Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991L0630

    Id-Direttiva Tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 1991 li tniżżel il-livelli minimi għall-protezzjoni tal-ħnieżer

    ĠU L 340, 11.12.1991, p. 33–38 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/03/2009; Imħassar b' 32008L0120

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/630/oj

    31991L0630



    Official Journal L 340 , 11/12/1991 P. 0033 - 0038
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 39 P. 0202
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 39 P. 0202


    Id-Direttiva Tal-Kunsill

    tad-19 ta’ Novembru 1991

    li tniżżel il-livelli minimi għall-protezzjoni tal-ħnieżer

    (91/630/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 li joħroġ minnu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi l-Istati Membri kollha rratifikaw il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta’ l-annimali miżmuma għall-iskopijiet tal-biedja; billi l-Komunità wkoll approvat din il-Konvenzjoni bid-Deċiżjoni 78/923/KEE [4] u ddepożitat l-istrument ta’ l-approvazzjoni tagħha;

    Billi l-Parlament Ewropew, bir-riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-20 ta’ Frar 1987 fuq il-politika tas-saħħa ta’ l-annimali [5], sejjaħ lill-Kummissjoni biex tagħmel proposti fuq il-livelli minimi għall-biedja intensiva tal-ħnieżer;

    Billi l-ħnieżer, li huma annimali ħajjin, huma inklużi fil-lista tal-prodotti preżentati fl-Anness II tat-Trattat;

    Billi ż-żamma tal-ħnieżer hija parti integrali ta’ l-agrikoltura; billi tikkostitwixxi sors ta’ introjtu għal parti mill-popolazzjoni agrikola;

    Billi d-differenzi li jistgħu jħarbtu l-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni jfixklu l-operat tajjeb ta’ l-organiazzjoni tas-suq komuni tal-ħnieżer u l-prodotti tal-ħnieżer;

    Billi għalhekk hemm il-bżonn li jkunu stabiliti livelli komuni minimi għall-protezzjoni tal-ħnieżer miżmuma għat-trobbija u għas-simna sabiex ikun żgurat l-iżvilupp razzjonali tal-produzzjoni;

    Billi hemm bżonn li s-servizzi uffiċjali, il-produtturi, il-konsumaturi u oħrajn jinżammu aġġornati bl-iżviluppi f’dan il-qasam; billi l-Kummissjoni għandha għalhekk, fuq il-bażi ta’ rapport mill-Kumitat Veterinarju Xjentifiku, timxi lejn riċerka xjentifika attiva fis-sistema(i) ta’ l-aħjar trobbija tal-ħnieżer min-naħa ta’ l-aħjar għall-ħnieżer; billi dispożizzjonijiet għandhom għalhekk isiru f’perjodu proviżorju biex il-Kummissjoni tlesti dan l-inkarigu b’suċċess,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    Din id-Direttiva tippreżenta l-livelli minimi għall-protezzjoni tal-ħnieżer li jinżammu għat-trobbija u li jissemmnu.

    L-Artikolu 2

    Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, d-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu:

    1. "ħanżir": annimal ta’ l-ispeċi tal-ħanżir, ta’ kull età, miżmum għat-trobbija jew għas-simna;

    2. "ħanżir selvaġġ": ħanżir wara l-pubertà, maħsub għat-trobbija;

    3. "gilt": ħanżira wara l-pubertà u qabel twelled il-qżieqeż;

    4. "ħanżira": ħanżira wara li twelled l-ewwel qżieqeż;

    5. "ħanżira li twelled il-qżieqeż": ħanżira femminili bejn il-perjodu tat-twelid u li ma tibqax tredda’ l-qżieqeż;

    6. "ħanżira tqila xotta": ħanżira bejn li ma tibqax tredda’ l-qżieqeż tagħha u l-perjodu tat-tqala;

    7. "qażquż": ħanżir mit-twelid sa meta jieqaf jerda’;

    8. "weaner": ħanżir minn meta jieqaf jerda’ sa l-età ta’ għaxar ġimgħat;

    9. "ħanżir tat-trobbija": ħanżir minn għaxar ġimgħat sal-qatla jew is-servizz;

    10. "l-awtorità kompetenti": awtorità kompetenti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(6), tad-Direttiva 90/425/KEE [6].

