This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31991R1026
Council Regulation (EEC) No 1026/91 of 22 April 1991 amending Regulation (EEC) No 1208/81 determining the Community scale for the classification of carcases of adult bovine animals
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1026/91 tat-22 ta’ April 1991 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1208/81 li jiddetermina l-iskala Komunitarja għall-klassifika ta’ karkassi ta’ annimali adulti bovini
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1026/91 tat-22 ta’ April 1991 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1208/81 li jiddetermina l-iskala Komunitarja għall-klassifika ta’ karkassi ta’ annimali adulti bovini
ĠU L 106, 26.4.1991, pp. 2–3
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 23/08/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R1183
Official Journal L 106 , 26/04/1991 P. 0002 - 0003
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 37 P. 0098
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 37 P. 0098
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1026/91 tat-22 ta’ April 1991 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1208/81 li jiddetermina l-iskala Komunitarja għall-klassifika ta’ karkassi ta’ annimali adulti bovini IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1358/80 tal-5 ta’ Ġunju 1980 li jiffissa il-prezz ta’ gwida u l-prezz ta’ intervent għal annimali adulti bovini għas-sena ta’ suq 1980/81 u li jintroduċi skala Komunitarja ta’ gradazzjoni għal karkassi ta’ annimali adulti bovini [1], u b’mod partikolari Artikolu 4(1) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi r-Regolament (KEE) Nru 1208/81 [2] stabilixxa l-iskala Komunitarja għall-klassifika ta’ karkassi ta’ annimali adulti bovini; Billi, in vista ta’ titjib ġenetiku li jirriżulta minn tkabbir ta’ bhejjem, l-iskala Komunitarja għal-klassifika ta’ karkassi ta’ annimali adulti bovini għandha tiġi aġġustata sabiex jittieħed kont tal-eżistenza ta’ annimali tat-tip ta’ muskoli doppji; billi, għal dak l-iskop, għandha issir dispożizzjoni għall-introduzzjoni mhux obbligatorja ta’ klassi ta’ konforma fuq dawk eżistenti, ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru. 1208/81 huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. Artikolu 3 hu sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu 3 1. Il-karkassi ta’ annimali adulti bovini għandhom jinqasmu fil-kategoriji li ġejjin: A. karkassi ta’ annimali maskili żgħar mhux kastrati ta’ anqas minn sentejn; B. Karkassi ta’ annimali maskili oħra mhux kastrati; C. karkassi ta’ annimali maskili kastrati; D. karkassi ta’ annimali femminili li welldu; E. karkassi ta’ annimali femminili oħra. Mingħajr preġudizzju għar-regoli ta’ intervent li japplikaw, l-ittri A, B, C, D u E għandhom jintużaw biex jiġu identifikati karkassi mill-1 ta’ Jannar 1992. Għandhom jiġu stabbiliti kriterji għad-differenzjazzjoni biex kategoriji ta’ karkassi skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 27 tar-Regolament (KEE) Nru 805/68. 2. Il-karkassi ta’ annimali adulti bovini għandhom jiġu klassifikati bi stima suċċessiva ta’: (a) konforma; (b) kopertura ta’ xaħam, kif definit f’Annessi I u II rispettivament. Il-klassi ta’ konforma nominata f’Anness I bl-ittra S tista’ tintuża minn Stati Membri sabiex jieħdu kont, permezz tal-introduzzjoni mhux obbligatorja ta’ klassi ta’ konforma superjuri għall-klassijiet eżistenti (karkassi b’muskoli doppji), tal-karatteristiċi jew tal-iżvilupp mistenni minn forma partikolari ta’ produzzjoni. Stati Membri li bi ħsiebhom jagħmlu użu minn din il-possibiltà għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Stati Membri l-oħra skond kif jixraq. 3. L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati jissuddividu kull waħda mill-klassijiet imsemmija f’Annessi I u II f’massimu ta’ tliet subklassijiet"; 2. Anness I huwa sostitwit bl-Anness li jidher fl-Anness t’hawn taħt. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fit-22 ta’ April 1991. Għall-Kunsill Il-President R. Steichen [1] ĠU L 140, tal-5.6.1980, p. 4. [2] ĠU L 123, tas-7.5.1981, p. 3. -------------------------------------------------- ANNESS ANNESS I KONFORMA L-iżvilupp ta' profili ta' karkassi, b'mod partikolari l-partijiet essenzjali (it-tundjatura, d-dahar, l-ispalla) Klassi ta' konforma | Deskrizzjoni | S Superjuri | Il-Profili kollha konvessi ħafna; żvilupp eċċezzjonali tal-muskoli (tip ta' karkassa ta' muskoli doppji) | E Eċċellenti | Il-Profili kollha konvessi għal super-konvessi; żvilupp ta' muskoli eċċezzjonali | U Tajjeb ħafna | Profili fil-biċċa l-kbira konvessi; żvilupp ta' muskoli tajjeb ħafna | R Tajjeb | Profili fil-biċċa l-kbira dritti; żvilupp ta' muskoli tajjeb | O Mhux ħażin | Profili dritti għal konvessi; żvilupp ta' muskoli medju | P Fqir | Il-Profili kollha konkavi; żvilupp ta' muskoli batut | --------------------------------------------------