Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991L0684

Id-Direttiva Tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1991 li temenda d-Direttiva Nru 89/437/KEE dwar l-iġjene u problemi tas-saħħa li jeffettwaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li joriġinaw mill-bajd

ĠU L 376, 31.12.1991, p. 38–38 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

⏵Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005; Impliċitament imħassar minn 32004L0041

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/684/oj

31991L0684



Official Journal L 376 , 31/12/1991 P. 0038 - 0038
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 40 P. 0026
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 40 P. 0026


Id-Direttiva Tal-Kunsill

tad-19 ta' Diċembru 1991

li temenda d-Direttiva Nru 89/437/KEE dwar l-iġjene u problemi tas-saħħa li jeffettwaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li joriġinaw mill-bajd

(91/684/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara l-kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 89/437/KEE ta' l-20 ta' Ġunju 1989 dwar l-iġjene u l-problemi tas-saħħa li jeffettwaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li joriġinaw mill-bajd [1], kif emendata mid-Direttiva Nru 89/662/KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi ċerti dispożizzjonijiet ta' l-Anness għandhom jiġu addattati għall-progress xjentifiku u teknoloġiku, skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva Nru 89/437/KEE, rigward l-ittestjar għall-istaphylococci fi prodotti li joriġinaw mill-bajd u t-temperatura tal-magazzinaġġ għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-bajd,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Anness mad-Direttiva 89/437/KEE qiegħed b'hekk jiġi emendat kif ġej:

1. It-tielet inċiż tal-punt 1(b) tal-Kapitlu VI għandu jinbidel b'dan li ġej:

"— Staphylococcus aureus: in-nuqqas tiegħu fi gramma waħda ta' prodott li joriġina mill-bajd."

2. Ir-raba' inċiż tal-punt 3 tal-Kapitlu IX għandu jitħassar.

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1991. Dawn għandhom mill-ewwel jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, dawn għandhom jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom.

Il-proċedura biex issir din ir-referenza għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Diċembru 1991.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Dankert

[1] ĠU L 212, tat-22.7.1989, p. 87.

[2] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13.

--------------------------------------------------

Top