This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31991R3682
Commission Regulation (EEC) No 3682/91 of 17 December 1991 amending Regulation (EEC) No 2568/91 on the characteristics of olive oil and olive-residue oil and on the relevant methods of analysis
Ir<-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3682/91 tas-17 ta’ Diċembru 1991 li jemenda r-Regolament (KEE) nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi ta’ żejt taż-żebbuġa u ż-żejt tar-residwu taż-żebbuġ dwar il-metodi rilevanti ta’ analiżi
Ir<-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3682/91 tas-17 ta’ Diċembru 1991 li jemenda r-Regolament (KEE) nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi ta’ żejt taż-żebbuġa u ż-żejt tar-residwu taż-żebbuġ dwar il-metodi rilevanti ta’ analiżi
ĠU L 349, 18.12.1991, p. 36–36
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 23/11/2022; Impliċitament imħassar minn 32022R2104
Official Journal L 349 , 18/12/1991 P. 0036 - 0036
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 39 P. 0219
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 39 P. 0219
Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3682/91 tas-17 ta’ Diċembru 1991 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 dwar il-karatteristiċi ta’ żejt taż-żebbuġa u ż-żejt tar-residwu taż-żebbuġ dwar il-metodi rilevanti ta’ analiżi IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru 1966 dwar it-twaqqif ta’ l-organizzazzjonijiet komuni tas-suq taż-żjut u x-xaħmijiet [1], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1720/91 [2], u b’mod partikolari Artikolu 35a tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 [3] iddefinixxa l-karatteritiċi taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żejt tar-residwu taż-żebbug u l-metodi rilevanti ta’ l-analiżi; Billi perjodu ta’ żmien speċifiku kien meħtieg biex jigi implimentat il-metodu għall-valutar tal-karatteristiċi organolettiċi taż-żejt verġni, u b’mod partikolari biex jitwaqqfu panels ta’ nies li jduqu; billi dan il-perjodu irriżulta fil-prattika li mhux biżżejjed biex jassigura l-applikazzjoni uniformi ta’ dak il-metodu fl-Istati Membri kollha; billi għaldaqstant il-perjodu għandu jkun estiż sabiex jagħmel possibbli verifika finali tal-metodi li jivvalutaw id-diversi panels ta’ nies li jduqu; Billi l-miżuri mogħtija f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taż-Żjut u x-Xaħmijiet, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91, "1-1 ta’ Jannar 1992" jigi mibdul bl-"1 ta’ Novembru 1992". Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Diċembru 1991. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66. [2] ĠU L 162, tas-26.6.1991, p. 27. [3] ĠU L 248, tal-5.9.1991, p. 1. --------------------------------------------------