This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31991R1258
Commission Regulation (EEC) No 1258/91 of 14 May 1991 amending Regulation (EEC) No 3446/90 laying down detailed rules for granting private storage aid for sheepmeat and goatmeat and Regulation (EEC) No 3447/90 on special conditions for the granting of private storage aid for sheepmeat and goatmeat
Ir-regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 1258/91 tal-14 ta’ Mejju 1991 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3446/90 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għoti ta’ għajnuna għall-ħażna privata għal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoz u r-Regolament (KEE) Nru 3447/90 dwar il-kundizzjonijiet speċjali għall-għoti tal-għajnuna għall-ħażna privata għal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż
Ir-regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 1258/91 tal-14 ta’ Mejju 1991 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3446/90 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għoti ta’ għajnuna għall-ħażna privata għal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoz u r-Regolament (KEE) Nru 3447/90 dwar il-kundizzjonijiet speċjali għall-għoti tal-għajnuna għall-ħażna privata għal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż
ĠU L 120, 15.5.1991, pp. 15–16
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 24/01/2008
Official Journal L 120 , 15/05/1991 P. 0015 - 0016
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 37 P. 0129
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 37 P. 0129
Ir-regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 1258/91 ta’ l-14 ta’ Mejju 1991 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3446/90 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għoti ta’ għajnuna għall-ħażna privata għal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż u r-Regolament (KEE) Nru 3447/90 dwar il-kundizzjonijiet speċjali għall-għoti ta’ l-għajnuna għall-ħażna privata għal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3577/90 [2], u b’mod partikolari Artikolu 7(5) tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3446/90 [3] jistabilixxi regoli dettaljati għall-għoti tal-għajnuna għall-ħażna privata tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż; Billi l-esperjenza wriet li dispożizzjoni għandha ssir biex tippermetti d-dissusar li jsir matul il-perjodu tat-tqiegħid fil-ħażna; billi r-Regolament (KEE) Nru 3446/90 għandu għalhekk ikun modifikat; Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3447/90 [4], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 273/91 [5], jistabilixxi kundizzjonijiet speċjali għall-għoti tal-għajnuna għall-ħażna privata għal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż; billi, sabiex tkun faċilitata it-tneħħija mill-ħażna ta’ prodotti iddissusati, huwa xieraq li tkun aġġustata l-kwantità minima tat-tneħħija millħażna; billi r-Regolament (KEE) Nru 3447/90 għandu għalhekk ikun immodifikat; Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għan-Nagħaġ u l-Mogħoż, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 F’Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 3446/90 it-testi tal-paragrafi 2 u 3 huma modifikati kif ġej: "2. Il-kuntratturi jistgħu, permezz tas-superviżjoni permanenti tal-aġenzija tal-intervent u matul il-perjodu ta’ tpoġġija fil-ħażna, inqattgħu, parzjalment jiddissussaw jew jiddissussaw il-prodotti kollha jew parti minnhom, basta imma li kwantità biżżejjed ta’ karkassi tkun użata biex tassigura li t-tunnaġġ li dwaru l-kuntratt ikun ġie konkjuż tkun maħżuna u li l-laħam kollu li jirriżulta minn dik l-operazzjoni jitqiegħed fil-ħażna. L-intenzjoni li jsir użu minn din il-faċilità għandu jkun notifikat mhux aktar tard mill-jum li fih jibda t-tqegħid fil-ħażna; b’dana kollu, l-aġenzija tal-intervent tista’ teħtieġ li dik in-notifika isseħħ għall-inqas jumejn tax-xogħol qabel it-tqegħid fil-ħażna ta’ kull lott individwali. L-għeruq il-kbar, il-qrieqeċ, l-għadam, l-biċċiet tax-xaħam u l-bċejjeċ l-oħra mħollija mit-tqattigħ, id-dissussar parzjali jew id-dissussar ma jistgħu jiġu maħżuna. 3. It-tqegħid fil-ħażna għandu jibda, għal kull lott individwali tal-kwantitaà kontrattwali, fil-jum li fih jiġi taħt il-kontroll tal-aġenzija tal-intervent. Dak il-jum għandu jkun il-jum li fih l-piż nett tal-prodott frisk u imkessaħ frisk ikun detterminat: - fil-post tal-ħażna, meta l-laħam huwa friżat fil-post, - fil-post tal-iffriżar, meta l-laħam huwa friżat f’faċilitajiet adattati il-barra mill-post tal-ħażna. B’dana kollu, fil-każ tal-laħam li tpoġġa fil-ħażna wara tqattigħ, iddissussar parzjali jew l-iddissussar, l-użin għandu jitwettaq fuq prodotti li effettivament tqegħdu fil-ħażna u jista’ jsir fil-post ta’ tqattigħ, tad-dissussar parzjali jew tad-dissussar. Id-determinazzjoni tal-piżijiet tal-prodotti li għandhom jitqegħdu fil-ħażna m’għandux isseħħ qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt." Artikolu 2 Artikolu 3b tar-Regolament (KEE) Nru 3447/90 huwa mibdul b’dan li ġej: "Artikolu 3a Il-kwantità minima għal kull tneħħija hija stabbilita għal erba’ tunnellati espressi bħala piż tal-prodott għal kull maħżen u għal kull kuntrattur. B’dana kollu, meta l-kwantità mħollija f’maħżen hija inqas minn din il-kwantità, operazzjoni waħda oħra tal-irtirar tal-kwantità li tibqa’ jew parti minnha għandha tkun permissibbli. Meta l-kundizzjonijiet tal-irtirar li hemm referenza dwarhom fis-subparagrafu preċedenti ma jkunux imwettqa: - l-ammont tal-għajnuna għall-kwantità mneħħija għandu juk ikkalkulat skond Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3446/90, u - 15 % tal-garanzija li hemm referenza dwarha f’Artikolu 4 għandha tkun iddikjarata bħala ssekwestrata fir-rigward tal-kwantità mneħħija." Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Mejju 1991. Għandu japplika għall-ħażna privata miftuħa minn dik id-data. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Mejju 1991. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 289, tas-7.10.1989, p. 1. [2] ĠU L 353, tas-17.12.1990, p. 23. [3] ĠU L 333, tat-30.11.1986, p. 39. [4] ĠU L 333, tat-30.2.1990, p. 46. [5] ĠU L 28, tat-2.2.1991, p. 28. --------------------------------------------------