    L-Artikolu 3

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi:

    1. - mill-1 ta’ Jannar 1994, l-irziezet kollha mibnija ġodda jew mibnija mill-ġdid u/jew intużaw għall-ewwel darba wara dik id-data jħarsu mill-inqas il-ħtiġiet li ġejjin:

    il-medda ta’ l-art bla ostakoli disponibbli għal kull ħanżir li m’għadux jerda jew tat-trobbija fi grupp għandha tkun mill-inqas:

    - 0,15 m2 għal ħanżir b’toqol medju ta’ 10 kg jew inqas,

    - 0,20 m2 għal ħanżir b’toqol medju ta’ bejn 10 kg u 20 kg,

    - 0,30 m2 għal ħanżir b’toqol medju ta’ bejn 20 kg u 30 kg,

    - 0,40 m2 għal ħanżir b’toqol medju ta’ bejn 30 kg u 50 kg,

    - 0,55 m2 għal ħanżir b’toqol medju ta’ bejn 50 kg u 85 kg,

    - 0,65 m2 għal ħanżir b’toqol medju ta’ bejn 85 kg u 110 kg,

    - 1,00 m2 għal ħanżir b’toqol medju ta’ aktar minn 110 kg,

    - mill-1 ta’ Jannar 1998, il-livelli minimi li hemm provduti hawn fuq jgħoddu għaż-żammiet kollha;

    2. il-bini jew il-konverzjoni ta’ l-istallazzjonijiet fejn il-ħnieżer u l-gilts huma marbuta huma projbiti wara l-31 ta’ Diċembru 1995.

    Iżda, l-użu ta’ l-istallazzjonijiet mibnija qabel l-1 ta’ Jannar 1996 li ma jħarsux il-ħtiġijiet tal-punt 1 jistgħu jkunu awtorizzati mill-awtorità kompetenti minħabba r-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet li hemm provduti fl-Artikolu 7(1), għal perjodu li taħt l-ebda ċirkostanzi ma jestendi aktar mill-31 ta’ Diċembru 2005;

    Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma jgħoddux għal irziezet li għandhom inqas minn sitt ħnieżer jew ħames ħnieżer nisa u l-qżieżeż tagħhom.

    L-Artikolu 4

    1. L-Istati Membri jiżguraw li l-kondizzjonijiet għat-trobbija tal-ħnieżer jimxu mad-dispożizzjonijiet imniżżla fl-Anness.

    Iżda, sat-30 ta’ Ġunju 1995, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jistgħu jawtoriżżaw derogi mill-paragrafi 3, 5, 8 u 11 tal-Kapitolu I ta’ l-Anness.

    2. Barra minn hekk, qabel din id-Direttiva tidħol fis-seħħ, il-Kummissjoni, bil-kooperazzjoni ta’ l-Istati Membri, għandha toħroġ rakkomandazzjoni li tiddefinixxi xi livelli minimi għall-protezzjoni tal-ħnieżer li tissupplimenta dawk fl-Anness.

    L-Artikolu 5

    Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness jistgħu jkunu emendati skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 10, sabiex tikkunsidra l-progress xjentifiku.

    L-Artikolu 6

    Sa l-1 t’Ottubru 1997, il-Kummissjoni tibgħat lill-Kunsill rapport, imħejji fuq il-bażi ta’ l-opinjoni mill-Kumitat Veterinarju Xjentifiku, dwar is-sistema(i) intensiva tat-trobbija tal-ħnieżer li jimxu mal-ħtiġiet tas-saħħa tal-ħnieżer min-naħa patoloġika, żooteknika, fisjoloġika u ta’ l-imġiba u fuq l-implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi tas-sistemi differenti. Ir-rapport partikolarment jikkunsidra l-istat ta’ saħħa tal-ħnieżer nisa mrobbija fi stadji varji ta’ qfil u fi gruppi u jkun akkumpanjat bil-proposti li suppost li jikkundiraw il-konklużjonijiet tar-rapport.

    Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq dawk il-proposti mhux aktar tard minn tliet xhur wara li jintbagħtu.

    L-Artikolu 7

    1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonijiet isiru taħt ir-responsabbiltà ta’ l-awtorità kompetenti sabiex jivverifikaw li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u l-Anness tagħha huma mħarsa.

