This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31991R3580
Council Regulation (EEC) No 3580/91 of 25 November 1991 on the application of Decision No 4/91 of the EEC-Jordan Cooperation Council amending, on account of the accession of Spain and Portugal to the European Communities, the Protocol concerning the definition of the concept of 'originating products' and methods of administrative cooperation
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3580/91 tal-25 ta' Novembru, 1991 dwar l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 4/91 tal-Kunsill ta' Koperazzjoni KEE-Ġordan li jemenda, minħabba l-adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall għall-Komunitajiet Ewropej, il-Protokoll dwar it-tifsira tal-kunċett prodotti li joriġinaw u l-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3580/91 tal-25 ta' Novembru, 1991 dwar l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 4/91 tal-Kunsill ta' Koperazzjoni KEE-Ġordan li jemenda, minħabba l-adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall għall-Komunitajiet Ewropej, il-Protokoll dwar it-tifsira tal-kunċett prodotti li joriġinaw u l-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva
ĠU L 345, 14.12.1991, p. 49–49
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 345 , 14/12/1991 P. 0049 - 0049
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3580/91 tal-25 ta' Novembru, 1991 dwar l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 4/91 tal-Kunsill ta' Koperazzjoni KEE-Ġordan li jemenda, minħabba l-adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall għall-Komunitajiet Ewropej, il-Protokoll dwar it-tifsira tal-kunċett "prodotti li joriġinaw" u l-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 ta' dan, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2573/87 tal-11 ta' Awissu, 1987 li jistabbilixxi l-arranġamenti ta' kummerċ bejn Spanja u l-Portugall minn naħa waħda, u l-Alġerija, l-Eġittu, il-Ġordan, il-Libanu, it-Tuneżija u t-Turkija minn naħa oħra [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 23 ta' dan, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 87/456/KEFA tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li jiltaqgħu fil-Kunsill tal-11 ta' Awissu, 1987 li jistabbilixxi l-arranġamenti ta' kummerċ bejn Spanja u l-Portugall minn naħa waħda u l-Alġerija, l-Eġittu, il-Ġordan, il-Libanu u t-Tuneżija minn naħa oħra fil-prodotti li jaqgħu taħt it-Trattat KEFA [2] jipprovdi għat-tibdil fir-regoli ta' oriġini li sar meħtieġ wara l-adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall u adottati mill-Kunsilli ta' Koperazzjoni jkunu japplikaw għall-prodotti murija f'dik id-Deċiżjoni; Billi, bis-saħħa ta' l-Artikolu 25 tal-Protokoll dwar it-tifsir tal-kunċett ta' "prodotti li joriġinaw" u l-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva, il-Kunsill ta' Koperazzjoni KEE-Ġordan adotta d-Deċiżjoni Nru 4/91 li temenda l-Protokoll biex tkun tagħti kont ta' l-adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall għall-Komunitajiet Ewropej; Billi huwa meħtieġ li tkun applikata d-Deċiżjoni Nru 4/91 fil-Komunità, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT Artikolu 1 Id-Deċiżjoni Nru 4/91 tal-Kunsill ta' Koperazzjoni KEE-Ġordan għandha tkun applikata fil-Komunità. It-test tad-Deċiżjoni huwa mehmuż ma' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li fih ikun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar, 1992. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 25 ta' Novembru, 1991. Għall-Kunsill Il-President J. M. M. Ritzen [1] ĠU L 250, ta' l-1.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 250, ta' l-1.9.1987, p. 112. --------------------------------------------------