EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991R0147

Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 147/91 tat-22 ta' Jannar 1991 li jfisser u jiffissa t-tolleranzi għal telf f'kwantitajiet ta' prodotti agrikoli fil-ħażna pubblika ta' intervent

ĠU L 17, 23.1.1991, p. 9–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2006; Imħassar b' 32006R0884

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1991/147/oj

31991R0147



Official Journal L 017 , 23/01/1991 P. 0009 - 0010
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 36 P. 0097
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 36 P. 0097


Ir-Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 147/91

tat-22 ta’ Jannar 1991

li jfisser u jiffissa t-tolleranzi għal telf fi kwantitajiet ta’ prodotti agrikoli fil-ħażna pubblika ta’ intervent

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3492/90 tas-27 ta’ Novembru 1990 li jippreskrivi l-fatturi li jridu jitqiesu fil-kontijiet annwali dwar il-finanzjament tal-miżuri ta’ intervent fl-għamla ta’ ħażna pubblika mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija, Taqsima ta’ Garanzija [1] u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi għandha tiġi speċifikata t-tifsira tat-tolerranza li hemm fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 3492/90 għall-preservazzjoni ta’ prodotti agrikoli fil-ħażna pubblika ta’ intervent u l-metodu tal-kalkolu li għandu jintuża sabiex jiġu determinati l-konsegwenzi finanzjarji tal-ħażna;

Billi din it-tolleranza tirreferi għal telf ordinarju f’kwantitajiet li jirriżultaw mill-ħażna normali jew mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli fl-intervent bil-konsiderazzjoni xierqa lejn il-ħtiġiet għall-ippreservar xieraq tal-prodott;

Billi din it-tolleranza għandha tkun iffissata għal kull prodott ikkonċernat, bl-użu ta’ metodu sempliċi u billi jitqies it-telf f’kwantitajiet li mhumiex identifikabbli li seħħu tul il-ħażna fis-snin reċenti; billi l-limitu għandu għalhekk jiġi ffissat bħala perċentwali tal-kwantità totali maħżuna;

Billi fil-każ ta’ ċerti prodotti soġġetti għall-ipproċessar bejn ix-xiri u l-ħażna, tolleranzi speċifiċi għandhom jiġu ffissati għal telf waqt l-ipproċessar;

Billi ma kien hemm l-ebda operazzjonijiet ta’ ħażna ta’ laħam tal-majjal għal żmien twil, u dan il-limitu għandu jkun iffissat biss wara jekk l-operazzjonijiet ta’ ħażna jerġgħu jibdew;

Billi għandu jiġi speċifikat il-perjodu meta l-effetti finanzjarji ta’ l-applikazzjoni tat-tolleranzi għandhom jitqiesu mill-EAGGF Taqsima ta’ Garanzija;

Billi għal ċerti prodotti agrikoli il-metodu ta’ kalkolu tal-perċentwali tat-telf li hu normalment permess tul il-ħażna ġie immodifikat fondamentalment; billi huwa neċessarju li jiġu eżaminati dawn il-perċ entwali fid-dawl ta’ l-esperjenza.

Billi t-tolleranzi ġew iffissati fir-Regolamenti skond is-settur; billi għall-għan tas-sempliċità legali għandhom jiġu mniżżla f’Regolarment wieħed;

Billi l-miżuri preskritti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat EAGGF,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Qiegħed hawn jiġi ffissat limitu ta’ tolleranza għal telf f’kwantitajiet li jirriżulta minn operazzjonijiet ta’ ħażna normali mwettqa skond ir-regoli aċċettati għal kull prodott agrikolu li jaqa’ taħt miżura ta’ ħażna pubblika.

2. It-tolleranza għandha tkun iffissata bħala persentwali tal-piż attwali, mingħajr ippakkjar, tal-kwantitajiet li jidħlu fil-ħażna u meħuda fil-pussess waqt is-sena finanzjarja inkwistjoni, kif ukoll il-kwantitajiet fil-ħażna fil-bidu ta’ dik is-sena. Għandha tiġi kkalkolata, għal kull prodott, fuq il-bażi tal-kwantitajiet kollha maħżuna minn aġenzija ta’ intervent.

Il-piż attwali meta jsir ix-xiri għall-ħażna u l-ħruġ huma kkalkolati billi jitnaqqas il-piż ta’ l-imballaġġ standard, kif preskritt fil-kondizzjoniet tax-xiri għall-ħażna, mill-piż imniżżel jew, fl-assenza, il-piż ta’ l-imballaġġ medju użat mill-aġenzija.

3. It-tolleranza ma għandiex tkopri t-telf f’termini tan-numru ta’ pakki jew tan-numru ta’ bċejjeċ reġistrati.

Artikolu 2

1. Il-perċentwali għal telf normali permessi tul il-ħażna huma hawnhekk iffissati kif ġej:

—ċereali | 0,2 % |

—qamħirrum tar-ross sorgu li għadu fil-fosdqa | 0,4 % |

—zokkor | 0,1 % |

—żejt taż-żebbuġa | 0,6 % |

—żrieragħ | 0,2 % |

—żerriegħa tal-fjura tax-xemx | 0,8 % |

—alkoħol | 0,6 % |

—tabakk tal-werqa | 0,0 % |

—tabakk trasformat jew imballat | 1,0 % |

—trab tal-ħalib xkumat | 0,0 % |

—butir | 0,0 % |

—ġobon: | Grana Padano | 4,5 % |

Parmigiano Reggiano | 6,5 % |

—ċanga | 0,6 % |

—laħam | tal-majjal għandu jiġi definit aktar tard. |

2. Il-perċentwali għal telf permess waqt l-ipproċessar huma hawnhekk iffissati kif ġej:

—it-tneħħija ta’ l-għadam taċ-ċanga | 32 % |

—l-ipproċessar tat-tabakk tal-werqa | 19 % |

Dawn il-perċentwali għandhom japplikaw għall-kwantitajiet kollha proċessati waqt is-sena finanzjarja.

Artikolu 3

Telf li jeċċedi t-tolleranza għandu jiġi prenotat fl-aħħar tas-sena finanzjarja ta’ l-EAGGF Taqsima ta’ Garanzija.

Artikolu 4

Il-perċentwali mniżżla fl-Artikolu 2 għandhom jkunu riveduti, l-aktar tard wara tliet snin, fuq il-bażi ta’ eżamijiet imwettqa wara l-applikazzjoni tal-metodi ġodda ta’ kalkolu.

Artikolu 5

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 742/70, (KEE) Nru 743/70, (KEE) Nru 771/71, (KEE) Nru 899/70, (KEE) Nru 2705/71, (KEE) Nru 236/72, (KEE) Nru 2577/72, (KEE) Nru 638/74, (KEE) Nru 230/79 u (KEE) Nru 394/89 [2] huma hawnhekk revokati.

L-Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jibda jseħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika b’effett mill-1 ta’ Ottubru 1990.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ Jannar 1991.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 337, ta’ l-4.12.1990, p. 3.

[2] ĠU L 90, ta’ l-24.4.1970, p. 28.ĠU L 90, ta’ l-24.4.1970, p. 29.ĠU L 85, tal-15.4.1971, p. 17.ĠU L 108, ta’ l-20.5.1970, p. 12.ĠU L 280, tal-21.12.1971, p. 8.ĠU L 29, tat-2.2.1972, p. 18.ĠU L 275, tat-8.12.1972, p. 24.ĠU L 77, tat-22.3.1974, p. 30.ĠU L 32, tat-8.2.1979, p. 23.ĠU L 45, tas-17.2.1989, p. 12.

--------------------------------------------------

Top