Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991R0316

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 316/91 tas-7 ta' Frar 1991 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

ĠU L 37, 9.2.1991, p. 25–26 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1991/316/oj

31991R0316



Official Journal L 037 , 09/02/1991 P. 0025 - 0026
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0003
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0003


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 316/91

tas-7 ta' Frar 1991

li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar in-nomenklatura tat-tariffi u tal-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 53/91 [2], u partikolatment l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi sabiex tkun assigurata l-apprikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mal-imsemmi Regolament, huwa meħtieġ li jkunu adottati miżuri dwar l-oġġetti referuti fl-Anness ta' dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqhom jew li żżid xi subdiviżjonijiet addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bil-għan ta' l-applikazzjoni ta' tariffa jew miżuri oħrajn li jirrigwardjaw il-kummerċ fl-oġġetti;

Billi, permezz ta' l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa ma’ dan ir-Regolament għandhom ikunu kklassifikati skond il-kodiċi NM xierqa indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijet stabbiliti fil-kolonna 3;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa kklassifikati fi ħdan in-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċi NM xierqa indikati fil-kolonna 2 tal-imsemmija tabella.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament lil-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fis-7 ta' Frar 1990.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 7, ta' l-10.1.1991, p. 14.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | KlassifikazzjoniKodiċi NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

1.Ġobon maħkuk li bħala riżultat tal-kontenut umdu tiegħu u l-kondizzjonijiet tat-trasport jew tal-ippakkjar (ippakkjat parzjalment il-vakwu) isir mgħaqqad | 04062090 | Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali għall-implementazzjoni tan-nomeniklatura magħquda u bil-kliem tal-kodiċi NM 0406, 040620 u 04062090 |

2.Sustanza mgħaġġna magħrufa bħala "krema tal-ġewż ta' l-Indi" maħduma permezz ta' id-dħin fil-fin tal-popla tal-ġewż ta' l-Indi u ppasturerizzata. Din hija ppreżentata f'pakketti immedjati b'kontenut nett ta' 200 g u hija ġeneralment intiża għall-użu fil-kċina għall-preparazzjonijiet ta' zlazi, eċċ. | 20081990 | Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali għall-implementazzjoni tan-nomeniklatura magħquda u bil-kliem tal-kodiċi NM 2008, 200819 u 20081990 Il-klassifikazzjoni fil-Kapitolu 8 hija eskluża minħabba il-pasturizzazzjoni (ara wkoll in-noti ta' spjegazzjoni għall-intestatura HS 20.08, l-ewwel paragrafu). Il-konsistenza ta' l-għaġina tal-prodott teskludi wkoll il-klasifikazzjoni taħt l-intestatura 1106 (ara wkoll in-noti ta' spjegazzjoni għal-kodiċi NM 20081110 sa 20081990, it-tieni paragrafu, it-tieni nċiż). |

Dehra … | Bajdanija, trab li jitfarrak |

Materja xotta … | 92, 8 % |

Irmied (fi 600 °C) … | 15,1 % |

Li jkun fih … | jonji tas-sodju u tal-klorur |

Solubbilità … | Taħlita turbida fl-ilma, tiħxien konsiderevolment |

Il-pH tat-taħlita … | 11,6 |

Dehra mikroskopika … | It-tip tal-lamtu, ma jingħarafx |

Test tal-jodju … | Kaħlani skur |

Kromatografija tal-karta … | Pożittiva għall-eteru tal-lamtu |

Spettru IR … | Il-meded karatteristiċi ta'o l-eteru karbosimetil |

| | 35051050 | Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali għall-implementazzjoni tan-nomeniklatura magħquda u bil-kliem tal-kodiċi NM 3503, 350510 u 35051050 |

--------------------------------------------------

Top