This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31992L0022
Council Directive 92/22/EEC of 31 March 1992 on safety glazing and glazing materials on motor vehicles and their trailers
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/22/KEE tal-31 ta' Marzu 1992 dwar it-tqegħid tal-ħġieġ tas-sigurtà fit-twieqi u l-materjali tal-ħġieġ għat-tqegħid fit-twieqi fuq vetturi bil-mutur u fuq it-trailers tagħhom
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/22/KEE tal-31 ta' Marzu 1992 dwar it-tqegħid tal-ħġieġ tas-sigurtà fit-twieqi u l-materjali tal-ħġieġ għat-tqegħid fit-twieqi fuq vetturi bil-mutur u fuq it-trailers tagħhom
ĠU L 129, 14.5.1992, p. 11–94
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Imħassar b' 32009R0661
Official Journal L 129 , 14/05/1992 P. 0011 - 0094
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 22 P. 0052
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 22 P. 0052
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/22/KEE tal-31 ta' Marzu 1992 dwar it-tqegħid tal-ħġieġ tas-sigurtà fit-twieqi u l-materjali tal-ħġieġ għat-tqegħid fit-twieqi fuq vetturi bil-mutur u fuq it-trailers tagħhom IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], F'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi għandhom jiġu adottati miżuri bl-għan li jistabbilixxu b'mod progressiv is-suq intern fuq perjodu taż-żmien li jiskadi fil-31 ta' Diċembru 1992; billi s-suq intern jikkomprendi firxa mingħajr fruntieri interni li fiha jiġi żgurat il-moviment liberu tal-merkanzija, il-persuni, is-servizzi u l-kapital; Billi l-metodu ta' l-armonizzazzjoni totali jrid ikun essenzjali sabiex jinkiseb is-suq waħdieni għal kollox; Billi dan il-metodu jkollu jintuża fiż-żmien tar-reviżjoni tal-proċedura kollha ta' l-approvazzjoni tal-KEE skond it-tip, filwaqt li jitqies l-ispirtu tar-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 1985 li tirrigwarda approċċ ġdid għall-kwistjoni ta' l-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni teknika; Billi l-ħtiġiet li għandhom x'jaqsmu mat-tqegħid tal-ħġieġ tas-sigurtà fit-twieqi ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi huwa konsegwentment meħtieġ illi l-istess ħtiġiet jiġu adottati mill-Istati Membri kollha, jew b'żieda ma' jew minflok ir-regoli eżistenti, sabiex, b'mod partikolari, jippermettu l-implimentazzjoni, għal kull tip ta' vettura, tal-proċedura ta' l-approvazzjoni tal-KEE skond it-tip koperta bid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni skond it-tip tal-vetturi bil-mutur u t-trailers tagħhom [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/403/KEE [5]; Billi kull regola dwar il-ħġieġ tas-sigurtà għat-tqegħid fit-twieqi għandu jkollha mhux biss il-ħtiġiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-istruttura tiegħu iżda wkoll mat-twaħħil tiegħu fil-vetturi; Billi permezz ta' proċedura armonizzata għall-approvazzjoni skond it-tip tal-komponent tal-ħġieġ tas-sigurtà għat-tqegħid fit-twieqi, kull Stat Membru għandu jkun kapaċi li jikkonferma l-konformità mal-ħtiġiet komuni li għandhom x'jaqsmu mal-fabbrikazzjoni u t-testjar u li jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra dwar kull konferma minn dawn billi jibgħat kopja taċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni skond it-tip tal-komponent imħejji għal kull tip ta' ħġieġ tas-sigurtà għat-tqegħid fit-twieqi; billi t-twaħħil tal-marka ta' l-approvazzjoni tal-KEE skond it-tip tal-komponenti ma' kull tip ta' ħġieġ tas-sigurtà għat-tqegħid fit-twieqi li jikkonforma mat-tip li jkun ġie skond it-tip tal-komponent approvat ifisser illi t-testjar uffiċjali ta' dan it-tip ta' ħġieġ għat-tqegħid fit-twieqi fi Stati Membri oħra ma għadux iġġustifikat; Billi l-aspett tas-sigurtà tal-windscreens huwa speċjalment importanti ġaladarba illi, aktar milli fil-każ ta' tipi oħra ta' ħġieġ għat-tqegħid fit-twieqi, x'aktarx li jiġu ssoġġettati għal impatt vjolenti jew b'riżultat ta' kolliżjonijiet jew fejn ikun hemm xokkijiet esterni u jistgħu għalhekk ikunu l-kaġun ta' ferimenti gravi fuq il-ġisem; billi filwaqt li tiġi mmirata l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri, li d-differenzi ta' bejniethom li joħolqu ostakoli għall-kummerċ, is-soluzzjoni li trid tiġi adottata għandha tqis il-ħtiġiet tas-sigurtà tat-traffiku fuq it-triq u l-ħtieġa li dawn jiġu mtejba, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 1. L-Istati Membri għandhom japprovaw skond it-tip kull tip ta' ħġieġ tas-sigurtà għat-tqegħid fit-twieqi fl-iskop definit fit-Taqsima 1 ta' l-Anness I li jilħaq il-ħtiġiet strutturali u tat-testijiet. 2. L-Istati Membri għandhom jagħtu approvazzjoni skond it-tip tal-vettura sħiħa lil kull vettura li tikkonforma mal-ħtiġiet tat-twaħħil stabbiliti fl- Anness III. 3. L-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tal-KEE skond it-tip tal-komponent għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jivverifika, safejn u sakemm ikun meħtieġ u jekk ikun hemm il-ħtieġa f'kooperazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra, illi l-mudelli tal-produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat. L-Artikolu 2 L-applikazzjonijiet kollha għall-approvazzjoni tal-KEE skond it-tip tal-komponent għandhom isiru mill-fabbrikant jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fi Stat Membru. Dan l-Istat Membru għandu joħroġ lill-fabbrikant jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu marka ta' l-approvazzjoni tal-KEE skond it-tip tal-komponent skond l-intestaturi 4.4 sa 4.7 ta' l-Anness II għal kull tip ta' ħġieġ tas-sigurtà għat-tqegħid fit-twieqi u li huwa japprova skond it-tip skond l-Artikolu 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jipprevjenu l-użu ta' kull marka li tista toħloq konfużjoni bejn oġġetti ta' ħġieġ tas-sigurtà għat-tqegħid fit-twieqi li jkunu diġà ġew approvati għat-tip skond l-Artikolu 1. L-Artikolu 3 L-awtoritajiet kompetenti f'kull Stat Membru, għandhom, fi żmien xahar, jibagħtu lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra kopja taċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tal-KEE skond it-tip tal-komponent imħejji għal kull tip ta' ħġieġ tas-sigurtà għat-tqegħid fit-twieqi u rigward it-twaħħil tiegħu, għal kull tip ta' vettura li liha jagħtu approvazzjoni skond it-tip tal-vettura sħiħa. L-Artikolu 4 L-ebda Stat Membru ma jista' jipprojbixxi l-marketing jew l-użu ta' ħġieġ tas-sigurtà għat-tqegħid fit-twieqi għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kostruzzjoni tiegħu fejn dan il-ħġieġ ikun fih il-marka ta' l-approvazzjoni tal-KEE tat-tip tal-komponent. L-Artikolu 5 1. Jekk l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tal-KEE skond it-tip