This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31991R2351
Commission Regulation (EEC) No 2351/91 of 30 July 1991 laying down detailed rules applicable on the purchase of rice held by an intervention agency for the supply of food aid
Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2351/91 tat-30 ta’ Lulju 1991 li jistabbilixxi regoli dettaljati applikabbli għax-xiri ta’ ross miżmum minn aġenzija ta’ intervent għall-provvista ta’ għajnuna alimentarja
Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2351/91 tat-30 ta’ Lulju 1991 li jistabbilixxi regoli dettaljati applikabbli għax-xiri ta’ ross miżmum minn aġenzija ta’ intervent għall-provvista ta’ għajnuna alimentarja
ĠU L 214, 2.8.1991, pp. 51–53
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 05/08/2016; Imħassar b' 32016R1238
Official Journal L 214 , 02/08/1991 P. 0051 - 0053
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 38 P. 0115
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 38 P. 0115
Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2351/91 tat-30 ta’ Lulju 1991 li jistabbilixxi regoli dettaljati applikabbli għax-xiri ta’ ross miżmum minn aġenzija ta’ intervent għall-provvista ta’ għajnuna alimentarja IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1418/76 tal-21 ta’ Ġunju 1976 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1806/89 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1424/76 tal-21 ta’ Ġunju 1976 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-intervent fis-suq tar-ross, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 794/91 [3] u b’mod partikolari t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 4 tiegħu, [4] Billi meta jinxtara r-ross minn aġenziji ta’ intervent biex jitwettqu obbligi li jinħolqu mill-għoti ta’ kuntratti dwar għajnuna alimentarja b’konnessjoni ma’ konvenzjonijiet internazzjonali dwar għajnuna alimentarja u programmi oħra supplimentari, il-kondizzjonijiet applikabbli fir-rigward ta’ prezzijiet u r-regoli dettaljati ta’ applikazzjoni għandhom jiġu stabbiliti bil-quddiem; Billi, sabiex jgħinu biex persuni interessati jieħdu sehem taħt l-aqwa kondizzjonijiet fil-proċedura tal-għoti ta’ kuntratti dwar għajnuna alimentarja, huma għandhom jingħataw il-possibilità li jeżaminaw bi spejjeż tagħhom il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott qabel ma tiskadi d-data ta’ l-egħluq għas-sottomissjoni ta’ l-offerti; Billi, sabiex jiġu ffaċilitati l-operazzjonijiet, l-applikazzjonijiet għax-xiri għandu jkollhom l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jiġi identifikat il-prodott; Billi, sabiex jiġi evitat d-diżordni fis-suq komunitarju u kull tgħawwiġ ta’ kompetizzjoni bejn operaturi komunitarji, il-prezz tax-xiri ta’ l-oġġetti minn ħażna pubblika għandu jkun determinat skond kriterji ċari u għandu jkun mgħarraf lill-offerenti kollha bil-quddiem; billi, minħabba f’dawn il-ħtiġiet, għandu jsir provvediment sabiex l-oġġetti mixtrija mill-persuna li tkun ingħatat kuntratt għall-provvista ta’ għajnuna alimentarja jitħallsu bi prezz ta’ xiri għall-ħażna determinat skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1418/76; Billi, sabiex il-kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni li jeżistu meta jiġu sottomessi offerti għall-għoti ta’ kuntratt ta’ provvista ta’ għajnuna alimentarja ma jiġux mibdula wara l-għoti tal-kuntratt, għandha tiġi introdotta deroga mill-applikazzjoni ta’ ċerti proċeduri għall-aġġustament tal-prezzijiet abbażi tad-data tal-konklużjoni tal-kuntratt tax-xiri jew id-data tat-tneħħija ta’ l-oġġetti; Billi l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2200/87 tat-8 ta’ Lulju 1987 li jistabbilixxi regoli ġenerali għal-mobilizzazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti li jingħataw bħala għajnuna alimentarja komunitarja [5] jippreskrivi li l-offerent li lilu jingħata l-kuntratt għandu jikkonsenja, rigward kuntratt ta’ provvista ta’ għajnuna alimentarja, minflok oġġetti minn ħażniet pubbliċi jew, fejn ikun xieraq, manifatturati minnhom, oġġetti mobilizzati fuq is-suq jew manifaturati minnhom sakemm huwa jixtri l-oġġetti msemmija fl-avviż tas-sejħa għall-offerti; billi hu essenzjali li jkun hemm konformità ma’ dan l-obbligu ta’ l-aħħar, min-naħa waħda biex jintlaħaq