Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992D0563

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 1992 fuq id-database li tkopri l-ħtiġiet ta’ importazzjoni tal-Komunità, maħsuba mill-proġett Shift

    ĠU L 361, 10.12.1992, p. 45–45 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1992/563/oj

    31992D0563



    Official Journal L 361 , 10/12/1992 P. 0045 - 0045
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 46 P. 0116
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 46 P. 0116


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tad-19 ta’ Novembru 1992

    fuq id-database li tkopri l-ħtiġiet ta’ importazzjoni tal-Komunità, maħsuba mill-proġett Shift

    (92/563/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992, fuq il-kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri ta’ importazzjoni veterinarji (proġett Shift) li temenda d-Direttivi 90/675/KEE, 91/496/KEE, 92/628/KEE u d-Deċiżjoni 90/424/KEE, u li tħassar d-Deċiżjoni 88/192/KEE [1], u partikolarment l-Artikolu 12 tagħha,

    Billi, biex tkun stabbilita u jsir użu effiċjenti tad-database msemmija fl-Artikolu 4 u fl-Anness II (1) tad-Deċiżjoni Nru 92/438/KEE, jeħtieġ li jkunu speċifikati l-karatteristiċi, il-kontenut u l-kondizzjonijiet biex tkun stabbilita u tintuża din id-database;

    Billi l-iżvilupp tas-sistema ta’ l-utent għad-database tal-Komunità għandu jkun ir-responsabbilità tal-Kummissjoni, u għandu jqis is-sistemi operattivi użati fl-Istati Membri;

    Billi l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, "database tal-Komunità" għandha tfisser id-database li tkopri l-ħtiġiet ta’ importazzjoni tal-Komunità ta’ annimali ħajjin u prodotti ta’ l-annimali li jiġu minn pajjiżi terzi.

    2. Id-database tal-Komunità għandha tkun relazzjonali. L-utent għandu jkun jista’ jibbenefika minn aċċess rapidu u faċli għall-informazzjoni meħtieġa għall-verifiki.

    Artikolu 2

    Id-database tal-Komunità għandha tinkludi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni 92/438/KEE. Kif ukoll, għandha tinkludi l-kondizzjonijiet speċjali ta’ importazzjoni li japplikaw għal Stat Membru jew parti ta’ Stat Membru u ċerti stabbilimenti.

    Artikolu 3

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp tas-sistema ta’ l-utent għad-database tal-Komunità.

    2. L-iżvilupp msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi:

    - deskrizzjoni ta’ l-istruttura tad-database tal-Komunità,

    - id-definizzjoni u r-realizzazzjoni tal-funzjonamenti ta’ l-applikazzjoni teknika li huma meħtieġa għall-użu tagħha.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula f’Brussel, fid-19 ta’ Novembru 1992.

    Għall-Kummissjoni

    Ray Mac Sharry

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 243, 25.8.1992, p. 27.

    --------------------------------------------------

    Top