    Dawn l-ispezzjonijiet, li jistgħu jsiru fl-okkażjoni ta’ l-ispezzjonijiet li saru għal skopijiet oħra, kull sena jkopru kampjun statistikament rappreżentattiv tas-sistemi differenti tat-trobbija użati f’kull Stat Membru.

    2. Il-Kummissjoni, skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 10, għandha tħejji kodiċi tar-regoli li għandhom ikunu applikati meta jsiru l-ispezzjonijiet li hemm provduti fil-paragrafu 1.

    3. Kull sentejn, sa l-aħħar ġurnata xogħol ta’April u għall-ewwel darba sat-30 t’April 1996, l-Istati Membri javżaw lill-Kummissjoni bir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet li saru matul is-sentejn ta’ qabel skond dan l-Artikolu, inklużi n-numri ta’ l-ispezzjonijiet li saru fil-proporzjon tan-numru ta’ rżieżet fit-territorju tagħhom.

    L-Artikolu 8

    L-annimali importati minn pajjiżi mhux membri jridu, rigward il-ħtiġiet ta’ l-istat ta’ saħħa tagħhom, matul it-trobbija, jirċievu trattament mill-inqas ekwivalenti għal dak garantit b’din id-Direttiva lill-annimali li ġejjin mill-Komunità. Din il-ħtieġa trid titniżżel fuq iċ-ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż mhux membru konċernat.

    L-Artikolu 9

    Esperti veterinari mill-Kummissjoni jistgħu, fejn meħtieġ għall-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, iwettqu spezzjonijiet fuq il-post bil-kooperazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti. Il-persuni li qed iwettqu dawn l-ispezzjonijiet jimplimentaw il-miżuri personali speċjali ta’ l-iġjene meħtieġa biex jeskludu kull riskju li jinfirex il-mard.

    L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu qed issir spezzjoni għandu jagħti l-assistenza kollha li hemm bżonn lill-esperti biex iwettqu dmirijiethom. Il-Kummissjoni għandha tavża lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membru konċerant bir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet.

    L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru konċernat għandha tieħu l-miżuri kollha li jistgħu jkunu meħtieġa biex jikkunsidraw ir-riżultati ta’ l-ispezzjoni.

    Rigward ir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi li mhumiex membri, għandhom jgħoddu d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tad-Direttiva 91/496/KEE [7].

    Ir-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 10.

    L-Artikolu 10

    1. Fejn il-proċedura mniżżla f’ dan l-Artikolu trid tkun segwita, il-president għandu jirreferi l-kwistjoni mingħajr dewmien lill-Kumitat Veterinarju Permanenti mwaqqaf bid-Deċiżjoni 68/361/KEE [8], minn issa ’l quddiem msemmi bħala "il-Kumitat", jew fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru.

    2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kumitat għandu jwassal l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz fil-limitu taż-żmien li l-president jista’ jippreskrivi skond l-urġenza tal-kwistjoni. L-opinjoni għandha titwassal bil-maġġoranza mniżżla fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ tad-deċiżjonijiet li l-Kunsill jeħtieġ jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fil-Kumitat għandhom jingħataw piż bil-mod imsemmi f’dak l-Artikolu. Il-president m’għandux jivvota.

    3. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri ppjanati jekk huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat.

    4. Jekk il-miżuri ppjanati mhumiex b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk l-ebda opinjoni ma titwassal, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tibgħat lill-Kunsill proposta rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq maġġoranza kwalifikata.

    Jekk, fi żmien tliet xhur mid-data tar-referenza lill-Kunsill, il-Kunsill ikun għadu m’aġixxiex, il-miżuri proposti għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni ħlief fejn il-Kunsill ikun iddeċieda kontra l-miżuri b’maġġoranza sempliċi.

    L-Artikolu 11

    1. L-Istati Membri għandhom jġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi, inklużi xi sanzjonijiet, meħtieġa biex jimxu ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1994. Għandhom minnufih javżaw lill-Kummissjoni dwar dan.

    Fejn l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, ta’ l-aħħar għandhom jinkludu riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-riferenza fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Id-dettalji ta’ din ir-riferenza għandhom ikunu adottati mill-Istati Membri.

