet komuni,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:

    - ‘tyre’ ifisser kull tyre pnewmatiku ġdid maħsub għat-tagħmir ta’ vetturi li għalihom tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE;

    - ‘vettura’ tfisser kull vettura li għaliha tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE;

    - ‘ manifattur’ ifisser id-detentur ta’ l-isem kummerċjali jew trade mark tal-vetturi jew tat-tyres.

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent skond il-kondizzjonijiet ta’ l-Anness I għal kull tip ta’ tyre li jissodisfa l-ħtiġiet ta’ l-Anness II u għandhom jagħtu numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent kif speċifikat fl-Anness I.

    2. L-Istati Membri għandhom jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KEE għal vettura, fir-rigward tat-tyres tagħha skond il-kondizzjonijiet fl-Anness III, għal kull vettura li t-tyres kollha tagħha (inkluz it-tyre spare, jekk ikun hemm ) jissodisfaw il-ħtiġiet fl-Anness II kif ukoll il-ħtiġiet f’dak li għandu x’jaqsam ma’ vetturi fl-Anness IV u għandhom jagħtu numru ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ vettura kif speċifikat fl-Anness III.

    Artikolu 3

    Fi żmien xahar mill-ħruġ jew mir-rifjut ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent (tyre) jew ta’ vettura, l-awtorità ta’ approvazzjoni ta’ Stat Membru għandha tibgħat kopja taċ-ċertifikat relevanti, li mudelli tiegħu jinsabu fl-Appendiċi ta’ l-Anness I u ta’ l-Anness III, lill-Istati Membri l-oħra, u jekk tiġi mitluba, għandha tibgħat ir-rapport tat-test fuq kull tip ta’ tyre approvat.

    Artikolu 4

    L-ebda Stat Membru ma jista’ jipprojbixxi jew jirristrinġi t-tqegħid fis-suq ta’ tyres li jġorru l-marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent.

    Artikolu 5

    L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali lil vettura għal raġunijiet relatati mat-tyres tagħha jekk dawn iġorru l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent u jekk dawn huma mwaħħla skond il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness IV.

    Artikolu 6

    L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ vettura għal raġunijiet relatati mat-tyres tagħha jekk dawn iġorru l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent u huma mwaħħla skond il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness IV.

    Artikolu 7

    1. Jekk fuq il-bażi ta’ ġustifikazzjoni ssostanzjata, Stat Membru jikkonsidra li tip ta’ tyre jew tip ta’ vettura huwa perikoluż għalkemm jikkonforma mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, jista’, fit-territorju tiegħu, provviżorjament jipprojbixxi l-marketing ta’ dak il-prodott jew jissuġġettah għal kondizzjonijiet speċjali. Għandu immedjatament jinforma b’dan lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni u jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

    2. Fi żmien sitt ġimgħat il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma’ l-Istati Membri kkonċernati u wara dan għandha tagħti l-opinjoni tagħha mingħajr dewmien u tieħu l-passi adatti.

    3. Jekk il-Kummissjoni tkun ta’ l-opinjoni li hemm bżonn ta’ adattamenti tekniċi għad-Direttivi, dawn l-adattamenti għandhom jiġu adottati jew mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10. F’dan il-każ, l-Istat Membru li jkun ħa miżuri ta’ salvagwardja jista’ jżommhom sakemm l-adattamenti jidħlu fis-seħħ.

    Artikolu 8

    1. L-Istat Membru li jkun ta approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent (tyre) jew ta’ vettura għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jivverifika, fejn ikun hemm bżonn, li l-mudelli tal-produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat safejn hu neċessarju u jekk hemm bżonn f’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet ta’ approvazzjoni ta’ l-Istati Membri l-oħra. Għal dan l-iskop, dan l-Istat Membru jista’ f’kull mument jivverifika l-konformità tat-tyres jew tal-vetturi mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva. Din il-verifika għandha tkun limitata għal kontrolli saltwarji.

