Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991R3357

Ir-Regolament tal-kunsill (KEE) Nru 3357/91 tas-7 ta' Novembru 1991 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 918/83 li jistabilixxi sistema tal-Komunità ta' ħelsien mid-dazju doganali

ĠU L 318, 20.11.1991, pp. 3–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R1186

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1991/3357/oj

31991R3357



Official Journal L 318 , 20/11/1991 P. 0003 - 0006
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0096
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0096


Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3357/91

tas-7 ta' Novembru 1991

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 918/83 li jistabilixxi sistema tal-Komunità ta' ħelsien mid-dazju doganali

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi s-simplifikazzjomni amministrattiva li għaliha jipprovdi l-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (EEC) Nru 918/83 tat-28 ta' Marzu 1983 li jwaqqaf sistema tal-Komunità għall-ħelsien mid-dazju doganali ([1]), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 4235/88 ([2]), għandu, jekk għandu jkun effetiv, jiġi applikat għall-importazzjonijiet kollha ta' kunsinni magħmula minn oġġetti ta' valur negliġibbli;

Billi l-Artikolu 27 tar-Regolament (KEE) Nru 918/83 għandu jkun hekk emendat;

Billi d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 52 sa 57, 63a u 63b, u 72 sa 77 tar-Regolament (KEE) Nru 918/83 għandu jiġi rivedut fid-dawl ta' l-esperjenza biex jitneħħew kondizzjonijiet li huma għoljin u komplikati biex jiġu applikati u b'hekk jiġu faċilitati l-importazzjonijiet ta' l-oġġetti msemmija;

Bill l-kondizzjoni ta' non-ekwivalenza ta' prodotti tal-Komunità għandha għalhekk titneħħa, billi, fejn għada tiġi rejalment applikata, mhix isservi biex tipprovdi protezzjoni effettiva peress li tiġi tard wisq fil-proċess ta' l-iżvilupp ta' dawn il-prodotti, u billi l-implimenazzjoni tagħha hija mimlija b'nuqqas ta' qbil bejn l-esperti li jistgħu jiġu biss sensibilment solvuti billi bejn wieħed u ieħor sistematikament iċedu għall-interessi ta' l-importatur u billi jintgħaraf id-dritt tiegħu għall-ħelsien minħabba ċ-ċirkostanzi speċjali madwar l-importazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 918/83 qiegħed b'dan jiġi emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 27 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

L-Artikolu 27

Bla ħsara għall-Artikolu 28, kull kunsinna magħmula minn oġġetti ta' valur negliġibbli mibgħuta direttament minn pajjiż terz lil kunsinnatarju fil-Komunità għandha tiddaħħal ħielsa mid-dazju ta' importazzjoni.

"Oġġetti ta' valur negliġibbli" tfisser oġġetti li l-valur intrinsiku tagħhom ma jeċċedix total ta' ECU 22 kull kunsinna.'

2. L-Artikoli 52, 53 u 54 għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:

L-Artikolu 52

1. Bla ħsara għall-Artikoli 53, 54, 56, 57 u 58, strumenti u apparat xjentifiku li m'humiex inklużi fl-Artikolu 51 għandhom jiddaħħlu ħielsa mid-dazji ta' iimportazzjoni meta jkunu importati esklużivament għal għanijiet mhux kummerċjali.

2. Il-ħelsien li għalih jirreferi l-paragrafu 1 għandu jkun limitat għall-strumenti u apparat xjentifiku li jkunu maħsuba għal:

- jew stabilimenti pubbliċi prinċipalment okkupati f'riċerka edukattiva jew xjentifika u dawk id-dipartimenti ta' stabilimenti pubbliċi li huma prinċipalment marbuta f'riċerka edukattiva jew xjentifika,

- jew stabilimenti privati prinċipalment marbuta f'riċerka edukattiva jew xjentifika u approvata mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri biex jirċievu dawk l-oġġeti ħielsa mid-dazju.