    2. Iżda, mid-data preskritta fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, b’konformità mar-regoli ġenerali tat-Trattat, iżommu jew japplikaw ġewwa t-territorji tagħhom dispożizzjonijiet aktar stretti għall-protezzjoni tal-ħnieżer minn dawk imniżżla f’din id-Direttiva. Huma għandhom javżaw lill-Kummissjoni b’kull miżura bħal din.

    L-Artikolu 12

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Novembru 1991.

    F’isem il-Kunsill

    Il-President

    P. Bukman

    [1] ĠU C 214, tal-21.8.1989, p. 31.

    [2] ĠU C 113, tas-7.5.1990, p. 183.

    [3] ĠU C 62, tat-12.3.1990, p. 40.

    [4] ĠU L 323, tal-11.11.1978, p. 12.

    [5] ĠU C 76, tat-23.3.1987, p. 185.

    [6] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56).

    [7] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56.

    [8] ĠU 255, tat- 18.10.1968, p. 23.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    KAPITOLU I

    IL-KONDIZZJONIJIET ĠENERALI

    1. Il-materjali użati għall-bini ta’ l-akkomodazzjoni, partikolarment l-istalel u t-tagħmir li miegħu jistgħu jkollhom kuntatt il-ħnieżer, m’għandhomx jagħmlu ħsara lill-ħnieżer u għandom ikunu kapaċi jitnaddaf u jkunu disinfettati sew.

    2. Sakemm regoli tal-Komunità huma preskritti fuq din l-kwistjoni, iċ-ċirkwiti elettriċi u t-tagħmir iridu jkunu installati skond ir-regoli nazzjonali fis-seħħ biex ikunu evitati xokkijiet elettriċi.

    3. Iżolament, tisħin u l-ventilazzjoni tal-bini għandhom jiżguraw li ċ-ċirkolazzjoni ta’ l-arja, il-livell tat-trab, it-temperatura, l-umdita’ relattiva ta’ l-arja u l-konċentrazzjonijiet tal-gass jinżammu fil-limiti li ma jagħmlux ħsara lill-ħnieżer.

    4. It-tagħmir kollu awtomatiku jew mekkaniku li hu meħtieġ għas-saħħa u l-istat tajjeb tal-ħnieżer irid ikun spezzjonat mill-inqas darba kuljum. Fejn difetti jinstabu, dawn iridu jkunu rranġati minnufih jew, jekk dan ikun impossibbli, jittieħdu l-passi meħtieġa biex tkun salvagwardjata s-saħħa u l-istat tajjeb tal-ħnieżer sakemm id-difett ikun irranġat, l-aktar bl-użu ta’ metodi alternattivi ta’ għalf u li jinżamm ambjent sodisfaċenti. Fejn sistema artifiċjali ta’ ventilazzjoni hija użata, dispożizzjoni għandha ssir għal sistema tajba bħala rinforz biex tiggarantixxi li l-arja tinbidel biżżejjed biex tippriserva s-saħħa u l-istat tajjeb tal-ħnieżer fil-każ li ma taħdimx is-sistema u sistema ta’ alarm trid tkun provduta biex tavża lil dak li jżomm l-istokk bil-ħsara. Is-sistema ta’ l-alarm trid tkun eżaminata regolarment.

    5. Il-ħnieżer ma jridux jinżammu dejjem fid-dlam. Biex jitħarsu l-bżonnijiet ta’ l-imġieba u fisjoloġiċi tagħhom, dispożizzjoni trid issir, biex tippermetti għall-kondizzjonijiet differenti ta’ klima fl-Istati Memberi, għal dawl xieraq naturali jew artifiċjali; jekk dan ta’ l-aħħar, irid jaħdem għal perjodu ta’ mill-inqas daqs il-perjodu tad-dawl naturali normalment disponibbli bejn id-9 a.m. u l-5 p.m. Barra minn hekk, għandu jkun disponibbli dawl xieraq (imwaħħal jew jista’ jinġarr) b’saħħtu biżżejjed biex jippermetti li l-ħnieżer jkunu spezzjonati f’kull ħin.