tal-komponent isib illi numru ta' oġġetti tal-ħġieġ tas-sigurtà għat-tqegħid fit-twieqi li jġorr l-istess marka ta' approvazzjoni skond it-tip tal-komponenti ma jikkonformax mat-tip approvat, għandu jieħu l-mużuri meħtieġa sabiex jiżgura illi l-mudelli tal-produzzjoni jikkonformaw ma' dan. L-awtoritajiet kompetenti ta' dan l-Istat għandhom jagħtu parir lil dawn l-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri meħuda, li jistgħu, fejn meħtieġ, jestendu għall-irtirar ta' l-approvazzjoni tal-KEE skond it-tip tal-komponent. L-awtoritajiet imsemmija għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk jiġu mgħarrfa mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor b'dan in-nuqqas ta' konformità. 2. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lil xulxin, fi żmien xahar, dwar kull irtirar ta' l-approvazzjoni tal-KEE skond it-tip tal-komponent, u dwar ir-raġunijiet għal din il-miżura. 3. Jekk l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tal-KEE skond it-tip tal-komponent jikkontesta n-nuqqas tal-konformità nnotifikata lilu, l-Istati Membri interessati għandhom jippruvaw isolvu l-kontestazzjoni. Il-Komunità għandha tinżamm imgħarrfa u għandha, fejn meħtieġ, tiftaħ konsultazzjonijiet approprjati bl-għan li tintlaħaq soluzzjoni. L-Artikolu 6 Kull deċiżjoni meħuda skond id-dispożizzjonijiet adottati fl-implementazzjoni ta' din id-Direttiva sabiex tiġi rrifjutata jew irtirata approvazzjoni skond it-tip tal-komponent, jew li tipprojibixxi l-bejgħ u l-użu, għandha tiddikjara fid-dettal ir-raġunijiet li fuqha tkun ibbażata. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-parti interessata, li għandha fl-istess ħin tiġi mgħarrfa dwar ir-rimedji disponibbli lilha fil-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru fil-kwistjoni u dwar il-limiti taż-żmien permessi sabiex jiġu eżerċitati dawn ir-rimedji. L-Artikolu 7 L-ebda Stat Membru ma jista' jirrifjuta l-approvazzjoni tal-KEE skond it-tip jew l-approvazzjoni nazzjonali skond it-tip ta' tip ta' vettura, jew jirrifjuta jew jipprojibixxi l-bejgħ, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta' vettura, għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ħġieġ tagħha tas-sigurtà għat-tqegħid fit-twieqi jekk dan iġorr il-marka ta' l-approvazzjoni tal-KEE skond it-tip tal-komponent u jekk ikun ġie mwaħħal skond il-ħtiġiet iddikjarati fl-Anness III. L-Artikolu 8 Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, "vettura" tfisser kull vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fuq it-triq, li għandha mill-inqas erba' roti u veloċità massima ddisinjata ta' aktar minn 25 km fis-siegħa kif ukoll it-trailer tagħha, bl-eċċezzjoni tal-vetturi li jimxu fuq il-binarji, il-vetturi tal-ġarr jew il-makkinarju agrikolu u tal-foresti, u l-impriżi u t-tagħmir tal-kostruzzjoni. L-Artikolu 9 Kull emenda meħtieġa sabiex tadatta l-ħtiġiet ta' l-Annessi mal-progress tekniku għandha tiġi adottata skond il-proċedura ddikjarata fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE. L-Artikolu 10 1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel l-1 ta' Lulju 1992 u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih bihom. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva u għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Ottubru 1992. 