This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31991L0632
Commission Directive 91/632/EEC of 28 October 1991 adapting to technical progress for the fifteenth time Council Directive 67/548/EEC on the approximation of the laws, Regulations and administrative provisions relating to the classification, packaging and labelling of dangerous substances
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 1991 li tadatta għal progress tekniku għal ħmistax-il darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettjar ta’ sustanzi perikolużi
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 1991 li tadatta għal progress tekniku għal ħmistax-il darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettjar ta’ sustanzi perikolużi
ĠU L 338, 10.12.1991, p. 23–24
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2015; Impliċitament imħassar minn 32008R1272
Official Journal L 338 , 10/12/1991 P. 0023 - 0024
Id-Direttiva tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 1991 li tadatta għal progress tekniku għal ħmistax-il darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (91/632/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettjar ta’ sustanzi perikolużi [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 79/831/KEE [2], u b’mod partikolari fl-Artikoli 19, 20 u 21 tiegħu, Billi r-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju tad-Danimarka għamlu talba għat-tikkettjar ta’ numru ta’ sustanzi u nnotifikaw il-Kummissjoni b’mod konformi mal-Artikolu 23 tad-Direttiva 67/548/KEE; Billi eżaminazzjoni tal-lista ta’ sustanzi perikolużi fl-Anness I għad-Direttiva 67/548/KEE uriet li l-lista teħtieġ li tiġi adattata fid-dawl tal-għarfien xjentifiku attwali u tekniku; Billi d-disposisizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma b’mod konformi mal-fehma tal-Kumitat tal-Adattament fuq Progress Tekniku u d-Direttivi dwar it-Tneħħija ta’ Barrieri Tekniċi għal Kummerċ f’Sustanzi u Preparazzjonijiet Perikolużi, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 L-Annex I tad-Direttiva 67/548/KEE huwa b’dan emendat kif ġej: 1. Id-daħliet fl-Anness I ta’ din id-Direttiva jibdlu d-daħliet korrispondenti fl-Anness I, 2. Id-daħliet fl-Anness II ta’ din id-Direttiva huma nklużi għall-ewwel darba fl-Anness I. 3. Id-daħliet bin-Nru tal-KE huma murija fl-Anness III ta’ din id-Direttiva huma mneħħija mill-Anness I. L-Artikolu 2 1. Mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1993 l-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom minnufih jinfurmaw il-Kummissjoni dwar dan. 2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandu jkollhom kull referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b’kull referenza bħal din fiż-żmien tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura ta’ din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-28 ta’ Ottubru 1991. Għall-Kummissjoni Carlo Ripa di Meana Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU C 196, tas-16.8.1967, p. 1. [2] ĠU C 259, tal-15.10.1979, p. 10. -------------------------------------------------- L-ANNESS I, L-ANNESS II u L-ANNESS III Dawn l-Annessi għandhom jiġu ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej Nru L 338 A. --------------------------------------------------