Artikolu 53

Il-ħelsien għandu japplika wkoll għal:

(a)partijiet ta' rikambju, komponenti jew aċċessorji speċifikament addattati għal strumenti jew apparat xjentifiku, sakemm dawk il-biċċiet, komponenti jew aċċessorji jkunu importati fl-istess żmien bħal dawk l-istrumenti jew apparat jew, meta jiġu importati wara, jkunu jistgħu jiġu identifikati bħala li jkunu maħsuba għall-istrumenti jew apparat:

- li jkun qabel iddaħħal ħieles mid-dazju, sakemm dawk l-istrumenti jew apparat jkunu għadhom ta' natura xjentifika fiż-żmien meta jintalab il-ħelsien għall partijiet ta' rikambju, komponenti jew aċċessorji speċifiċi, jew

- li kienu jkunu intitolati għall-ħelsien fiż-żmiem meta dak il-ħelsien jintalab għall-partijiet ta' rikambju, komponenti jew aċċessorji speċifiċi;

(a) għodda li għandhom jintużaw għall-manutenzjoni, verifikazzjoni, kalibrazzjoni jew tiswija ta' l-istrumenti jew apparat xjentifiku, sakemm dawn l-għodda jiġu mportati fl-istess żmien ta' dawk l-istrumenti jew apparat jew, meta jiġu mportati wara, ikunu jistgħu jiġu identifikati bħala li jkunu maħsuba għall-istrumenti jew apparat:

- li jkun qabel iddaħħal ħielsa mid-dazju, sakemm dawk l-istrumenti jew apparat jkunu għadhom ta' natura xjentifika fiż-żmien meta jintalab il-ħelsien għall-għodda, jew

- li kienu jkun intitolati għall-ħelsien fiż-żmien meta dak il-ħelsien kien ikun mitlub għall-għodda.

Artikolu 54

Għall-għanijiet ta' l-Artikoli 52 u 53:

- "strument jew apparat xjentifiku" ifisser kull strument jew apparat li, skond il-karatteristiċi ta'l-oġġettiv tekniku tiegħu u r-riżultati li jagħmilha possibbli li jiġu miksuba, ikun prinċipalment jew esklużivament addattat għall-attivitajiet xjentifiċi,

- "importat għall-għanijiet mhux kummerċjali" għandha tkun kunsidrata li tapplika għall strumenti jew apparat maħsub biex jiġi wżat għal għanijiet ta' riċerka xjentifika jew edukattiva li ma tagħmilx profitt.'

3. l-Artikolu 55 għandu jitħassar.

4. L-Artikoli 56 u 57 għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:

L-Artikolu 56

Fejn meħtieġ, ċerti strumenti jew apparat jistgħu, skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 143(2) u (3), jiġu esklużi mid-dritt tal-ħelsien, fejn jinstab li d-dħul b'ħelsien mid-dazju ta' dawk l-istrumenti jew apparat ikun ta' ħsara għall-interessi ta' l-industrija tal-Komunità fis-settur tal-produzzjoni konċernat.

Artikolu 57

1. L-oġġetti li għalihom jirreferi l-Artikolu 51 u l-istrumenti jew apparat xjentifiku li jkun ddaħħlu ħielsa mid-dazju skond il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Arikoli 53, 54 u 56 m'għandhomx jiġu mislufa, mikrija jew trasferiti, sew bi ħlas sew jekk bla ħlas, mingħajr in-notifikazzjoni min qabel lill-awtoritajiet kompetenti.

2. Jekk xi oġġett jiġi misluf, mikri jew trasferit lil xi stabbiliment jew organizzazzjoni ntitolata għall-benefiċċju ta' ħelsien skond l-Artikolu 51 jew 52 (2), il-ħelsien għandu jibqa' jingħata sakemm l-istabiliment jew l-organizzazzjoni jużaw l-oġġett, strument jew apparat għall-għanijiet li jagħtu d-dritt għal dak il-ħelsien.

Fil-każi l-oħra, is-self, kiri jew trasferiment għandu jkun suġġett għall-ħlas minn qabel tad-dazji ta', importazzjoni, bir-rata applikabbli fid-data tas-self, kiri jew trasferiment, fuq il-bażi tat-tip ta' oġġetti u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f'dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.'