2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. L-Artikolu 11 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-31 ta' Marzu, 1992. Għall-Kunsill Il-President Vitor Martins [1] ĠU C 95, tat-12. 4. 1990, p. 1. [2] ĠU C 284, tat-12. 11. 1990, p. 80 u d-Deċiżjoni tat-12. 2. 1992 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU C 225, tal-10. 9. 1990, p. 9. [4] ĠU L 42, tat-23. 2. 1970, p. 1. [5] ĠU L 220, tat-8. 8. 1987, p. 44. -------------------------------------------------- IL-LISTA TA' L-ANNESSI L-ANNESS 1 | L-iskop u d-definizzjonijiet | L-ANNESS II | Il-ħġieġ għat-tqegħid fit-twieqi - il-ħtiġiet tal-kostruzzjoni u tat-testijiet, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-KEE skond it-tip tal-komponent, l-għoti tal-marka, l-approvazzjoni tal-KEE skond it-tip tal-komponent, l-emenda jew l-estensjoni ta' l-approvazzjoni tal-KEE skond it-tip tal-komponent, il-konformità mal-mudeli tal-produzzjoni u l-penali għan-nuqqas tal-konformità tal-produzzjoni | L-ANNESS II A | Il-kondizzjonijiet ġenerali tat-test | L-ANNESS II B | Il-windscreen ordinarju llaminat | L-ANNESS II Ċ | Il-windscreens magħmula minn ħġieġ illaminat ittrattat | L-ANNESS II D | Il-windscreen ta' ħġieġ tal-plastik | L-ANNESS II E | Il-formazzjoni ta' gruppi ta' windscreents għat-testijiet ta' l-approvazzjoni tal-KEE skond it-tip tal-komponent | L-ANNESS II F | Il-proċedura li L-L-Appendiċi 5 stabbiliti ż-żoni tat-testijiet fuq il-windscreens tal-vetturi tal-kategorija M1 f'relazzjoni mal-punti "V" | L-ANNESS II G | Il-proċedura sabiex jiġi stabbilt il-punt "H" u l-angolu veru tat-torso għall-pożizzjonijiet bilqiegħda tal-passiġġieri fil-vetturi bil-mutur | L-ANNESS II H | Il-ħġieġ għat-tqegħid fit-twieqi msaħħaħ b'mod uniformi | L-ANNESS II I | Il-ħġieġ illaminat għat-tqegħid fit-twieqi għajr għall-windscreens | L-ANNESS II I | Il-plastik għat-tqegħid fit-twieqi għajr għall-windscreens | L-ANNESS II K | Il-ħġieġ tas-sigurtà miksi bil-plastik għat-tqegħid fit-twieqi (fuq il-wiċċ ta' ġewwa) | L-ANNESS II L | Il-ħġieġ doppju għat-tqegħid fit-twieqi | L-ANNESS II M | Il-kejl ta' l-għoli tas-segment u tal-pożizzjoni tal-postijiet ta' l-impatt | L-ANNESS II N | Eżempji tal-marki ta' l-approvazzjoni tal-KEE skond it-tip tal-komponent | L-ANNESS II O | Il-kontrolli dwar il-konformità tal-produzzjoni | L-ANNESS II P | Il-kommunikazzjoni li tirrigwarda l-approvazzjoni tal-KEE skond it-tip tal-komponent / l-estensjoni ta' l-approvazzjoni tal-KEE skond it-tip tal-komponent / ir-rifjut ta' l-approvazzjoni tal-KEE skond it-tip tal-komponent jew il waqfien finali tal-produzzjoni ta' tip ta' ħġieġa tas-sigurtà | L-Appendiċi 1 | Il-windscreens tal-ħġieġ illaminat | L-Appendiċi 2 | Il-windscreens tal-ħġieġ tal-plastik | L-Appendiċi 3 | Ħġieġ imsaħħaħ b'mod uniformi | L-Appendiċi 4 | Ħġieġ illaminat għajr għall-windscreens | L-Appendiċi 5 | Ħġieġ tal-plastik għajr għall-windscreens | L-Appendiċi 6 | Unitajiet ta' ħġieġ doppju għat-tqegħid fit-twieqi | L-Appendiċi 7 | Il-kontenut tal-lista tal-windscreens | L-ANNESS III | Il-Vetturi - Il-ħtiġiet li jirrigwardaw it-twaħħil fil-vetturi tal-windscreens u l-ħġiġiet għajr għall-windscreens | L-Appendiċi | L-Anness maċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni skond it-tip tal-vettura rigward it-twaħħil tal-ħġieġ tas-sigurtà għat-tqegħid fit-twieqi | --------------------------------------------------