This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31991R3254
Council Regulation (EEC) No 3254/91 of 4 November 1991 prohibiting the use of leghold traps in the Community and the introduction into the Community of pelts and manufactured goods of certain wild animal species originating in countries which catch them by means of leghold traps or trapping methods which do not meet international humane trapping standards
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3254/91 tau l-4 ta’ Novembru 1991 li jipprojbixxi l-użu fil-Komunità ta’ nasses li jaqbdu s-saqajn u l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ ġlud u merkanzija maħduma ta’ ċerti speċi ta’ annimali slavaġ li joriġinaw minn pajjiżi fejn dawn jinqabdu permezz ta’ nasses li jaqbdu s-saqajn jew metodi ta’ nsib li ma jkunux konformi man-normi internazzjonali ta’ nsib b’mod uman
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3254/91 tau l-4 ta’ Novembru 1991 li jipprojbixxi l-użu fil-Komunità ta’ nasses li jaqbdu s-saqajn u l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ ġlud u merkanzija maħduma ta’ ċerti speċi ta’ annimali slavaġ li joriġinaw minn pajjiżi fejn dawn jinqabdu permezz ta’ nasses li jaqbdu s-saqajn jew metodi ta’ nsib li ma jkunux konformi man-normi internazzjonali ta’ nsib b’mod uman
ĠU L 308, 9.11.1991, pp. 1–4
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 308 , 09/11/1991 P. 0001 - 0004
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 10 P. 0170
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 10 P. 0170
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3254/91 tau l-4 ta’ Novembru 1991 li jipprojbixxi l-użu fil-Komunità ta’ nasses li jaqbdu s-saqajn u l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ ġlud u merkanzija maħduma ta’ ċerti speċi ta’ annimali slavaġ li joriġinaw minn pajjiżi fejn dawn jinqabdu permezz ta’ nasses li jaqbdu s-saqajn jew metodi ta’ nsib li ma jkunux konformi man-normi internazzjonali ta’ nsib b’mod uman IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 113 u l-Artikolu 130s tiegħu, Wara li kunsidra il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi l-Konvenzjoni ta’ Berna tad-19 ta’ Settembru 1979 dwar il-Konservazzjoni tal-Ħajja Ferali u l-Habitats Naturali fl-Ewropa, konklużi mill-Komunità Ekonomika Ewropea bid-Deċiżjoni 82/72/KEE [4], tipprojbixxi għal ċerti speċi, l-użu kollu ta’ meżżi mingħajr diskriminazjoni tal-qbid u qtil inklużi nasses, jekk ta’ l-aħħar ikunu applikati għal qbid u qtil fuq skala kbira jew m`hix selettiva, Billi l-abolizzjoni ta’ nasses li jaqbdu s-saqajn ikollu effett pożittiv fuq l-istatus ta’ konservazzjoni ta’ speċi ta’ annimali slavaġ mhedda jew fil-periklu kemm fi ħdan u anki barra mill-Komunità, inklużi speċje protetti bir-Regolament (KEE) Nru 3626/82 [5]; billi riċerka fl-iżvilupp ta’ metodi ta’ nsib b’mod uman diġa teżisti u billi l-Komunità għandha wkoll tieħu akkont tax-xogħol li qiegħed jiġi mwettaq mill-Organiżazzjoni Internazzjonali tan-Normi (ISO); Billi, sabiex l-ispeċje ta’ annimali slavaġ jkunu protetti kif xieraq u biex ikun evitat it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, huwa meħtieġ li jkun assigurat li miżuri ta’ kummerċ estern li għandhom x’jaqsmu magħhom ikunu applikati b’mod uiniformi fil-Komunità; Billi, għalhekk, l-użu