Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991R0056

Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 56/91 tad-9 ta' Jannar 1991 li jemenda r-regolament (KEE) Nru 2670/81 li jistabbilixxi regoli dettaljati ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' zokkor immanifatturat li jaqbeż il-kwota

ĠU L 7, 10.1.1991, p. 25–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R0967

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1991/56/oj

31991R0056



Official Journal L 007 , 10/01/1991 P. 0025 - 0025
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 36 P. 0082
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 36 P. 0082


Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 56/91

tad-9 ta’ Jannar 1991

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2670/81 li jistabbilixxi regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ zokkor immanifatturat li jaqbeż il-kwota

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81 tat-30 ta’ Ġunju 1981 dwar l-organizazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor [1] kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3577/90 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

Billi l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2670/81 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3892/88 [4], jippreskrivi li min jimmanifatura zokkor C stabilit f’Istat Membru jista’, għall-iskop ta’ esportazzjoni, ibiddel iz-zokkor C b’zokkor abjad manifatturat minn persuna oħra li timmanifatura stabbilita fit-territorju ta’ l-istess Stat Membru suġġett għall-ħlas ta’ ammont biex ikunu newtralliżati l-vantaġġi ekonomiċi li hu jista jikseb minn sostituzzjoni bħal din; billi dan l-Artikolu jistipula madankollu illi fejn iz-zokkor C huwa maħżun għall-esportazzjoni f’faċilitajiet ta’ ħażna li jinsabu barra l-fabbrika, fl-Istat Membru ta’ produzzjoni jew fi Stat Membru ieħor, flimkien ma’ zokkor ieħor prodott partikolarment minn impriża oħra mingħajr ma jkun possibli li ssir distinzzjoni fiżika bejniethom, hi permessa s-sostituzzjoni għall-għanijiet ta’ l-esportazzjoni, suġġetta għal ċerti kondizzjonijiet, mingħajr ma din is-sostituzzjoni tagħti lok għall-ħlas ta’ l-ammont imsemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2670/81;

Billi huwa possibli li zokkor C jkun jista’ jiġi esportat fil-forma ta’ pakketti żgħar minn organizzazzjoni ta’ karità u għall-benefiċċju ta’ min jimmanifatura z-zokkor C; billi każ bħal dan ma jikkostitwix sostituzzjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2670/81 minħabba fil-fatt li tinżamm l-identità fiżika tal-prodott esportat; billi huwa xieraq li l-ebda ostakolu ma għandu jitqiegħed biex iwaqqaf azzjoni bħal din u konsegwentament għandu isir provvediment bħala miżura eċċezzjonali sabiex din l-operazzjoni ma tagħtix lok f’dan il-każ għall-ħlas ta’ l-ammont imsemmi fl-Artikolu 2(2) ta’ l-imsemmi Regolament fir-rigward taz-zokkor C in kwistjoni manifaturat fis-sena tas-suq 1990/91;

Billi l-miżuri preskritti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Immaniġġjar taz-Zokkor,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru. 2670/81 qed jiġi emendat kif ġej:

1. Dan li ġej qed jiżdied ma’ l-Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu, f’(a):

"Madankollu fil-każ tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, din il-prova tkun sostitwita bi prova ekwivalenti li għandha tkun determinata mill-Istess Stat Membru;"

2. It-tieni subparagrafu li ġej qed jiżdied ma’ l-Artikolu 2(3):

"Fejn zokkor abjad C tal-Kodiċi NM 17019910 manifatturat fis-sena tas-suq 1990/91 huwa preparat bi skop ta’ l-esportazzjoni tiegħu f’pakki immedjati li għandhom kontenut ta’ prodott nett li ma jaqbiżx 1 kilogramm u huwa magħluq f’pakkett li jkun fih prodotti oħra ta’ l-ikel li jkunu ser jiġu esportati f’isem l-impriża li mmanifaturat iz-zokkor C minn organizzazzjoni rikonoxxuta tal-karità, din l-operazzjoni ma għandhiex tiġi kkonsidrata bħala sostituzzjoni skond it-tifsira tal-paragrafu 2 u ma tagħtix lok għall-ħlas ta’ l-ammont imsemmi fl-imsemmi f’dak il-paragrafu."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jibda jseħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta’ Jannar 1991.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 177, ta’ l-1.7.1981, p. 4.

[2] ĠU L 353, tas-17.12.1990, p. 23.

[3] ĠU L 262, tas-16.9.1981, p. 14.

[4] ĠU L 346, tal-15.12.1988, p. 29.

--------------------------------------------------

Top