Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991R1605

    Ir-regolament tal-kunsill (EEC) Nru 1605/91 tal-10 ta’ Ġunju 1991 li jemenda r-Regolament (EEC) Nru 1784/77 li jikkonċerna ċertifikazzjoni tal-hops

    ĠU L 149, 14.6.1991, p. 14–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2007; Impliċitament imħassar minn 32006R1850

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1991/1605/oj

    31991R1605



    Official Journal L 149 , 14/06/1991 P. 0014 - 0014
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 37 P. 0255
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 37 P. 0255


    Ir-regolament tal-kunsill (KEE) Nru 1605/91

    ta’ l-10 ta’ Ġunju 1991

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1784/77 li jikkonċerna ċertifikazzjoni tal-hops

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (EEC) Nru 1696/71 tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fil-hops [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 3577/90 [2], u b’mod partikolari Artikolu 2(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 1784/77 [3] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2039/85 [4], jipprovdi għall-ċirkustanzi li taħthom hops jistgħu jkunu proċessati fi prodotti ta’ hops;

    Billi fil-prattika, minħabba żviluppi tekniċi, mhux konijiet ta’ hops biss huma wżati għall-immanifatturar ta’ prodotti preparati minn hops, iżda wkoll prodotti minn hops; sabiex jittieħed kont tal-iżvilupp tekniku u prattiku ta’ immaniġjar, ir-riferenzi magħmula għall-ipproċessar ta’ hops fir-Regolament (KEE) Nru 1784/77 għandhom ikunu emendati sabiex prodotti mill-hops jkunu jistgħu jintużaw għal proċessar ulterjuri,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KEE) Nru. 1784/77 qed jiġi emendat kif ġej:

    1. F’Artikolu 7, l-espressjoni "hops ċertifikati fil-Komunità" ser tiġi mibdula bit-terminu "hops ċertifikati fil-Komunità, prodotti tal-hops ċertifikati li huma preparati minnhom".

    2. Artikolu 8(3) ser jiġi mibdul b’dan li ġej:

    "3. Madankollu, hops ċertifikati ta’ oriġini Komunitarja u prodotti minn hops ċertifikati li huma preparati minnhom li huma mill-istess ħsad iżda ta’ varjetajiet differenti u minn żoni ta’ produzzjoni differenti jistgħu jitħalltu fil-manifattura ta’ trab u estratti sakemm iċ-ċertifikat li jkun magħhom jiddikjara:

    (a) il-varjetajiet użati, iż-żona ta’ produzzjoni u s-sena ta’ ħsad;

    (b) il-perċentwal ta’ piż ta’ kull varjetà użata fit-taħlita; jekk prodotti minn hops intużaw fit-taħlita b’konnijiet ta’ hops għal manifaturar ta’ prodotti minn hops, jew jekk prodotti minn hops differenti ġew użati, il-piż ta’ perċentwali ta’ kull varjetà ibbażat fuq il-kwantità ta’ konijiet ta’ hops kien użat għall-preparazzjoni tal-prodotti;

    (ċ) in-numri ta’ riferenza taċ-ċertifikati li nħarġu għal hops u l-prodotti minn hops użati."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal- Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament ser ikun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ Ġunju 1991.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J.-C. Juncker

    [1] ĠU L 175, ta’ l-4.8.1971, p. 1.

    [2] ĠU L 353, tas-17.12.1990, p. 23.

    [3] ĠU L 200, tat-8.8.1977, p. 1.

    [4] ĠU L 193, tal-25.7.1985, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top