5. It-Titolu XIVa għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

It-TITOLU IV

STRUMENTI U APPARAT MAĦSUBA GĦALL-RIERKA MEDIKA, T-TWAQQIF TA' DIJAGNOSI MEDIKU JEW TWETTIQ TA' KURA MEDIKA

L-Artikolu 17°

1. Strumenti u apparat maħsuba għal riċerka medika, deċiżjoni ta' dijagnosi mediku jew twettiq ta' kura medika li jingħataw bħala donazzjoni minn xi organizzazzjoni ta' karità jew filantropika jew minn indivdwu privat lill-awtoritajiet tas-saħħa, dipertimenti ta' l-isptar jew istituzzjonijiet għar-riċerka medika approvata mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri biex jirċievu dawk l-oġġetti ħielsa mid-dazju, jew li huma mixtrija minn dawk l-awtoritajiet tas-saħħa, spartijiet jew istituzzjonijiet ta' riċerka medika kollha kemm huma b'fondi provduti minn xi organizzazzjoni ta' karità jew filantropika jew b'kontribuzzjonijiet volontarji, għandhom jiddaħlu ħielsa mid-dazji ta' importazzjoni, dejjem sakemm jiġi stabbilit illi:

(a) id-donazzjoni ta' l-istrumenti jew apparat msemmi ma taħbix xi interess kummerċjali min naħa tad-donatur;

u

(b) id-donatur bl-ebda mod ma jkollu konnessjoni mal-manifattur ta' l-istrumenti jew apparat li dwaru jintalab il-ħelsien.

2. Il-ħelsien għandu japplika wkoll, bla ħsara għall-istess kondizzjonijiet, għal:

(a)partijiet ta' rikambju, komponenti jew aċċessorji speċifikament addattati għall-imsemmija strumenti jew apparat, sakemm dawn l-partijiet ta' rikambju komponenti jew aċċessorji jkunu importati fl-istess żmien bħal dawk ta' l-istrumenti jew apparat jew, meta jiġu importati wara, ikunu jistgħu jiġu identifikati bħala li jkunu maħsuba għall-istrumenti jew apparat imdaħħal qabel ħieles mid-dazju:

(a) għodda li għandhom jintużaw għall-manutenzjoni, verifikazzjoni, kalibrazzjoni jew tiswija ta' l-istrumenti jew apparat, sakemm dawn l-għodda jiġu importati fl-istess żmien ta' dawk l-istrumenti jew apparat jew, meta jiġu importati wara, jkunu jistgħu jiġu identifikati bħala li jkunu maħsuba għall-istrumenti jew apparat imdaħħal qabel, ħieles mid-dazju:

Artikolu 63b

Għall-għanijiet ta' l-Artikolu 63a, u b'mod partikolari dwar l-istrumeni jew apparat u dawk li ser jirċevuh li għalihom hemm referenza fih, l-Artikoli 56, 57 u 58 għandhom japplikaw mutatis mutandis.'

6. L-Artikoli 72 u 73 għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:

L-Artikolu 72

1. Oġġetti speċjalment maħsuba għall-edukazzjoni, impieg, avvanz soċjali ta' persuni fiżikament jew mentalment inkapaċitati ħlief għal persuni għomja għandhom jiddaħlu ħielsa mid-dazji ta' importazzjoni meta jiġu importati:

- jew mill-persuni inkapaċitati nfushom għall-użu tagħhom;

- jew minn istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet li huma prinċipalment mdaħħla fl-edukazzjoni ta' jew fil-provvista ta' għajnuna lill-persuni iinkapaċitati u li huma awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati membri biex jirċievu dawk l-oġġetti ħielsa mid-dazju.

2. Il-ħelsien li għalih jirreferi l-paragrafu 1 għandu japplika għal partijiet ta' rikambju, komponenti jew aċċessorji speċifikament għall-oġġetti in kwistjoni, u għall-għodda li għandhom jintużaw għall-manutensjoni verifikazzjoni, kalibrazzjoni jew tiswija ta l-imsemmija oġġetti sakemm dawk l-partijiet ta' rikambju, komponenti, aċċessorji jew għodda jiġu importati fl-istess żmien bħal dak ta' l-imsemmija, jew, meta dawn jiġu importati wara, jkunu jistgħu jiġu identifikati bħala li huma maħsuba għall-oġġetti li kienu ddaħħlu qabel ħielsa mid-dazju, jew li jkunu ntitolati għall-ħelsien fiż-żmien meta dak il-ħelsien jiġi mitlub għall- partijiet ta' rikambju, komponanti jew aċċessprji u għodda speċifiċi msemmija.