l-oġġettiv li jitnaqqsu ħażniet pubbliċi u min-naħa l-oħra biex jiġi żgurat li jkun hemm ugwaljanza bejn l-operaturi fl-għoti tal-kuntratt ta’ provvista; billi għandu għaldaqstant jsir provvediment sabiex l-offerent li jingħata l-kuntratt jiddepożita garanzija speċifika biex tiġi żgurata konformità ma’ l-obbligu li jitħallas il-prezz tal-bejgħ lill-aġenzija ta’ intervent relattiva fi żmien qasir; billi, konsegwentament, għall-finijiet ta’ dak l-iskop, għandu jsir provvediment li n-nuqqas li tiġi sottomessa applikazzjoni għax-xiri ma’ l-aġenzija ta’ intervent taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti jkun ifisser it-telf tal-garanzija li għandha x’taqsam mal-provvista ta’ l-għajnuna alimentarja, ddepożitata skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 2200/87; billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 tat-22 ta’ Lulju 1985 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ garanziji għall-prodotti agrikoli [6], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3745/89 [7], għandu jiġi applikat għad-depożitu u għar-rilaxx ta’ dik il-garanzija speċifika; Billi l-eżekuzzjoni tal-kuntratti komunitarji għall-provvista ta’ għajnuna alimentarja hija soġġetta għal arranġamenti ta’ sorveljanza speċifika; billi allura ma għandhomx japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 569/88 tas-16 ta’ Frar 1988 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ garanziji ta’ prodotti agrikoli [8], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2322/91 [9]; Billi l-miżuri msemmijin f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija dwar Ċereali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Rigward xi kuntratt ta’ provvista ta’ għajnuna alimentarja skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(2) tar- Regolament (KEE) Nru 1424/76, ross miżmum minn aġenzija ta’ intervent jinxtara’ skond dan ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 2 sa 7, adottati għall-provvista ta’ għajnuna alimentarja komunitarja skond l-Artikolu 5 u 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3972/86 [10] jgħoddu mutatis mutandis għall-provvista tal-għajnuna alimentarja nazzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu soġġetti għall-miżuri nazzjonali speċifiċi dwar l-organizzazzjoni u allokazzjoni ta’ din ta’ l-aħħar. Artikolu 2 Rigward il-kuntratt ta’ provvista msemmi fl-Artikolu 1, l-aġenzija ta’ intervent tagħmel disponibbli oġġetti li jilħqu l-karatteristiċi mniżżlin fl-avviż dwar sejħa għal offerti bi jew mingħajr restrizzjonijiet. L-aġenzija ta’ intervent għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex l-operaturi kollha li huma interessati li jissottomettu offerta għall-kuntratt ta’ provvista jkunu jistgħu, meta ssir il-pubblikazzjoni ta’ l-avviż tas-sejħa għall-offerti jew meta jiġi rċevut dan tal-aħħar, jeżaminaw bi spiża tagħhom stess il-kampjuni miġbura mill-prodott li jkun ser jiġi mobilizzat. L-applikazzjonijiet sabiex jiġu eżaminati oġġetti jistgħu jiġu sottomessi u kampjuni jistgħu jinġabru biss qabel ma tiskadi d-data ta’ l-egħluq għas-sottomissjoni ta’ l-offerti. Artikolu 3 1. Fi żmien sitt ijiem tax-xogħol wara l-għoti tal-kuntratt għall-provvista tal-għajnuna alimentarja, l-operatur interessat għandu jippreżenta lill-aġenzija ta’ intervent applikazzjoni tax-xiri b’xi mezz ta’ komunikazzjoni bil-miktub, li għandha x’taqsam mal-kwantità tal-lott jew lottijiet li hu jkun ingħata l-kuntratt dwar il-provvista tagħhom. L-applikazzjonijiet għandhom jindikaw: (a) l-isem u l-indirizz ta’ l-applikant; (b) ir-riferenza għall-operazzjoni ta’ għajnuna alimentarja, bin-numru tal-lott speċifiku jew lottijiet speċifiċi li l-operatur ikun ingħata l-kuntratt dwar il-provvista tagħhom. 2. L-applikazzjonijiet għandu jkollhom magħhom prova li l-persuna interessata ingħatat il-kuntratt ta’ provvista in kwistjoni. Din il-prova tkun mogħtija permezz ta’ kopja ta’ l-avviż tal-għoti tal-kuntratt lilu mogħti 3. L-applikazzjoni għax-xiri tkun valida biss jekk taqbel mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 u jkun fiha prova: - illi l-applikant iddepożita, skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu III tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85, garanzija ekwivalenti għall-prezz tax-xiri tal-lott(ijiet) ta’ ross in kwistjoni, determinat skond l-Artikolu 5; - illi saret applikazzjoni għall-liċenza ta’ esportazzjoni fir-rigward tal-prodott u l-kwantità li għandha tingħata bħala għajnuna alimentarja, skond il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEEC) Nru 891/89 [11]. 