Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991R2507

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) 2507/91 tal-20 ta' Awwissu 1991 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda

    ĠU L 233, 22.8.1991, p. 9–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1991/2507/oj

    31991R2507



    Official Journal L 233 , 22/08/1991 P. 0009 - 0011
    Finnish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0087
    Swedish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0087


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) 2507/91

    tal-20 ta' Awwissu 1991

    dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] fuq in-nomenklatura tat-tariffa u tal-istatistika u fuq it-Tariffa Komuni Doganali, kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 2242/91 [2], u partikolarment Artikolu 9 tiegħu,

    Billi, biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda mehmuża mar-Regolament jeħtieġ li jkunu adottati miżuri dwar il-klassifika tal-merkanzija msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament;

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 provda r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija għal kollox jew parzjalment bażata fuqha jew li żżid kull subdiviżjoni addizzjonali għaliha u li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, biex tapplika t-tariffa jew miżura oħra dwar il-kummerċ fil-merkanzija;

    Billi, bis-saħħa tal-imsemmija regoli ġenerali, il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti għandha tkun klassifikata taħt il-kodiċijiet NM xierqa indikati fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet murija fil-kolonna 3;

    Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 tat-tabella annessa hija issa kklassifikata ġewwa in-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet xierqa NM indikati fil-kolonna 2 tal-imsemmija tabella.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul f'Brussell, fl-20 ta' Awwissu 1991.

    Għall-Kummissjoni

    Karel Van Miert

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

    [2] L 204, tas- 27.7.1991, p. 21.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Deskrizzjoni | Klassifikazzjoni (kodiċi NM) | Raġunijiet |

    | |

    (1) | (2) | (3) |

    1. | Libsa minsuġa f'biċċa waħda (100 % qoton), bla kmiem, li tgħatti kemm il-parti ta' fuq u t'isfel tal-ġisem u l-parti t'isfel sa kemm kemm 'l isfel mill-irkoppa, u tiksi kull sieq separatament. Għandha ġewwa bwiet fil-livell tal-qadd. Din il-libsa, li hija maqtugħa kollha mill-qadd, għandha fetħa żgħira quddiem bil-buttuni fuq ix-xelluġ. (Ara ritratt Nru 458) | 62044200 | Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, bid-diċitura tal-kodiċijiet NM 6204 u 62044200 u n-Noti Sjegattivi għall-kodiċijiet 62044100 sa 62044990. |

    2. | Libsa minsuġa f'biċċa waħda (100 % qoton), miġbura mal-qadd, li tgħatti kemm il-parti ta' fuq u t'isfel tal-ġisem u l-parti t'isfel sa kemm kemm 'l fuq mill-irkoppa, u tiksi kull sieq separatament. Għandha kmiem qosra, żewġt ibwiet ġewwa fil-livell tal-qadd u butt meħjut fuq is-sider. Il-libsa għandha kullar u fetħa żgħira quddiem u l-buttuni max-xellug. (Ara ritratt Nru 457) | 62114290 | Il-klassifkazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u bid-diċitura tal-kodiċijiet tan-NM 6211, 621142 u 62114290. |

    3. | Libsa minsuġa f'biċċa waħda (100 % fibri sintetiċi), li tgħatti il-parti ta' fuq tal-ġisem u l-parti ta' isfel sa l-għekiesi, u tiksi kull sieq separatament, bi kmiem qosra u bil-bwiet ġewwa fil-livell tal-qadd. Il-libsa għandha kullar u fetħa żgħira quddiem bil-buttuni fuq ix-xellug. Din il-libsa hija akkumpanjata b'ċintorin tal-istess materjal. (Ara r-ritratt Nru 456) | 62114390 | Il-klassifkazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u bid-diċitura tal-kodiċijiet tan-NM 6211, 621143 u 62114390. |

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top