    6. Il-ħnieżer kollha mkabbra fi gruppi jew fi stalel jridu jkunu spezzjonati mis-sid jew mill-persuna responsabbli għall-annimali mill-inqas darba kuljum. Kull ħanżir li jidher marid jew imweġġa’ jrid ikun ittrattat kif suppost mingħajr dewmien. Għandu jkun possibbli, meta jkun hemm bżonn, li jkunu iżolati l-ħnieżer morda jew imweġġa f’akkomodazzjoni adegwata b’sodda niexfa u komda. Parir ta’ veterinarju għandu jinkiseb mill-aktar fis possibbli għall-ħnieżer li mhux qed jirkupraw mill-kura ta’ dak li jżomm l-istokk.

    7. Jekk ħnieżer jinżammu flimkien, iridu jittieħdu miżuri biex jevitaw ġlied li jmur kontra l-imġieba naturali. Il-ħnieżer li jibqgħu jidhru aggressivi lejn l-oħrajn jew huma vittmi tat-tali aggressjoni jridu jkunu iżolati u jinżammu separati mill-grupp.

    8. L-akkomodazzjoni għall-ħnieżer trid tinbena b’tali mod li tippermetti kull ħanżir:

    - li jimtedd, jistrieħ u jqum bil-wiefqa mingħajr diffikultà,

    - ikollu post nadif fejn jista’ jistrieħ,

    - jara ħnieżer oħrajn.

    9. Fejn ħbula huma użati, dawn m’għandhomx jagħmlu ħsara lill-ħnieżer u jridu jkunu spezzjonati regolarment u aġġustati kif hemm bżonn biex jiżguraw li jiġuhom komdi. Kull ħabel ikun ta’ tul biżżejjed biex jippermetti li l-ħnieżer jiċċaqalqu kif stipulat fil-paragrafu 8. Id-disinn għandu jkun tali li jevita, kemm jista’ jkun, kull riskju ta’ tgħalliq jew korriment.

    10. Akkomodazzjoni, maqjel, tagħmir u għodda użati għall-ħnieżer jridu jitnaddfu u jkunu disinfettati sew biex ikunu evitati infezzjonijiet minn wieħed għall-ieħor u ż-żieda ta’ l-organiżmi li jġorru l-mard. Feċi, urina u ikel mhux mittiekel jew maqlub irid jitneħħa kull meta hemm bżonn biex titnaqqas ir-riħa u jkun evitat li jiġbdu l-attenzjoni tad-dubbien u l-gerriema.

    11. L-art trid tkun lixxa imma mhux tiżloq biex ikun evitat l-korriment tal-ħnieżer u ddisinjata biex ma tkorrix jew tikkawża sofferenza lill-ħnieżer weqfin jew li jimteddu fuqha. Għandha tkun adattata għad-daqs u t-toqol tal-ħnieżer u tifforma wiċċ riġidu, indaqs u stabbli. In-naħa fejn jimteddu trid tkun komda, nadifa, u jitneħħa l-ilma b’mod adegwat u ma tridx taffettwa ħażin lill-ħnieżer. Fejn sodod huma provduti, dawn iridu jkunu nodfa, niexfin u ma jagħmlux ħsara lill-ħnieżer.

    12. Il-ħnieżer kollha jridu jkunu provduti b’dieta xierqa għaż-żmien, il-piż u l-bżonnijiet ta’ l-imġiba u fisjoloġiċi tagħhom, biex tippromwovi stat posittiv ta’ saħħa u stat tajjeb.

    13. Il-ħnieżer kollha jridu jintemgħu għall-inqas darba kuljum. Fejn il-ħnieżer jinżammu fi gruppi u mhux mgħalfa ad libitum, jew b’sistema awtomatika ta’ għalf, kull ħanżir irid ikollu aċċess għall-ikel fl-istess ħin bħall-oħrajn tal-grupp.

    14. Il-ħnieżer kollha li għandhom iktar minn ġimagħtejn irid ikollhom aċċess għal kwantità suffiċjenti ta’ ilma frisk jew ikunu jistgħu jaqtgħu l-għatx tagħhom billi jixorbu likwidi oħra.

    15. It-tgħamir ta’ l-għalf u ta’ l-ilma jrid ikun iddisinjat, mibni, impoġġi u miżmum sabiex il-kontaminazzjoni ta’ l-għalf u l-ilma tal-ħnieżer jitnaqqas kemm jista’.