4. Minbarra fil-każijiet ta’ forza maġġuri, n-nuqqas li tiġi sottomessa applikazzjoni għax-xiri fil-limitu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 1 jirriżulta fit-telf tal-garanzija ddepożitata skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 2200/87 taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-avviż tas-sejħa għall-offerti bi jew mingħajr restrizzjonijiet. Artikolu 4 Fi żmien tliet ijiem tax- xogħol wara s-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni għax-xiri, l-aġenzija ta’ intervent għandha tinforma lill-applikant b’komunikazzjoni bil-miktub illi l-applikazzjoni tiegħu ġiet aċċetata fejn din tkun skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3. Artikolu 5 1. Il-prezz tax-xiri li għandu jitħallas għar-ross in kwistjoni jkun il-prezz ta’ l-intervent imsemmi fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1418/76 validu fl-aħħar jum għas-sottomissjoni ta’ l-offerti għall-għoti tal-kuntratti ta’ provvista ta’ għajnuna alimentarja, mingħajr ebda aġġustament ibbażat fuq il-kwalità tal-prodott. L-istess, il-prezz ma għandux jiġi aġġustat fuq il-bażi tad-data attwali ta’ ġbir mill-aġenzija ta’ intervent. Il-prezz ikun għall-prodott kollu mgħobbi fuq mezz tat-trasport, barra l-maħżen. 2. Ir-rata ta’ konverżjoni għandha tiġi applikata għall-prezz tax-xiri tkun ir-rata ta’ konverzjoni agrikola valida fid-data finali għas-sottomissjoni ta’ l-offerti. Artikolu 6 1. Ix-xerrej għandu jħallas lill-aġenzija ta’ intervent il-prezz tax-xiri għar-ross, qabel ma l-oġġetti jiġu mneħħija, fi żmien 30 jum mill-avviż ta’ l-aċċettazzjoni ta’ l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 4. Fiż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-oġġetti jistgħu jinqasmu għat-tneħħija bi ftehim ma’ l-aġenzija ta’ intervent; f’dak il-każ, il-ħlas għandu jsir bin-nifs sabiex jingħata każ tal-programm attwali għat-tneħħija ta’ l-oġġetti. Il-ħlas tal-prezz tax-xiri jikkostitwixxi ħtieġa primarja skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85. 2. Ir-riskji u l-ispejjeż ta’ ħażna għal ross li ma jitneħħix fil-limitu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 1 jkunu fuq ix-xerrej. Artikolu 7 Il-garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3) tkun rilaxxata skond it-Titolu V tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85. Artikolu 8 Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-aġenzija ta’ intervent interessata, fi żmien tliet ijiem tax-xogħol mill-għoti tal-kuntratt ta’ provvista, l-informazzjoni kollha neċessarja għall-operazzjoni tax-xiri, u b’mod partikolari l-isem tal-persuna jew persuni li jkunu ngħataw il-lottijiet li jkunu ser jiġu mobilizzati għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratt komunitarju għall-proovista ta’ għajnuna alimentarja. Artikolu 9 Għall-provvista ta’ għajnuna nazzjonali alimentarja minn ħażniet miżmuma minn aġenzija ta’ intervent, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tikkomunika minnufih lill-Kummissjoni, ta’ l-inqas tmint ijiem tax-xogħol qabel ma tittieħed ebda azzjoni, id-dettalji essenzjali tal-mobilizzazzjoni ppjanata, b’mod partikolari l-karatteristiċi tal-prodott, il-kwantità, il-perjodu ppjanat ta’ mobilizzazzjoni u d-destinazzjoni tal-provvisti. Artikolu 10 Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 569/88 ma jgħoddux għal xirjiet magħmula minn aġenzija ta’ intervent skond dan ir-Regolament. Artikolu 11 Dan ir-Regolament jibda jseħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-30 ta’ Lulju 1991. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 166, 25 6. 1976, p. 1 [2] ĠU L 177, 24 6. 1989, p. 1 [3] ĠU L 82, 28 3. 1991, p. 5 [4] ĠU L 166, 25 6. 1976, p. 24 [5] ĠU L 204, 25 7. 1987, p. 1 [6] ĠU L 205, 3 8. 1985, p. 1 [7] ĠU L 364, 14 12. 1989, p. 54 [8] ĠU L 55, 1 3. 1988, p. 1 [9] ĠU L 213, 1 8. 1991, p. 64 [10] ĠU L 370, 30 12. 1986, p. 1 [11] ĠU L 94, 7 4. 1989, p. 13 --------------------------------------------------