Artikolu 73

Fejn meħtieġ, ċerti oġġetti jistgħu, skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 143(2) u (3), jiġu esklużi mid-dritt tal-ħelsien min dażju, fejn jinstab li d-dħul b'ħelsien mid-dazju ta' dawk l-oġġetti jkun ta' ħsara għall-interessi ta' l-industrija tal-Komunità fis-settur tal-produzzjoni konċernat.

7. l-Artikolu 74 għandu jitħassar.

8. L-Artikoli 75, 76 u 77 għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:

L-Artikolu 75

L-għotja diretta ta' ħelsien, għall-użu proprju tagħhom, lill-persuni għomja jew lill-persuni inkapaċitati oħra, kif jipprovdi l-ewwel indent ta' l-Artikolu 71 u l-ewwel indent ta' l-Artikolu 72(1), għandu jkun suġġett għall-kondizzjoni li d-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istati Membri ikunu jagħtu d-dritt lill-persuni konċernati li jistabbilixxu l-istatus tagħhom bħala persuni għomja jew inkapaċitati intitolati għal dak il-ħelsien.

Artikolu 76

1. L-oġġetti importati ħielsa mid-dazju minn persuni li għalihom jirreferi l-Artikoli 71 u 72 m'għandhomx jiġu mislufa, mikrija jew trasferit sew bi ħlas jew bla ħlas, mingħajr in-notifikazzjoni tagħhom minn qabel lill-awtoritajet kompetenti.

2. Jekk xi oġġett jiġi misluf, mikri jew trasferit lil xi persuna, istituzzjoni jew organizzazzjoni ntitolata għall-benefiċċju ta' ħelsien skond l-Artikoli 71 jew 72, il-ħelsien għandu jibqa' jingħata sakemm il-persuna, istituzzjoni jew l-organizzazzjoni jużaw l-oġġett, għall-għanijiet li jagħtu d-dritt għal dak il-ħelsien.

Fil-każi l-oħra, is-self, kiri jew trasferiment għandu jkun suġġett għall-ħlas minn qabel tad-dazji ta' importazzjoni, bir-rata applikabbli fid-data tas-self, kiri jew trasferiment, fuq il-bażi tat-tip ta' oġġetti jew apparat u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f'dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.'

Artikolu 77

1. Oġġetti importati minn istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet eliġibbli għall-ħelsien skond il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikoli 71 u 72 jistgħu jiġu mislufa, mikrja jew trasfertiti, sew bi ħlas jew bla ħlas, minn dawn l-istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet fuq bażi li ma jsirx profitt lill-għomja u lill-persuni oħra inkapaċitati li magħhom għandhom x'jaqsmu, mingħajr il-ħlas tad-dazji doganali korrispondenti.

2. L-Ebda self, kiri jew trasferiment ma jista' jsir taħt kondizzjonijiet oħra ħlief dawk li għalihom jipprovdi l-paragrafu 1 sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux l-ewwel ġew mgħarrfa.

Jekk xi oġġett jiġi misluf, mikri jew trasferit lil xi persuna, istituzzjoni jew organizzazzjoni ntitolata għall-benefiċċju ta'ħelsien skond l-ewwel paragrafu ta' l-Artikoli 71 jew l-Artikolu 72(1), il-ħelsien għandu jibqa' jingħata sakemm il-persuna, istituzzjoni jew l-organizzazzjoni jużaw l-oġġett, għall-għanijiet li jagħtu d-dritt għal dak il-ħelsien.

F'każijiet oħra, is-self, kiri jew trasferiment għandu jkun suġġett għall-ħlas minn qabel tad-dazji doganali, bir-rata applikabbli fid-data tas-self, kiri jew trasferiment, fuq il-bażi tat-tip ta' oġġetti jew apparat u l-valur doganali aċċertat jew aċċettat f'dik id-data mill-awtoritajiet kompetenti.'

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara dak li fih jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jkun japplika mill-1 ta' Jannar 1992. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel,

fis-7 ta' Novembru 1991.

Għall-Kunsill

Il-President

P. DANKERT

[1] ĠU L 105, tat-23.4.1983, p. 1.

[2] ĠU L 373, tal-31.12.1988, p. 1.

Top