    16. Barra l-miżuri li normalment jittieħdu biex jevitaw li jingidmu d-dnub u vizzji oħra u sabiex jippermettilhom li jaqdu l-bżonnijiet ta’ l-imġiba tagħhom, il-ħnieżer kollha, wara li jkun ikkunsidrat l-ambjent u d-densità ta’ l-istokk, jridu jkunu jistgħu jiksbu it-tiben jew xi materjal jew oġġett xieraq ieħor.

    IL-KAPITOLU II

    DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-KATEGORIJI VARJI TAL-ĦNIEŻER

    I. ĦNIEŻER SLAVAĠĠ

    Il-postijiet tal-ħnieżer slavaġ għandhom jitqiegħdu u jinbnew biex jippermettu lill-ħanżir selvaġġ li jdur u li jisma’, ixomm u jara ħnieżer oħrajn, u li jipprovdu partijiet nodfa fejn jistrieħu. Il-parti fejn jimteddu trid tkun niexfa u komda. Id-daqs minimu tal-post ta’ ħanżir selvaġġ kbir irid ikun ta’ 6 m2. iżda, medda akbar trid tkun provduta fejn il-postijiet jintużaw għal servizz.

    II. ĦNIEŻER FEMMINILI U GILTS

    1. Ħnieżer u gilts tqal iridu, jekk hemm bżonn, ikunu trattati kontra parassiti esterni u interni. Jekk jitqiegħdu f’kaxxi biex iwelldu l-qżieqeż, il-ħnieżer u l-gilts tqal iridu jitnaddfu sew.

    2. Għandhom ikunu provduti b’post komdu fejn jimteddu, nadif u jixxotta ruħu tajjeb mill-ilma u jridu, jekk hemm bżonn, jingħataw materjal tajjeb biex ibejtu.

    3. Medda bla ostakoli wara l-ħanżira jew il-gilt trid tkun disponibbli biex tiffaċilita t-twelid naturali jew assistit tal-qżieqeż.

    4. Kaxxi fejn jitwieldu l-qżieqeż fejn il-ħnieżer femminili jinżammu liberi jridu jkollhom xi mezzi biex jipproteġu l-qżieqeż bħal kanen għat-twelid.

    III. QŻIEQEŻ

    1. Jekk hemm bżonn, il-qżieqeż iridu jkunu provduti b’sors ta’ sħana u medda solida, niexfa u komda fejn jimteddu ’l bogħod mill-ħanżira fejn kollha kemm huma jistgħu jistrieħu fl-istess ħin.

    2. Fejn hija użata kaxxa biex iwelldu, il-qżieqeż irid ikollhom spazju biżżejjed biex ikunu jistgħu jitreddgħu mingħajr diffikultà.

    3. Jekk ipprattikata, it-tiswija tal-ħnieżer maskili li għandhom aktar minn erba’ ġimgħat tista’ titwettaq biss bil-loppju minn veterinarju jew persuna kwalifikata skond il-liġijiet nazzjonali.

    4. La qtugħ tad-dnub u lanqas qtugħ tas-snien ma jistgħu jsiru b’rutina imma biss meta hemm evidenza, fir-razzett, li kien hemm korriment fil-beżżuli tal-ħanżira jew lill-widnejn jew id-dnub ta’ ħnieżer oħra bħala riżultat tan-nuqqas tat-twettiq ta’ dawn il-proċeduri. Fejn hemm bżonn jinqatgħu s-snien, dan għandu jsir fi żmien sebat ijiem mit-twelid.

    5. Il-qżieqeż m’għandhomx jitneħħew minn mal-ħanżira qabel ikollhom tliet ġimgħat sakemm l-istat tajjeb u s-saħħa ta’ l-omm jew tal-qżieqeż ma tkunx mod ieħor affettwat ħażin.

    IV. ĦNIEŻER LI MA JIBQGĦUX JITREDDGĦU U TAT-TROBBIJA

    Il-ħnieżer iridu jitpoġġew fi gruppi mill-aktar fis possibbli wara li ma jibqgħux jitreddgħu. Għandhom inżammu fi gruppi stabbli bl-inqas taħlit possibbli.

    --------------------------------------------------

    Top