    2. Jekk dan l-Istat Membru jsib illi numru ta’ tyres jew ta’ vetturi bl-istess marka ta’ approvazzjoni ma jikkonformawx mat-tip approvat, għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li l-mudelli tal-produzzjoni jikkonformaw. Fejn ikun hemm nuqqas konsistenti ta’ konformità, dawn il-miżuri jistgħu jestendu għall-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE. L-awtoritajiet imsemmija għandhom jieħdu l-istess miżura jekk ikunu informati mill-awtoritajiet ta’ approvazzjoni ta’ Stat Membru ieħor b’dan in-nuqqas ta’ konformità.

    3. L-awtoritajiet ta’ approvazzjoni ta’ l-Istati Membri għandhom fi żmien xahar jinnotifikaw lil xulxin, permezz tal-formola relevanti li tinsab fl-Appendiċi ta’ l-Anness I u ta’ l-Anness III, b’kull irtirar ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE u bir-raġunijiet għal din il-miżura.

    Artikolu 9

    Kull deċiżjoni li tittieħed skond id-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva li tiġi rrifjutata jew irtirata approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent għal tyre jew approvazzjoni tat-tip tal-KEE għal vettura f’dak li għandu x’jaqsam mat-tyres tagħha, li timplika projbizzjoni tal-marketing jew ta’ l-użu għandha tagħti fid-dettall ir-raġunijiet kollha li fuqhom hi bbażata. Kull deċiżjoni bħal din għandha tiġi nnotifikata lill-parti kkonċernata, li għandha fl-istess ħin tiġi informata bir-rimedji disponibbli għaliha taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u bil-limiti taż-żmien permessi għal dawn ir-rimedji.

    Artikolu 10

    Kull emenda neċessarja biex il-ħtiġiet ta’ l-Annessi jiġu adattati għall-progress tekniku għandha tiġi adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.

    Artikolu 11

    1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Lulju 1992 u għandhom minnufih jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkompanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

    Għandhom japplikaw dawn il-miżuri b’effett mill-1 ta’ Jannar 1993.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 12

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fil-31 ta’ Marzu 1992.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Vitor Martins

    [1] ĠU C 95, tat-12.4.1990, p. 101.<0}<0}

    [2] ĠU C 284, tat-12.11.1990, p. 81 u d-Deċiżjoni tat- 12.2.1992 (li għad ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] ĠU C 225, tal-10.9.1990, p. 9.

    [4] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

    [5] ĠU L 220, tat-8.8.1987, p. 44.

    [6] Id-dokument tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa E/ECE/324 (E3/ECE/TRANS/505) REV 1- ADD 29, ta’ l- 1.4.1975 u l-emendi tiegħu 01,02 u s-supplimenti.<0}

    [7] Id-dokument tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa E/ECE/324 (E/ECE/TRANS/505) REV 1- ADD 53 u s-supplimenti.

    [8] Id-dokument tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa E/ECE/324 (E/ECE/TRANS/505) REV 1- ADD 63 u s-supplimenti.

    --------------------------------------------------

    LIST OF ANNEXES

    ANNEX I | Administrative provisions for the component type-approval of tyres |

    Appendix 1 | Information document for a tyre |

    Appendix 2 | EEC component type-approval certificate for a tyre |

    ANNEX II | Requirements for tyres |

    Appendix 1 | Explanatory figure |

    Appendix 2 | List of symbols of load-capacity indices and corresponding maximum mass to be carried (kg) |

    Appendix 3 | Arrangement of tyre markings |

    Appendix 4 | Relationship between the pressure index and the units of pressure |

    Appendix 5 | Measuring rim, outer diameter and section width of tyres of certain size designations |

    Appendix 6 | Method of measuring tyre dimensions |

    Appendix 7 | Load/speed test procedure |

    Appendix 8 | Variation of load capacity index with speed; commercial-vehicle tyres radial and diagonal |

    ANNEX III | Administrative provisions for type-approval of vehicles with regard to the fitting of their tyres |

    Appendix 1 | Information document for a vehicle |

    Appendix 2 | EEC type-approval certificate for a vehicle |

    ANNEX IV | Requirements for vehicles with regard to the fitting of their tyres |

    --------------------------------------------------

    Op