Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991R0440

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 440/91 tal-25 ta' Frar 1991 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-nomenklatura magħquda

ĠU L 52, 27.2.1991, p. 7–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1991/440/oj

31991R0440



Official Journal L 052 , 27/02/1991 P. 0007 - 0008
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0005
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0005


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 440/91

tal-25 ta' Frar 1991

li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar in-nomenklatura tat-tariffa u tal-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 53/91 [2], u partikolarment l-Artikolu 9,

Billi sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa ma' l-imsemmi Regolament, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti referuti fl-Anness li jinsab ma' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli jgħoddu wkoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata totalment jew parzjalment fuqha jew li jżidu subdiviżjonijiet addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, fid-dawl tat-tħaddim tat-tariffa jew miżuri oħra dwar il-kummerċ ta' l-oġġetti;

Billi, permezz ta' l-imsemmja regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa ma dan ir-Regolament għandhom ikunu kklassifikati taħt il-Kodiċi NM xierqa kif indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna 3;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir- Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklaturi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella anesssa huma issa klassifikati fin-nomenklatura magħquda taħt il-Kodici NM xierqa kif indikati fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament gandu jorbo fl-intier tiegu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fil-25 ta' Frar 1991.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjooni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 7, ta' l-1.4.1991, p. 10.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni Kodiċi NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

1.Għaġina lest mħallta ifriżata sewwa minn materjali primamrjament magħmula minn tqiq tal-qamħ li miegħu tkun ġiet miżjuda l-marġerina, x-xaħam, l-ilma, l-ħmira, il-bajd u mimlija bill-pasta rjali, zokkor, lamtu tal-qamħ-ir-rum, ilma u marġerina.Wara li tkun tneħiet il-friża, il-prodott hek kif ippreżentat ikun lest għal-ħami | 19012020 | Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali għall-implementazzjoni tan-nomeniklatura magħquda u bil-kliem tal-kodiċi NM 1901 u 19012000 (ara wkoll in-noti ta' spjegazzjoni għall-kodiċi NM 19012000 u l-kodiċi NM 1905) |

2.Prodott, fil-għamla ta' trab, li jikkonsisti minn 30 % kasinati tas-sodju, 69 % ħalib skumat u 1 % żejt veġitali idrolizzat b'dawn ir-riżultati tal-karatteristiċi analitiċi li ġejjin (persentaġġ bil-piż): | 19019090 | Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali għall-implementazzjoni tan-nomeniklatura magħquda u bil-kliem tal-kodiċi NM 1901, 190190 u 19019090. |

Proteini … | 50,5 |

Lattosju … | 34,6 |

Irmied tal-ġobon … | 7,4 |

Grass tal-ħalib … | 1,5 |

Żejt veġitali idrolizzat … | 1,0 |

Kontenut ta' unidità … | 5 |

| | | Il-Kapitolu 4 għandu jkun eskluż ukoll minġabba l-preżenza ta' żejt veġitali idrolizzat u l-kasinati tas-sodju |

3. Preparazzjoni fil-għamla ta' kapsoli tal-ġelatina ippakkjati għal bejgħ bl-imnut. Kull kapsola jkun fiha 1222 mg leċitina u 28 mg gliċerina

| 21069091 | Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali għall-implementazzjoni tan-nomeniklatura magħquda, nota 1a għall-Kapitolu 30 u bil-kliem tal-kodiċi NM 2106, 210690 u 21069091. Il-prodott li ma hux ippreparat la għal skopijiet terapewtiċI u l-anqas profilaktiċi huwa meqjus li huwa supplimeent ta' l-ikel kif imsemmi fin-noto ta' spejagazzjoni għas-Sistema Armonizzata, kodiċi 2106. |

--------------------------------------------------

Top