fil-Komunità ta’ nasses li jaqbdu s-saqajn għandu jkun projbit u miżuri għandhom jittieħdu ħalli tiffaċilita li l-importazzjoni ta’ ġlud ta’ ċerti speċji jkun ipprojbit meta dawn joriġinaw minn pajjiż fejn in-nassa tas-saqajn tkun għadha tintuża jew fejn il-metodi ta’ l-insib ma jilħqux in-normi ta’ nsib b’mod uman bażat fuq ftehim internazzjonali, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament: "nassa li taqbad is-saqajn": tfisser meżż iddisinjat li jżomm jew jaqbad lill-annimali permezz ta’ xedaq li jagħlaq b’qawwa fuq waħda jew aktar mis-saqajn tal-annimal, b’hekk ma jħallix li s-sieq jew is-saqajn jinħarġu min-nassa. Artikolu 2 L-użu ta’ nasses tas-saqajn fil-Komunità għandhom ikunu projbiti l-aktar tard sal-1 ta’ Jannar 1995. Artikolu 3 1. L-introduzzjoni fil-Komunità ta’ ġlud ta’ l-ispeċji tal-annimali elenkati fl-Anness I u l-oġġetti elenkati fl-Anness II, sakemm dawn jinkorporaw ġlud ta’ l-ispeċji elenkati fl-Anness I, għandhom ikunu projbiti mill-1 ta’ Jannar 1995, sakemm il-Kummissjoni, bi qbil mall-proċedura rikjesta fl-Artikolu 5, tkun iddeterminat li, fil-pajjiż minfejn il-ġlud joriġinaw: - ikun hemm dispożizzjonijiet amministrattivi jew leġislattivi adekwati eżistenti biex jipprojbixxu l-użu ta’ nasses tas-saqajn; jew - il-metodi ta’ nsib użati għall-ispeċi elenkati fl-Anness I jilħqu in-normi tal-insib b’mod uman bażati fuq ftehim internazzjonali Il-Kummissjoni għandha tippublika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej lista tal-pajjiżi li jkunu konformi mill-anqas ma’ waħda mill-kundizzjonijiet esiġiti fl-ewwel paragrafu. 2. Il-projbizzjoni li hemm riferenza dwarha fil-paragrafu 1 għandha tkun sospiża għal sena, li tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 1995, jekk il-Kummissjoni, bi qbil mall-proċedura esiġita fl-Artikolu 5, tkun ġiet esiġita qabel l-1 ta’ Lulju 1994, bħala riżultat tar-reviżjoni meħudha b’kooperazjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi konċernati, li progress suffiċjenti jkun qiegħed iseħħ fl-iżvilupp tal-metodi ta’ nsib b’mod uman fit-territorju tagħhom. Artikolu 4 Pajjiżi li jesportaw jew jesportaw mill-ġdid lejn il-Komunità wara l-1 ta’ Jannar 1995 l-oġġetti elenkati fl-Anness II, sakemm dawn jinkorporaw ġlud tal-ispeċji elenkati fl-Anness I, għandhom jiċċertifikaw li dawk il-ġlud joriġinaw f’pajjiż li jidher fil-lista li hemm ieferenza dwarha fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 3(1) jew li jibbenefikaw mis-sospenzjoni bi qbil ma’ l-Artikolu 3(2). Il-Kummissjoni, bi qbil mal-proċedura esiġita fl-Artikolu 5, għandha tiddetermina l-formoli xierqa għal din iċ-ċertifikazzjoni. Artikolu 5 Għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat stabbilit bl-Artikolu 19 tar-Regolament (KEE) Nru 3626/82. Ir-rapprezentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittiehdu. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fiż-żmien limitat li l-President jista jimponi skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tkun mogħtija mill-maġġoranza kif stipulata fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta’ deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jaddotta dwar il-proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom ikunu mwieżna skond kif stipulat f’dak l-Artikolu. Il-President m’għandux jivvota. Il-Kummissjoni għandha taddotta l-miżuri maħsuba jekk dawn ikunu skond l-opinjoni tal-kumitat. Jekk il-miżuri maħsuba ma jkunux skond l-opinjoni tal-kumitat, jew jekk l-ebda opinjoni ma tingħata, l-Kummissjoni għandha, bla ebda dewmien, tissottometti lill-Kunsill proposta marbuta mal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata. Jekk, meta jiskadi l-perjodu ta’ tlett xhur mid-data li fiha s-suġġett ikun ġie riferut lejn il-Kunsill, il-Kumitat ikun għandu ma aġġixxix, il-miżuri proposti għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni. Artikolu 6 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fl-4 ta’ Novembru 1991. Għall-Kunsill Il-President H. Van Den Broek [1] ĠU C 134, tal-31.5.1989, p. 5 uĠU C 97, tat-13.4.1991, p. 10. [2] ĠU C 260, tal-15.10.1990, p. 24. [3] ĠU C 168, ta’ l-10.7.1990, p. 32. [4] ĠU L 38, ta’ l-10.2.1982, p. 1. [5] ĠU L 384, tal-31.12.1982, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS I Lista ta' speċji li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3(1) Beaver (kastur): | Castor canadensis | Otter: | Lutra canadensis | Coyote: | Canis latrans | Wolf: | Canis lupus | Lynx: | Lynx canadensis | Bobcat: | Felis rufus | Sable: | Martes zibellina | Raccoon: | Procyon lotor | Musk rat: | Ondatra zibethicus | Fisher: | Martes pennanti | Badger: | Taxidea taxus | Marten: | Martes americana | Ermine: | Mustela erminea | -------------------------------------------------- L-ANNESS II Oġġetti oħra li hemm riferenza dwarhom fl-Artikolu 3(1) Kodiċi CN | Deskrizzjoni | ex4103 | Apparti minn ġlud mhux ikkunzati (friski, jew immelħa, bil-ġir, bil-ħall jew b'mod ieħor ippriservati, imma mhux ikkunzati, miksija bil-parċmina jew ippreparati aktar), sew jekk imqaxxra jew le, jew maqsuma, apparti minn dawk esklużi b'nota 1 (b) jew 1 (c) għal kapitolu 41 | ex41039000 | Oħrajn | ex4301 | Ġlud tas-suf mhux ikkunzati (inklużi rjus, dnieb, riġlejn u bċejjeċ oħra jew qtugħ, tajbin għall-użu tal-ħaddiem tal-ġlid), apparti minn ġlud mhux ikkunzati ta' Kodiċi 4101, 4102, jew 4103 | ex43014000 | tal-beaver, sħaħ, bill- jew mingħajr ir-ras, id-denb jew riġlejn | ex430180 | Ġlud bis-suf oħrajn, sħaħ, bill- jew mingħajr ras, denb jew riġlejn | ex43018050 | Ta' Fellini Ferjali | ex43018090 | Oħrajn | ex43019000 | Irjus, dnieb, riġlejn u bċejjeċ oħra jew qtugħ, tajbin għall-użu tal-ħaddiema tal-ġlud | ex4302 | Ġlud bis-suf ikkunzati jew miksija (inklużi rjus, dnieb, riġlejn u bċejjeċ oħra jew qtugh), mhux meħjuta jew meħjuta (mingħajr iż-żieda ta' materjali oħra), apparti minn dawk ta' kodiċi 4303: ġlus sħaħ, bir-ras jew mingħajra, bid-dnieb jew saqajn jew mingħajrhom, mhux meħjuta | ex430219 | Oħrajn | ex43021910 | Tal-beaver | ex43021970 | Ta' felines ferjali | ex43021990 | Oħrajn | ex43022000 | Irjus, dnieb, riġlejn u bċejjeċ oħra jew qtugħ, mhux meħjuta | ex430230 | Ġlud sħaħ jew bċejjeċ jew qtugħ minnhom, meħjuta | ex43023010 | Ġild bis-suf imwaqqa Oħrajn | ex43023035 | Tal-beaver | ex43023071 | Ta’ felini slavaġ | ex43023075 | Oħrajn | ex4303 | Oġġetti ta’ l-ilbies, aċċessorji tal-ħwejjeġ u oġġetti oħra, ta' ġlud bis-suf | ex430310 | Oġġetti ta’ l-ilbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ | ex43031090 | Oħrajn | ex43039000 | Oħrajn | --------------------------------------------------